Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0205

2010/205/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta’ Marzu 2010 dwar il-kwestjonarju ta’ rappurtar li jirrigwarda r-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1955) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 88, 8.4.2010, p. 18–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/205/oj

8.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Marzu 2010

dwar il-kwestjonarju ta’ rappurtar li jirrigwarda r-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1955)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/205/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tat-18 ta’ Jannar 2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (1), u b’mod parikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991, biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti direttivi fuq l-ambjent (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 jeħtieġ rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament, ibbażat fuq it-tagħrif mill-aħħar tliet snin ta’ rappurtar, biex jiġi stabbilit skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 166/2006.

(2)

L-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 jeħtieġ illi r-rapport jitfassal fuq il-bażi ta’ kwestjonarju abbozzat mill-Kummissjoni bil-għajnuna tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament.

(3)

L-ewwel rapport ikopri l-perjodu mis-sena 2007 sas-sena 2009 inklużi.

(4)

Il-miżuri previsti b’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni espressa mill-Kumitat skont l-Artikolu 19 tar-Regolament,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jużaw il-kwestjonarju ta’ rappurtar, stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, bħala bażi għat-tfassil tar-rapport li għandu jintbagħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 166/2006.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48.


ANNESS

KWESTJONARJU TA’ RAPPURTAR

Tagħrif addizzjonali li jrid jiġi rrappurtat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE

Noti ġenerali:

Dan il-kwestjonarju fih mistoqsijiet li l-Istati Membri huma meħtieġa jwieġbu dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament E-PRTR matul l-aħħar tliet snin ta’ rappurtar.

L-Istati Membri se jaraw li t-tweġibiet ta’ dan il-kwestjonarju ikunu disponibbli f’format elettroniku.

1.   DESKRIZZJONI ĠENERALI

Ipprovdi tagħrif fil-qosor dwar il-proċess li bih ġie ppreparat dan ir-rapport, inkluż tagħrif dwar it-tip ta’ awtoritajiet pubbliċi li taw il-kontribut tagħhom.

2.   IL-MIŻURI LEGALI LI JISTABBILIXXU S-SISTEMA PRTR (L-ARTIKOLI 5, 20)

Agħmel lista leġiżlattiva, regolatorja u miżuri oħra li jistabbilixxu r-reġistru integrat tar-rilaxx u t-trasferiment tal-inkwinanti.

B’mod partikolari, iddeskrivi l-miżuri adottati mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 biex jiżguraw li r-regoli jew il-penali huma effettivi, proporzjonati u konvinċenti u x’kienet l-esperjenza tal-applikazzjoni tagħhom.

3.   IR-REKWIŻITI TAR-RAPPURTAR, L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-FAĊILITAJIET, L-AWTORITAJIET KOMPETENTI U D-DEJTA LI TRID TIĠI RRAPPURTATA (L-ARTIKOLU 5)

Agħmel lista leġiżlattiva, regolatorja u miżuri oħra li jistabbilixxu r-rekwiżiti tar-rappurtar għal PRTR.

B’mod partikolari, iddeskrivi l-awtoritajiet kompetenti maħsuba biex jidentifikaw il-faċilitajiet tal-E-PRTR u biex jiġbru t-tagħrif dwar ir-rilaxxi tal-inkwinanti minn sorsi prinċipali. Jekk jogħġbok iddeskrivi r-rekwiżiti tar-rappurtar u indika l-proċess tal-ġbir tad-dejta tal-PRTR f’pajjiżek, elenka it-tip ta’ istituzzjonijiet involuti u għal liema parti tal-operazzjonijiet tal-validazzjoni huma responsabbli biex jużaw it-tabella ta’ hawn taħt:

 

Il-Validazzjoni tal-Proċess tal-Istituzzjoni minn din l-istituzzjoni

 

Faċilità: …

 

Awtoritajiet lokali: …

 

Awtorità reġjonali: …

 

Awtorità nazzjonali: …

 

