Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1974

1974/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 tal- 15 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

ĠU L 368, 23.12.2006, p. 15–73 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 305–363 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32014R0807

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1974/oj

2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

305


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1974/2006

tal-15 ta' Diċembru 2006

li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jistabbilixxi qafas legali waħdieni għall-appoġġ tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għall-iżvilupp rurali fil-Komunità. Il-qafas legali għandu jkun issupplimentat b’regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni.

(2)

Fir-rigward tal-konsistenza ma’ miżuri ffinanzjati minn strumenti oħra tal-Politika Agrikola Komuni, għandhom ikunu definiti dispożizzjonijiet dettaljati għall-eċċezzjonijiet għall-appoġġ għall-iżvilupp rurali, b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ l-eċċezzjonijiet imsemmija f’Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. L-appoġġ għall-investiment fl-iżvilupp rurali għandu jqis il-limitazzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet settorjali u jevita li joħloq ħiliet żejda fis-setturi kkonċernati.

(3)

Hemm il-ħtieġa li jiġu pprovduti regoli għall-aġġornamenti ta’ pjanijiet strateġiċi nazzjonali f’termini ta’ kontenut, proċeduri u l-aħjar żmien.

(4)

Sabiex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jwaqqfu malajr u b’mod effiċjenti l-qafas ġdid ta’ programmazzjoni, għandhom ikunu speċifikati l-limiti ta’ żmien bejn is-sottomissjoni ta’ programmi għall-iżvilupp rurali u l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni.

(5)

Għandhom ikunu stabbiliti regoli dettaljati għall-preżentazzjoni ta’ programmi għall-iżvilupp rurali u tar-reviżjoni tagħhom. Sabiex ikun faċilitat it-twaqqif ta’ programmi għall-iżvilupp rurali u ta’ l-eżami u l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni, għandhom ikunu stabbiliti regoli komuni għall-istruttura u l-kontenut ta’ dawn il- programmi, ibbażati partikolarment fuq ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Barra minn hekk, għandhom ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi għal oqfsa nazzjonali msemmija fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

(6)

Għandhom ikunu adottati minn deċiżjoni tal-Kummissjoni dawk l-emendi biss li jinvolvu bidliet sinifikanti fi programmi, sostituzzjonijiet ta’ finanzjament tal-FAEŻR fost assi fi ħdan programm jew bidliet tar-rati ta’ ko-finanzjament tal-FAEŻR. Emendi oħrajn għandhom ikunu deċiżi mill-Istati Membri u notifikati lill-Kummissjoni. Għandha tiġi stabbilita proċedura għall-ftehim dwar notifiki bħal dawn.

(7)

Sabiex ikun żgurat monitoraġġ regolari u effettiv, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni verżjoni elettronika konsolidata u aġġornata tad-dokumenti tal-programmazzjoni tagħhom.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jistabbilixxi kundizzjonijiet dwar l-appoġġ lill-bdiewa żgħażagħ. Għandu jiġi speċifikat iż-żmien meta dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu sodisfatti, inkluż it-tul ta’ żmien li l-Istati Membri jistgħu jagħtu lil ċerti benefiċjarji matul liema dawn għandhom ikunu konformi mal-ħiliet vokazzjonali u l-kundizzjoni ta’ kompetenza. Minħabba li l-appoġġ lill-bdiewa żgħażagħ huwa suġġett għall-kundizzjoni li jkun ippreżentat pjan tan-negozju mill-bidwi żagħżugħ, għandhom jiġu stabbilti regoli dettaljati fir-rigward tal-pjan tan-negozju u dwar id-dispożizzjonijiet tiegħu mill-bdiewa żgħażagħ.

(9)

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ appoġġ għall-irtirar bikri, għandhom ikunu solvuti problemi speċifiċi li jinħolqu meta l-azjenda tkun trasferita minn diversi trasferituri jew minn bidwi bil-qbiela. Attività ta’ biedja mhux kummerċjali tat-trasferitur ma għandhiex tkun eliġibbli għall-appoġġ skond il-Politika Agrikola Komuni.

(10)

Il-kompetenzi u r-riżorsi meħtieġa mill-awtoritajiet u l-korpi magħżula sabiex jipprovdu s-servizzi konsultattivi għall-irziezet li huma eliġibbli għall-appoġġ għandhom ikunu speċifikati.

(11)

Fir-rigward ta’ l-għajnuna għat-twaqqif ta’ servizzi ta’ ġestjoni, għajnuna u konsultazzjoni, għandha tkun stabbilita l-metodoloġija sabiex l-ammont ta’ l-għajnuna jonqos ftit ftit.

(12)

Fir-rigward ta’ investimenti għall-modernizzazzjoni ta’ l-azjendi agrikoli sabiex ikunu konformi ma’ l-istandards Komunitarji introdotti ma ilux, u fil-każ li bdiewa żgħażagħ għandhom ikunu konformi ma’ l-istandards eżistenzi, għandha tiġi ffissata data sabiex ikunu konformi ma’ l-istandards rilevanti.

