This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0669
Commission Implementing Regulation (EU) No 669/2011 of 12 July 2011 amending Regulation (EC) No 376/2008 laying down common detailed rules for the application of the system of import and export licences and advance fixing certificates for agricultural products
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 669/2011 tat- 12 ta’ Lulju 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 376/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 669/2011 tat- 12 ta’ Lulju 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 376/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli
ĠU L 183, 13.7.2011, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 05/08/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R1237
13.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 669/2011
tat-12 ta’ Lulju 2011
li jemenda r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 376/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 134 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Għall-finijiet tal-ġestjoni tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet, il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tiddeċiedi liema huma l-prodotti li, meta jkunu importati u/jew esportati, se jkunu jeħtieġu l-preżentazzjoni ta’ liċenzja. Hija u tivvaluta l-ħtieġa ta’ sistema tal-liċenzji, il-Kummissjoni għandha tqis l-istrumenti xierqa għall-ġestjoni tas-swieq u b’mod partikulari għall-monitoraġġ tal-importazzjonijiet. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (2) introduċa obbligu tal-liċenzja għall-importazzjonijiet tat-tuffieħ frisk li jidħlu fil-kodiċi tan-NM 0808 10 80 wara li l-produtturi tat-tuffieħ fl-Unjoni Ewropea sabu lilhom nfushom f’sitwazzjoni diffiċli, minħabba, fost l-oħrajn, żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet tat-tuffieħ minn ċerti pajjiżi terzi tal-Emisferu tan-Nofsinhar. |
(3) |
Preżentament, il-monitoraġġ effettiv tal-importazzjoni jista’ jsir permezz ta’ mezzi oħra. Fl-interess tas-simplifikazzjoni u għall-iskop li jiġi elevat il-piż amministrattiv mill-Istati Membri u l-operaturi, ir-rekwiżit tal-liċenzji tal-importazzjoni għat-tuffieħ għandu jitħassar fl-aħħar tal-perjodu trigger attwali li jissemma fl-Anness XVIII għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (3). |
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 376/2008 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
(5) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza jixraq li jiġu stipulati r-regoli li jikkonċernaw il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa għat-tuffieħ frisk li jidħlu fil-kodiċi tan-NM 0808 10 80, u li jkunu għadhom validi fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Punt G fil-Parti I tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 376/2008 qed jinbidel b’dan li ġej:
“G. Frott u ħxejjex (Il-Parti IX tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
Ammont tal-garanzija |
Perjodu ta’ validità |
Kwantitjiet netti (4) |
0703 20 00 |
Tewm, frisk jew imkessaħ, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii) |
EUR 50/t |
3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1) |
(—) |
ex 0703 90 00 |
Ħaxix ieħor tal-ġens tat-tewm, frisk jew imkessaħ, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii) |
EUR 50/t |
3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1) |
(—) |
Artikolu 2
Fuq talba min-naħa tal-partijiet interessati, meta jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin, għandhom jiġu rrilaxxati l-garanziji li jkunu ngħataw għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għat-tuffieħ frisk li jidħol taħt il-kodiċi tan-NM 0808 10 80:
(a) |
il-validità tal-liċenzji tkun għadha ma skaditx fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
il-liċenzji jkunu intużaw biss parzjalment jew li ma ntużaw xejn fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.
(3) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
(4) Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skont l-Artikolu 4(1)(d). Dawn il-limitazzjonijiet ma japplikawx għall-importazzjonijiet b’kundizzjonijiet preferenzjali jew bi kwota tariffarja.
(—) |
Għal kwalunkwe kwantità huma meħtieġa liċenzja jew ċertifikat.” |