Ministeru tal-Ambjent: …

4.   IL-PRATTIKA TAR-RAPPURTAR TAL-PRTR (L-ARTIKOLU 5)

Għal kull ċiklu ta’ rappurtar mill-aħħar kwestjonarju ta’ rappurtar, jekk jogħġbok indika:

(a)

Id-data tal-iskadenza għar-rappurtar mill-awtorità kompetenti;

(b)

Id-diffikultajiet biex tintlaħaq id-data tal-iskadenza, jekk id-diversi dati tal-iskadenza għar-rappurtar mill-faċilitajiet u biex it-tagħrif ikun aċċessibbli pubblikament fuq ir-reġistru intlaħqux fil-prattika; u jekk kienu tard, ir-raġunijiet għal dan;

(c)

Il-proporzjon tar-rappurtar elettroniku meta mqabbel mad-dejta bil-miktub li intbagħtet mill-operaturi u deskrizzjoni tar-rappurtar u l-għodod disponibbli kemm għall-operaturi kif ukoll għall-awtoritajiet kompetenti;

(d)

Id-diffikultajiet prinċipali għall-operaturi u għall-awtoritajiet kompetenti dwar ir-rappurtar tad-dejta PRTR (jekk jogħġbok wieġeb mil-lat tal-awtoritajiet).

5.   L-ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ U L-VALUTAZZJONI TAD-DEJTA (L-ARTIKOLU 9(1), (2) U (3))

Iddeskrivi r-regoli, il-proċeduri u l-miżuri li jiżguraw il-kwalità tad-dejta rrappurtata skont l-E-PRTR u xi żvelaw dawn dwar il-kwalità tad-dejta rrappurtata.

B’mod partikolari, ipprovdi t-tagħrif dwar:

(a)

Il-valutazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti dwar il-kompletezza, il-konsistenza u l-kredibbiltà tad-dejta pprovduta mill-operaturi;

(b)

Il-metodoloġiji u l-proċeduri adottati mill-awtoritajiet kompetenti, li rriżultaw fis-sottomissjoni ta’ dejta ta’ kwalità ogħla.

6.   L-AĊĊESS PUBBLIKU GĦAD-DEJTA TAL-PRTR (L-ARTIKOLU 10(2))

Iddeskrivi il-mod(i) kif l-aċċess pubbliku għat-tagħrif li jinsab fir-reġistru huwa ffaċilitat.

B’mod partikolari, ipprovdi t-tagħrif dwar:

Fejn it-tagħrif li jinsab fir-reġistru tal-PRTR Ewropew mhuwiex faċilment aċċessibbli għall-pubbliku b’mezzi diretti elettroniċi, liema miżura ttieħdet biex tiffaċilita l-aċċess għar-reġistru f’postijiet aċċessibbli pubblikament.

7.   IL-KUNFIDENZJALITÀ (L-ARTIKOLI 7(2), 11)

Fejn kwalunkwe tagħrif huwa miżmum b’mod kunfidenzjali, agħti indikazzjoni tat-tipi ta’ tagħrif, ir-raġuni għaliex u l-frekwenza li biha qed jinżammu kunfidenzjali. B’mod partikolari iddeskrivi fil-qosor:

(a)

Liema tip ta’ dejta inżammet kunfidenzjali;

(b)

Ir-raġunijiet prinċipali li ngħataw għat-talba ta’ kunfidenzjalità;

(c)

L-għadd ta’ faċilitajiet għal kull Attività tal-Anness I bid-dejta kunfidenzjali u l-għadd totali ta’ faċilitajiet tar-rappurtar għal kull Attività tal-Anness I.

Jekk jogħġbok ipprovdi l-kummenti dwar l-esperjenza fil-prattika u l-isfidi li ltqajtu magħhom fir-rigward tat-trattament tat-talbiet għall-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, partikolarment fir-rigward tat-tagħrif dwar ir-rilaxxi u t-trasferimenti kif definit fl-Anness III.


Top