(13)

Fir-rigward ta’ investimenti għat-titjib tal-valur ekonomiku tal-foresti, għandhom ikunu definiti pjanijiet għall-ġestjoni tal-foresti u jiġu stabbiliti t-tipi ta’ investimenti eliġibbli. Dawk il-pjanijiet għandhom jitħejjew bi qbil mal-Linji Gwida Pan-Ewropej fuq Livell Operattiv għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti stabbiliti fl-Anness 2 tar-Riżoluzzjoni L2 (Kriterji, Indikaturi u Linji Gwida fuq Livell Operattiv Pan-Ewropej għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti) tat-Tielet Konferenza Ministerjali dwar il-Ħarsien ta’ Foresti fl-Ewropa li saret f’Liżbona (2-4 ta’ Ġunju 1998) (2).

(14)

Fir-rigward ta’ investimenti għaż-żieda tal-valur għall-prodotti agrikoli u tal-forestrija sabiex ikunu konformi ma’ l-istandards Komunitarji introdotti ma ilux f’mikro-intrapriżi, għandha tiġi ffissata data għall-konformità ma’ l-istandards rilevanti. Għandha tiġi stabbilita linja ta’ demarkazzjoni għal investimenti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-injam li jibbenifikaw mir-rati ta’ appoġġ stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 minn investimenti oħra fis-settur ta’ l-injam.

(15)

Fir-rigward tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-settur agrikolu u ta’ l-ikel u fis-settur tal-forestrija, għandhom ikunu definiti spejjeż eliġibbli u indikattivi.

(16)

Fir-rigward ta’ l-ilħuq ta’ standards, il-livell ta’ appoġġ lill-bdiewa għandu jkun aġġustat mill-Istati Membri skond kull standard fir-rigward tal-livell ta’ obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-istandard, filwaqt li l-ispejjeż ta’ l-investiment ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ.

(17)

Fir-rigward ta’ l-appoġġ lill-bdiewa li jipparteċipaw fi skema ta’ kwalità ta’ l-ikel, l-iskemi tal-Komunità u l-kriterji għall-iskemi nazzjonali, għandhom ikunu speċifikati l-prodotti kkonċernati b’dan l-appoġġ u t-tipi ta’ spejjeż fissi li jistgħu jkunu meqjusa għall-kalkolu ta’ l-ammont ta’ l-assistenza.

(18)

Sabiex tkun żgurata l-komplementarjetà bejn il-miżuri ta’ promozzjoni stipulati fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u l-iskema dwar l-azzjonijiet ta’ tagħrif u promozzjoni stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 tad-19 ta’ Diċembru 2000 dwar l-azzjonijiet ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern (3), għandhom ikunu stabbiliti rekwiżiti dettaljati għall-appoġġ għall-promozzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità, partikolarment fir-rigward ta’ benefiċjarji u attivitajiet eliġibbli. Barra minn hekk, sabiex ikun evitat ir-riskju ta’ finanzjament doppju, il-miżuri tat-tagħrif u l-promozzjoni appoġġjati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ għall-iżvilupp rurali.

(19)

Fir-rigward ta’ l-appoġġ għall-biedja tas-semisussistenza, għandhom ikunu dettaljati l-kontenut tal-pjanijiet tan-negozju u l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tagħhom.

(20)

Fir-rigward ta’ appoġġ għall-gruppi ta’ produtturi f’Malta, għandhom ikunu stabbiliti regoli speċifiċi sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur agrikolu Malti.

(21)

Fir-rigward ta’ appoġġ għal żoni inqas favoriti, bi qbil ma’ l-Artikolu 93 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 is-sistema ta’ appoġġ kif imwaqqfa mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (4) għandha tibqa’ effettiva sal-31 ta’ Diċembru 2009, suġġetta għal att tal-Kunsill adottat bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37 tat-Trattat. Għalhekk, l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 817/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (5) għandu jibqa’ applikabbli sakemm tali att ikun adottat mill-Kunsill.

(22)

Għandha ssir dispożizzjoni sabiex tkun evitata l-koinċidenza bejn l-appoġġ biex jintlaħqu l-istandards għall-bdiewa minn naħa u l-pagamenti Natura 2000 min-naħa l-oħra.

(23)

Fir-rigward ta’ l-appoġġ għall-agriambjent u l-benesseri ta’ l-annimali, ir-rekwiżiti minimi li għandhom ikunu milħuqa mill-benefiċjarji b’konnessjoni mad-diversi impenji agriambjentali u tal-benesseri ta’ l-annimali għandhom jiżguraw applikazzjoni bilanċjata ta’ appoġġ billi jitqiesu l-objettivi u għandu għalhekk jikkontribwixxi lejn żvilupp rurali sostennibbli. F’dan ir-rigward, għandha tkun ta’ importanza kbira li tiġi stabbilita metodoloġija għall-kalkolu ta’ l-spejjeż addizzjonali, id-dħul mitluf u l-ispejjeż li x’aktarx ikun hemm ta’ tranżazzjonijiet li joriġinaw mill-impenn mogħti. Fejn l-impenji huma msejsa fuq il-limitazzjonijiet tal-produzzjoni, għandu jingħata appoġġ biss jekk dawn il-limitazzjonijiet jistgħu jkunu evalwati b’mod li jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli dwar l-osservanza ta’ l-impenn.

