EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008E0958

Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2008/958/PESK tas- 16 ta’ Diċembru 2008 li temenda l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani

ĠU L 338, 17.12.2008, p. 75–76 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2008/958/oj

17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/75


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/958/PESK

tas-16 ta’ Diċembru 2008

li temenda l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Novembru 2005 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (1) għal perijodu ta’ tliet snin. Il-fażi operattiva tal-EUPOL COPPS bdiet fl-1 ta’ Jannar 2006.

(2)

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-14 ta’ Novembru 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2008 huwa ta’ EUR 14 900 000 miljun.

(3)

Jeħtieġ li l-mandat ta’ EUPOL COPPS jiġi estiż għal perijodu ta’ sentejn u li jiġi stabbilit l-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

(4)

Jeħtieġ ukoll li fl-istruttura tal-missjoni jittieħed kont ta’ azzjoni msaħħa fil-qasam tal-istat tad-dritt,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“L-Artikolu 3

It-tul taż-żmien

Din il-missjoni ser iddum ħames snin.”;

(2)

Il-punt li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 5:

“5.

Taqsima ‘Stat tad-dritt’.”;

(3)

L-Artikolu 14(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-ammonti ta’ referenza maħsuba biex ikopru n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-2006, 2007, 2008, 2009 u l-2010 għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill fuq bażi annwali.”;

(4)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2010.”.

Artikolu 2

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009 huwa ta’ EUR 6 200 000.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

R. BACHELOT-NARQUIN


(1)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.


Top