EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0955

2008/955/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/410/KE li tistabbilixxi l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008, ikunu disponibbli għall-FAEŻR, kif ukoll l-ammonti disponibbli għall-infiq mill-FAEG

ĠU L 338, 17.12.2008, p. 67–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/955/oj

17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/67


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Diċembru 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2006/410/KE li tistabbilixxi l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008, ikunu disponibbli għall-FAEŻR, kif ukoll l-ammonti disponibbli għall-infiq mill-FAEG

(2008/955/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, u b'mod partikolari l-Artikoli 12(2) u (3) tiegħu (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 12(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/410/KE (2) tistipula l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (3), l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 (4) li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja ta' pagamenti diretti u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta' April 2008 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (5), isiru disponibbli għall-FAEŻR, kif ukoll il-bilanċ nett disponibbli għall-infiq mill-FAEG.

(2)

L-ammonti għat-trasferiment finanzjarju minn programmi tal-appoġġ tal-inbid għall-iżvilupp rurali stipulati fl-Artikolu 23(2) u fl-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 479/2008 ġew emendati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1246/2008 (6).

(3)

Id-Deċiżjoni 2006/410/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/410/KE għandu jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 163, 15.6.2006, p. 10.

(3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

(4)  ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.

(6)  GU L 335, 13.12.2008, p. 32.


ANNESS

“ANNESS

(EUR miljuni):

Sena tal-baġit

Ammonti disponibbli għall-FAEŻR

Bilanċ nett disponibbli għall-infiq mill-FAEG

Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

Artikolu 143d tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

Artikolu 143e tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007

Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008

2007

984

22

 

 

 

44 753

2008

1 241

22

 

362

 

44 592

2009

1 305,7

22

 

424

40,66

44 886,64

2010

1 310,8

22

 

506

82,11

45 225,09

2011

1 290,8

22

484

516,3

122,61

45 181,29

2012

1 292,3

22

484

522,4

122,61

45 649,69

2013

1 293

22

484

522,4

122,61

46 129,99 ”


Top