(24)

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-appoġġ għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura, għandhom jingħataw dettalji fuq l-operazzjonijiet eliġibbli u d-deskrizzjoni tal-benefiċjarji. Għandha ssir dispożizzjoni sabiex tkun evitata l-koinċidenza ma’ l-agriambjent u sabiex ikunu esklużi mill-appoġġ dawk l-attivitajiet li huma eliġibbli skond il-programm ta’ qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni.

(25)

Investimenti mhux produttivi li huma mmirati għall-użu sostenibbli ta’ l-art agrikola għandhom ikunu definiti.

(26)

Sabiex ikun żgurat approċċ omoġenu għall-miżuri ta’ forestrija, jeħtieġ li tintuża definizzjoni komuni għall-foresti u żoni msaġġra kif xieraq. Id-definizzjoni għandha tkun konformi mad-definizzjoni użata mill-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Alimentazzjoni u l-Agrikoltura (FAO) u mill-Eurostat, kif inhi applikabbli għall-Aġġornament ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riżorsi Dinjija fl-2005. Il-foresti u ż-żoni msaġġra li ma humiex eliġibbli għall-appoġġ skond l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom ikunu definiti f’aktar dettall.

(27)

Għandhom ikunu stabbiliti kundizzjonijiet dettaljati għall-appoġġ għat-tisġir ta’ art agrikola, partikolarment b’relazzjoni mad-definizzjoni ta’ l-art li trid tkun imsaġġra, l-ispejjeż tat-twaqqif, il-bidwi u l-ispeċi li jikbru malajr.

(28)

Fir-rigward ta’ appoġġ għall-art agrikola suġġetta għall-ewwel twaqqif tas-sistemi agriforestrija, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu d-densitajiet massimi tat-tħawwil tas-siġar tal-foresti filwaqt li jqiesu ċerti parametri.

(29)

Fir-rigward ta’ appoġġ għar-restawr tal-potenzjal tal-forestrija u l-azzjonijiet preventivi fil-foresti kklassifikati f’riskju għoli jew medju ta’ nirien, dan għandu jkun bil-kundizzjoni li jkun konformi mal-pjanijiet ta’ ħarsien min-nirien fil-foresti stabbiliti mill-Istati Membri. Għandu jkun żgurat approċċ komuni għad-definizzjoni ta’ azzjonijiet preventivi kontra n-nirien fil-foresti.

(30)

Fir-rigward taż-żoni nnominati fl-Artikolu 50(5) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, il-kundizzjonijiet għan-nomina tagħhom għandhom ikunu speċifikati. Għandha tingħata attenzjoni sabiex ikun evitat it-tisġir li jkun ta’ dannu għall-biodiversità jew li jikkawża ħsarat ambjentali oħra.

(31)

In order to allow an appropriate uptake of the measure for diversification into non-agricultural activities referred to in Article 52(a)(i) of Regulation (EC) No 1698/2005 a comprehensive definition of the member of the farm household referred to in Article 53 of that Regulation should be provided.

(32)

Is-sħubijiet pubbliċi-privati b’appoġġ skond l-Artikolu 59(e) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom ikunu konformi ma’ ċerti kundizzjonijiet dettaljati.

(33)

Fir-rigward ta’ l-Assi tal-Leader, il-proċeduri ta’ għażla tal-gruppi għall-azzjoni lokali għandhom ikunu trasparenti u kompetittivi sabiex jiżguraw li strateġiji ta’ l-iżvilupp rilevanti u ta’ kwalità għolja f’livell lokali jintgħażlu għall-appoġġ. Il-limiti minimi u massimi, li jiddependu fuq il-kundizzjonijiet lokali, għandhom ikunu stabbiliti bħala regola ġenerali għall-populazzjoni taż-żoni koperti mill-gruppi għall-azzjoni lokali.

(34)

Sabiex jippermetti l-ikbar implimentazzjoni possibbli ta’ l-istrateġiji ta’ l-iżvilupp lokali, l-appoġġ għall-ispejjeż kurrenti tal-gruppi għall-azzjoni lokali għandu jkun limitat.

(35)

Proġetti ta’ kooperazzjoni implimentati mill-gruppi għall-azzjoni lokali għandhom ikunu konformi ma’ ċerti kundizzjonijiet. Għandha tkun stabbilita proċedura kkoordinata bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex tiffaċilita l-għażla ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali.

(36)

Fir-rigward ta’ assistenza teknika, għandhom ikunu provduti arranġamenti ta’ ko-finanzjament għall-programmi għall-iżvilupp rurali li jkopru reġjuni eliġibbli taħt l-Għan ta’ Konverġenza u reġjuni oħra, kif ukoll għażliet dettaljati u limitu taż-żmien għat-twaqqif tan-netwerk nazzjonali rurali.

