This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1267
Commission Regulation (EC) No 1267/2008 of 12 December 2008 amending Regulation (EC) No 2172/2005 laying down detailed rules for the application of an import tariff quota for live bovine animals of a weight exceeding 160 kg and originating in Switzerland provided for in the Agreement between the European Community and the Swiss Confederation on trade in agricultural products
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1267/2008 tat- 12 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2172/2005 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ annimali bovini ħajjin ta’ piż li ma jaqbiżx il-160 kg u li joriġinaw mill-Iżvizzera kif previst fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1267/2008 tat- 12 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2172/2005 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ annimali bovini ħajjin ta’ piż li ma jaqbiżx il-160 kg u li joriġinaw mill-Iżvizzera kif previst fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli
ĠU L 338, 17.12.2008, p. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 07/01/2013; Imħassar b' 32012R1223
17.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 338/37 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1267/2008
tat-12 ta’ Diċembru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2172/2005 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ annimali bovini ħajjin ta’ piż li ma jaqbiżx il-160 kg u li joriġinaw mill-Iżvizzera kif previst fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 144(1), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi,
(1) |
L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2172/2005 (2) jipprovdi li r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistipula regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni (3) japplika għar-Regolament (KE) Nru 2172/2005, għajr fejn ipprovdut mod ieħor. |
(2) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2172/200, fejn applikazzjonijiet għal drittijiet tal-importazzjoni jaqbżu l-5 % tal-kwantità disponibbli skont il-kwota, iż-żejjed ma għandux jitqies. Huwa f’loku li dik id-dispożizzjoni titħassar biex id-dispożizzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 2172/2005 jinġiebu konformi ma’ dawk tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006. |
(3) |
L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2172/2005 jipprovdi li, wara li l-Istati Membri jinnotifikaw il-kwantitajiet li għalihom ikunu saru applikazzjonijiet għal drittijiet tal-importazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi mill-aktar fis possibbli safejn jistgħu jintlaqgħu dawk l-applikazzjonijiet. L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2007 jipprovdi li koeffiċjent ta’ allokazzjoni għandu jkun iffissat biss f’każijiet meta l-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni. Minħabba li r-Regolament (KE) Nru 1301/2006 huwa wieħed orizzontali, id-dispożizzjoni kurrenti tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2172/2005 għaldaqstant għandha titħassar. Barra minn hekk, jeħtieġ li jkun stipulat il-perjodu ta’ żmien li fih jistgħu jingħataw drittijiet tal-importazzjoni. |
(4) |
Għall-każijiet fejn ma jkunx ġie ffissat koeffiċjent tal-allokazzjoni tali, jeħtieġ li jkun speċifikat li l-garanziji ddepożitati flimkien mal-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 2172/2005 għandhom imbagħad jiġu rrilaxxati proporzjonalment. |
(5) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 2172/2005 jipprovdi li kull ħruġ ta’ liċenzja tal-importazzjoni jeħtiġilha tirriżulta fi tnaqqis korrispondenti tad-drittijiet tal-importazzjoni miksuba. Huwa f’loku li jkun speċifikat li, meta tinħareġ liċenzja tal-importazzjoni, il-garanzija ddepożitata flimkien mal-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni għandha mbagħad tiġi rrilaxxata proporzjonalment. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2172/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri ipprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2172/2005 huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) huwa mħassar. |
(2) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: “Kull ħruġ ta’ liċenzja tal-importazzjoni għandu jwassal għal tnaqqis korrispondenti fid-drittijiet tal-importazzjoni miksuba, u l-garanzija ddepożitata skont l-Artikolu 5(1) għandha tiġi rrilaxxata proporzjonalment mingħajr dewmien.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 346, 29.12.2005, p. 10.
(3) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.