(37)

Għandhom ikunu stabbiliti regoli komuni għal ħafna miżuri, partikolarment dwar: l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet integrati, il-miżuri ta’ investimenti, it-trasferiment ta’ azjenda matul il-perjodu għal liema kien mogħti impenn bħala kundizzjoni għall-għotja ta’ assistenza, iż-żieda taż-żona ta’ l-azjenda u d-definizzjoni ta’ kategoriji differenti ta’ forza maġġuri jew ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali.

(38)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji u jwaqqfu dispożizzjonijiet adegwati sabiex jiżguraw li l-miżuri kollha ta’ l-iżvilupp rurali huma verifikabbli u kontrollabbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti tagħhom ta’ kontroll jagħtu assigurazzjoni raġonevoli li l-kriterji ta’ eliġibbiltà u impenji oħra huma rispettati. B’mod partikolari, għall-kalkoli ta’ pagamenti għal ċerti miżuri, l-Istati Membri għandhom juru l-prova tas-suffiċjenza u l-eżattezza tal-kalkoli permezz ta’ kompetenza xierqa.

(39)

Għandhom ikunu stabbiliti regoli dettaljati dwar sussidji fuq rati ta’ l-imgħax għal self u ċerti għamliet ta’ inġinerija finanzjarja, fejn japplika. Għandhom ikunu stabbiliti wkoll il-kundizzjonijiet fuq liema l-awtoritajiet amministrativi jistgħu japplikaw l-ispejjeż standard u jikkunsidraw il-kontribuzzjonijiet in natura bħala nefqa eliġibbli sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti u l-omoġenja. Sabiex ikun żgurat immirar aħjar ta’ l-operazzjonijiet ta’ investimenti, għandu jkun magħmul disponibbli sett ta’ regoli komuni għad-definizzjoni ta’ nefqa eliġibbli.

(40)

Sabiex tkun żgurata l-konformità mar-regoli u l-proċeduri ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat, għandhom ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti miżuri ko-finanzjati mill-FAEŻR u għall-finanzjament nazzjonali addizzjonali.

(41)

Sabiex ikun żgurat tagħrif u reklamar għall-attivitajiet ta’ l-iżvilupp rurali li jibbenifikaw mill-appoġġ tal-FAEŻR, il-programmi għall-żvilupp rurali għandhom jinkludu pjan ta’ kommunikazzjoni fejn il-kontenut tiegħu għandu jkun fid-dettall. L-obbligi ta’ l-awtoritajiet ta’ tmexxija u tal-benefiċjarji għandhom ikunu definiti f’dan ir-rigward sabiex ikun żgurat l-approċċ l-aktar koerenti.

(42)

In order to enhance transparency regarding the use of the EAFRD assistance, the list of beneficiaries, the names of the operations and the amount of public funding allocated to operations should be published annually by Member States electronically or by other means. Making such information accessible to the public aims to improve the transparency of the Community's action in the area of rural development, to enhance the sound financial management of the public funds involved and in particular to reinforce control of the public money used, and finally to avoid distortion of competition between beneficiaries of rural development measures. Given the overriding weight of the objectives pursued it is justified, with regard to the principle of proportionality and the requirement of the protection of personal data, to provide for the general publication of the relevant information as it does not go beyond what is necessary in a democratic society for the prevention of irregularities.

(43)

Fir-rigward ta’ monitoraġġ, għandhom ikunu definiti dettalji tar-rapport tal-progress annwali li hemm provvediment għalih fl-Artikolu 82 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, kif ukoll l-indikaturi komuni li jagħmlu parti mill-Qafas Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 80 ta’ dak ir-Regolament.

(44)

Sabiex ikun żgurat kambju elettroniku sigur ta’ dejta bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, għandha tkun stabbilita sistema ta’ informazzjoni. Il-kontenut u l-funzjonament ta’ dik is-sistema u d-drittijiet ta’ aċċess għas-sistema għandhom ikunu definiti.

(45)

Ir-regoli l-ġodda ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu mibdula b’dawk stabbiliti għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 817/2004 għandu jkun revokat mill-1 ta’ Jannar 2007.

(46)

Il-miżuri li hemm provvediment għalihom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Iżvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Ambitu

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 fir-rigward ta’ prinċipji u regoli ġenerali għall-appoġġ għall-iżvilupp rurali, dispożizzjonijiet speċifiċi u komuni għall-miżuri ta’ l-iżilupp rurali, u dispożizzjonijiet amministrattivi u ta’ eliġibbiltà, għajr dispożizzjonijiet dwar kontrolli.

KAPITOLU II

Regoli ġenerali

Sezzjoni 1

komplementarjetà, konsistenza u konformità

Artikolu 2

1.   Għandha tkun żgurata konsistenza kif imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, fuq naħa waħda, bejn il-miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-miżuri implimentati permezz ta’ strumenti Komunitarji oħra ta’ appoġġ, u b’mod partikolari l-miżuri implimentati taħt skemi diretti ta’ appoġġ u oħrajn tal-Politika Agrikola Komuni u l-miżuri tas-saħħa ta’ l-annimali u l-pjanti u, fuq in-naħa l-oħra, bejn il-miżuri differenti ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali.

2.   Bi qbil ma’ l-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, fejn l-appoġġ taħt dak ir-Regolament jista’ jingħata b’mod eċċezzjonali għal miżuri li jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta’ l-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li benefiċjarju jista’ jirċievi appoġġ għal operazzjoni speċifika biss taħt skema waħda.

Għal dan il-għan, meta l-Istati Membri jinkludu miżuri li għandhom tali eċċezzjonijiet fil-programmi tagħhom għall-iżvilupp rurali, dawn għandhom jiddeskrivu f’dawk il-programmi, il-kriterji u r-regoli amministrattivi li dawn ser japplikaw għall-iskemi ta’ appoġġ ikkonċernati.

3.   Fejn organizzazzjoni tas-suq komuni, inklużi l-iskemi ta’ appoġġ dirett, iffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), tippreżenta restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni jew limitazzjonijiet fuq l-appoġġ Komunitarju fil-livell ta’ bdiewa individwali, azjendi jew impjanti ta’ l-ipproċessar, l-ebda investiment ma għandu jkun appoġġjat taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jekk ikun ser iżid il-produzzjoni ’l fuq minn dawk ir-restrizzjonijiet jew il-limitazzjonijiet.

Sezzjoni 2

Strateġija u programmazzjoni

Artikolu 3

1.   Il-pjanijiet strateġiċi nazzjonali jistgħu jkunu aġġornati fil-perjodu ta’ programmazzjoni. Għal aġġornamenti bħal dawn, wieħed jew it-tnejn minn dawn l-elementi li ġejjin għandhom jitqiesu:

(a)

l-aġġornament jolqot wieħed jew aktar mill-elementi elenkati fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u/jew wieħed jew aktar mil-linji gwida strateġiċi tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament;

(b)

l-aġġornamenti jinvolvu bidliet f’programm wieħed jew aktar għall-iżvilupp rurali kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu japplika mutatis mutandis għall-aġġornamenti tal-pjanijiet strateġiċi nazzjonali.

3.   Sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għall-adattamenti tal-programm għall-iżvilupp rurali, l-aħħar aġġornament ta’ pjan strateġiku nazzjonali għandu jintbagħat lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2013.

4.   Il-pjanijiet strateġiċi nazzjonali għandhom ikunu kkonfermati jew aġġornati wara l-approvazzjoni tal-programmi għall-iżvilupp rurali notevolment fid-dawl tal-kwantifikazzjoni ta’ l-għanijiet u l-miri li joriġinaw mill-evalwazzjoni ex-ante ta’ dawk il-programmi.

Artikolu 4

1.   Il-perjodu massimu ta’ żmien bejn is-sottomissjoni lill-Kummissjoni tal-programmi proposti għall-iżvilupp rurali u l-approvazzjoni tagħhom għandu jkun ta’ sitt xhur.

F’każijiet ta’ l-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, il-perjodu ta’ sitt xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jibda mid-data meta l-programm propost rivedut ikun konformi ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

2.   Id-dati biex jiġu determinati l-perjodi ta’ żmien li hemm provvediment għalihom fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu ffissati bi qbil ma’ l-Artikolu 62(6) u (8), fejn hu applikabbli.

Artikolu 5

1.   Il-kontenut tal-programmi għall-iżvilupp rurali kif imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu jkun stabbilit bi qbil ma’ l-Anness II għal dan ir-Regolament.

L-evalwazzjoni ex-ante kif imsemmija fl-Artikolu 85 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandha tkun annessa għal kull programm għall-iżvilupp rurali.

2.   L-oqfsa nazzjonali msemmija fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu jkollhom tagħrif komuni għal ħafna miżuri. Għal dawk il-miżuri, il-programmi għall-żvilupp reġjonali għandu jkollhom biss tagħrif addizzjonali, sakemm it-tagħrif li hemm b’mod konġunt taħt l-oqfsa nazzjonali u l-programmi reġjonali jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ l-Anness għal dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni verżjoni elettronika tal-programmi tagħhom għall-iżvilupp rurali u l-oqfsa nazzjonali, fejn japplika, aġġornati wara kull bidla, inklużi t-tabelli standard li hemm fl-Anness II li jikkorrispondu għall-informazzjoni meħtieġa bi qbil ma’ l-Artikolu 16(d), (e) u (f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni talbiet għal bidliet tal-programmi u bidliet ta’ l-oqfsa nazzjonali, fejn japplika, b’mod elettroniku, bi qbil ma’ l-Artikolu 62 ta’ dan ir-Regolament.

Sezzjoni 3

Bidliet fil-programmi għall-iżvilupp rurali

Artikolu 6

1.   Il-bidliet fil-programmi għall-iżvilupp rurali għandhom jaqgħu taħt il-kategoriji li ġejjin:

(a)

reviżjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005;

(b)

reviżjonijiet li joriġinaw minn proċeduri ta’ koordinazzjoni għall-użu tar-riżorsi finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 77(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005;

(c)

bidliet oħra li ma humiex koperti mill-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu.

2.   Il-bidliet fil-programmi kif imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 jistgħu jkunu biss proposti mit-tieni sena ta’ implimentazzjoni tal-programm.

3.   Il-proposti għal bidliet fil-programmi għall-iżvilupp rurali għandhom ikunu sostanzjati kif xieraq, b’mod partikolari billi jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

ir-raġunijiet u kull problema fl-implimentazzjoni li jiġġustifikaw il-bidla;

(b)

l-effetti mistennija tal-bidla;

(c)

ir-relazzjoni bejn il-bidla u l-pjan strateġiku nazzjonali.

Artikolu 7

1.   Ir-reviżjonijiet tal-programmi msemmija fl-Artikolu 6(1)(a) għandhom ikunu approvati b’deċiżjoni tal-Kummissjoni bi qbil ma’ l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, fejn:]

(a)

ir-reviżjoni titla’ aktar mil-limitu tal-flessibbiltà bejn l-assi msemmija fl-Artikolu 9(2) ta’ dan ir-Regolament;

(b)

ir-reviżjoni tibdel ir-rati Komunitarji ta’ ko-finanzjament imsemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 kif hemm provvediment għaliha fil-programm approvat għall-iżvilupp rurali;

(c)

ir-reviżjoni tibdel il-kontribuzzjoni totali tal-Komunità għall-perjodu kollu ta’ programmazzjoni u/jew ir-rendikont annwali tiegħu;

(d)

ir-reviżjoni tintroduċi bidliet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien sitt xhur jew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew mid-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi t-talba ta’ l-Istat Membru. L-ewwel waħda minn dawk id-dati għandha tapplika f’każ li t-talba ta’ l-Istat Membru kienet sottomessa qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Ħlief f’każijiet ta’ miżuri ta’ emerġenza minħabba diżastri naturali, it-talbiet għal reviżjonijiet ta’ programmi msemmija fl-Artikolu 6(1)(a) ma għandhomx ikunu sottomessi aktar minn darba għal kull sena kalendarja u għal kull programm.

For revisions as referred to in paragraph 1(c), Member States shall forward requests by 30 September of each year at the latest.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu t-talbiet tagħhom għal reviżjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2013.

Artikolu 8

1.   L-Istati Membri li għandhom programmazzjoni reġjonali jistgħu jissottomettu r-reviżjonijiet tal-programmi msemmija fl-Artikolu 6(1)(b) sabiex jittrasferixxu l-kontribuzzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) bejn il-programmi reġjonali għal snin partikolari, fejn:

(a)

it-total tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għal kull programm għall-perjodu kollu ta’ programmazzjoni ma jiġix mibdul;

(b)

it-total ta’ l-allokazzjoni tal-FAEŻR għall-Istat Membru kkonċernat ma jiġix mibdul;

(c)

ir-rendikonti annwali tal-programm għas-snin li jippreċedu s-sena tar-reviżjoni ma jiġux mibdula;

(d)

l-allokazzjoni annwali tal-FAEŻR lill-Istat Membru kkonċernat hija rispettata;

(e)

jekk xieraq, il-baġit għall-kisba ta’ l-Għan ta’ Konverġenza msemmi fil-pjan strateġiku nazzjonali bi qbil ma’ l-Artikolu 11(3)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 ma jitnaqqasx.

2.   It-tabelli finanzjarji tal-programmi kkonċernati għandhom ikunu adattati sabiex jirriflettu t-trasferimenti msemmija fil-paragrafu 1.

It-tabelli finanzjarji riveduti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru tas-sena kalendarja li fiha jsir trasferiment u tas-snin li jsegwu li x’aktarx ikunu milquta mit-trasferiment. L-aħħar sena fejn reviżjonijiet bħal dawn jistgħu jintbagħtu tkun l-2012.

Il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni fejn tapprova t-tabelli ġodda finanzjarji fi żmien tliet xhur mill-wasla tat-talba ta’ l-Istat Membru. Il-proċedura msemmija fl-Artikolu 90(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 ma tapplikax.

3.   It-talbiet għal reviżjonijiet tal-programmi msemmija fl-Artikolu 6(1)(b) ma għandhomx ikunu ppreżentati aktar minn darba kull sena kalendarja.

Artikolu 9

1.   Il-bidliet fil-programmi mill-Istati Membri kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(c) jistgħu jinvolvu bidliet ta’ rendikonti finanzjarji b’miżura fi ħdan assi kif ukoll bidliet mhux finanzjarji li jikkonċernaw l-introduzzjoni ta’ miżuri ġodda, l-irtirar ta’ miżuri eżistenzi, jew informazzjoni dwar u deskrizzjoni tal-miżuri eżistenzi fil-programm.

2.   L-Istati Membri jkunu wkoll awtorizzati sabiex jagħmlu bidliet kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(c) billi jitrasferixxu fi żmien sena kalendarja minn u għal kwalunkwe assi sa 1 % tat-total tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għall-programm għall-perjodu kollu ta’ programmazzjoni.

3.   Il-bidliet tal-programm imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jkunu magħmula sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015, sakemm l-Istati Membri jinnotifaw bidliet bħal dawn sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awissu 2015.

4.   Ħlief f’każijiet ta’ miżuri ta’ emerġenza minħabba diżastri naturali, il-bidliet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu notifikati mhux aktar minn tliet darbiet għal kull sena kalendarja u għal kull programm sakemm il-limitu ta’ 1 % msemmi fil-paragrafu 2 huwa osservat fi żmien is-sena kalendarja fejn iseħħu t-tliet notifiki.

5.   Il-bidliet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu kompatibbli mar-rati ffissati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

6.   Il-bidliet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tevalwahom kontra dawn li ġejjin:

(a)

il-konformità mar-Regolament (KE) Nru 1698/2005;

(b)

il-koerenza mal-pjan strateġiku nazzjonali rilevanti;

(c)

il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru dwar ir-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni fi żmien erba’ xhur mid-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi t-talba tal-bidla fil-programm. Jekk il-bidliet jonqsu li jkunu konformi ma’ wieħed jew aktar mill-parametri ta’ l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-perjodu ta’ erba’ xhur għandu jkun sospiż sakemm il-Kummissjoni tirċievi l-bidliet tal-programm li jkunu konformi.

Jekk il-Kummissjoni ma tinfurmax lill-Istat Membru fi żmien il-perjodu ta’ erba’ xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu l-bidliet għandhom ikunu meqjusa li huma aċċettati u għandhom jidħlu fis-seħħ hekk meta l-perjodu ta’ erba’ xhur ikun skada.

Artikolu 10

1.   Għall-iskopijiet tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri għandhom iġorru r-responsabbiltà tan-nefqa bejn id-data meta l-Kummissjoni tirċievi t-talba tagħhom għal reviżjonijiet jew bidliet fil-programm kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament u d-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikoli 7 u 8 ta’ dan ir-Regolament jew dak ta’ l-ikkompletar ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità tal-bidliet skond l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.

2.   F’każijiet ta’ miżuri ta’ emerġenza minħabba diżastri naturali, l-eliġibbiltà tan-nefqa relatata mal-bidliet fil-programm kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tista’ tibda minn data aktar kmieni minn dik msemmija fit-tieni subparagrafu fl-Artikolu 71(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Artikolu 11

Il-bidliet fl-oqfsa nazzjonali msemmija fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta’ l-Artikolu 6(1)(c) ta’ dan ir-Regolament. L-Artikolu 9(3) u (6) ta’ dan ir-Regolament japplika mutatis mutandis għal bidliet bħal dawn.

Artikolu 12

Meta l-leġiżlazzjoni Kommunitarja hi emendata, il-programmi għall-iżvilupp rurali għandhom ikunu mibdula b’konformità ma’ dawk l-emendi kif meħtieġa, bi qbil ma’ l-Artikolu 6(1). Tali bidliet ma għandhomx iqisu għan-numru ta’ bidliet fis-sena msemmija fl-Artikoli 7(2), 8(3) u 9(4).

KAPITOLU III

Miżuri għall-iżvilupp rurali

Taqsima 1

Miżuri għall-iżvilupp rurali għal kull assi

Subtaqsima 1

Assi 1

Artikolu 13

1.   Il-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom ikunu sodisfatti meta tkun ippreżentata l-applikazzjoni għall-appoġġ.

Madankollu, jista’ jkun permess perjodu li ma jaqbiżx sitta u tletin xahar mid-data meta tkun meħuda d-deċiżjoni individwali biex jingħata appoġġ sabiex jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet relatati mal-ħiliet u l-kompetenza marbuta max-xogħol imsemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, jekk il-bidwi żagħżugħ jeħtieġ perjodu ta’ adattament li fih jibda jew jirristruttura l-azjenda, sakemm il-pjan tan-negozju msemmi fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu jipprovdi għal tali ħtieġa.

2.   Il-pjan tan-negozju msemmi fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu mill-inqas jiddeskrivi:

(a)

is-sitwazzjoni inizjali ta’ l-azjenda agrikola u stadji u miri speċifiċi għall-iżvilupp ta’ l-attivitajiet ta’ l-azjenda l-ġdida;

(b)

id-dettalji ta’ l-investimenti, it-taħriġ, il-pariri jew ta’ kull azzjoni oħra meħtieġa għall-iżvilupp ta’ l-attivitajiet ta’ l-azjenda agrikola.

3.   Il-konformità mal-pjan tan-negozju għandha tkun evalwata mill-awtorità kompetenti mhux aktar tard minn ħames snin mid-data meta tkun meħuda d-deċiżjoni individwali għall-għoti ta’ l-appoġġ. Filwaqt li jiġu meqjusa ċ-ċirkustanzi li fihom il-pjan tan-negozju jiġi implimentat, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-irkupru ta’ l-appoġġ li kien diġà mogħti jekk il-bidwi żagħżugħ jonqos li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-pjan tan-negozju fiż-żmien ta’ l-evalwazzjoni.

4.   Id-deċiżjoni individwali għall-għoti ta’ appoġġ għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ għandha tittieħed sa mhux aktar tard minn tmintax-il xahar minn wara t-twaqqif kif definit bid-depożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri. F’każ ta’ appoġġ taħt l-għamla ta’ primjum waħdieni kif stipulat fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u għall-iskopijiet tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jaqsmu l-pagamenti tagħhom sa ħames partijiet.

5.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li fejn il-pjan tan-negozju jagħmel referenza għall-użu ta’ miżuri oħra għall-iżvilupp rurali li hemm provvediment għalihom fir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-approvazzjoni ta’ l-applikazzjoni tal-bidwi żagħżugħ mill-awtorità kompetenti tagħti wkoll aċċess għal dawk il-miżuri l-oħra. F’każ bħal dan, l-informazzjoni li għandha tingħata mill-applikant għandha tkun dettaljata biżżejjed sabiex tippermetti l-appoġġ għal applikazzjoni għall-appoġġ taħt dawk il-miżuri l-oħra.

6.   Jistgħu jkunu applikati kundizzjonijiet speċifiċi f’sitwazzjoni fejn il-bidwi żagħżugħ ma jkunx stabbilit bħala l-kap waħdieni ta’ l-azjenda agrikola. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk meħtieġa biex bidwi żagħżugħ jistabbilixxi ruħu bħala l-kap waħdieni ta’ azjenda.

Artikolu 14

1.   Meta razzett ikun trasferit minn diversi trasferituri, l-appoġġ globali għall-irtirar bikri skond l-Artikolu 23 tar-Regolament(KE) Nru 1698/2005 għandu jkun limitat għall-ammont li jkun ipprovdut għal trasferitur wieħed.

2.   Attività tal-biedja mhux kummerċjali li titkompla mit-trasferitur ma tkunx eliġibbli għal appoġġ taħt il-Politika Agrikola Komuni.

3.   Bidwi bil-qbiela jista’ jittrasferixxi l-art meħlusa lejn is-sid sakemm il-qbiela jkunu mitmuma u jkun hemm konformità mar-rekwiżiti relatati ma’ dak li jirċievi t-trasferiment, li huma stabbiliti fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

4.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għal art meħlusa biex tittieħed minn korp li jintrabat li jassenja mill-ġdid f’data aktar tard lil dawk li jirċievu t-trasferimenti u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Artikolu 15

1.   Is-servizzi konsultattivi lill-bdiewa għal liema appoġġ jista’ jingħata taħt l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom ikunu bi qbil mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru No 1782/2003 (6) u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ dan.

2.   L-awtoritajiet u l-korpi magħżula sabiex jipprovdu servizzi konsultattivi lill-bdiewa għandhom jagħmlu użu minn riżorsi xierqa fl-għamla ta’ persunal ikkwalifikat, faċilitajiet amministrattivi u tekniċi u esperjenza konsultattiva u affidabbiltà fir-rigward tar-rekwiżiti, il-kundizzjonijiet u l-istandards imsemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Artikolu 16

Għandha tkun stabbilita rata digressiva ta’ appoġġ għat-twaqqif ta’ servizzi ta’ ġestjoni, għajnuna u konsulenza kif imsemmi fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 fil-programmi għall-iżvilupp rurali, fejn isir provvediment għal tnaqqis ta’ appoġġ f’passi ugwali mill-ewwel sena ta’ appoġġ, b’mod li l-appoġġ ikun kompletament mitmuma gradatament sa mhux aktar tard mis-sitt sena mit-twaqqif ta’ dawk is-servizzi.

Artikolu 17

1.   F’każ ta’ appoġġ għal investimenti għall-immodernizzar ta’ l-azjendi agrikoli sabiex ikunu konformi ma’ l-istandards Komunitarji introdotti reċentement kif hemm provvediment għalihom fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-istandards rilevanti għandhom ikunu sodisfatti sa l-aħħar tal-perjodu ta’ grazzja kif hemm provvediment għalih f’dak is-subparagrafu.

2.   Meta l-investimenti huma meħudin minn bdiewa żgħażagħ li jirċievu appoġġ kif imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 sabiex ikunu konformi ma’ l-istandards Komunitarji eżistenzi, l-istandards rilevanti għandhom ikunu sodisfatti sat-tmiem tal-perjodu ta’ grazzja li hemm provvediment għalih fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 26(1) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 18

1.   Għall-iskop ta’ l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 il-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti adatti għad-daqs u l-użu taż-żona tal-foresta għandhom ikunu bbażati fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti kif ukoll il-pjanijiet ta’ l-użu ta’ l-art eżistenti u dawn għandhom ikopru biżżejjed ir-riżorsi tal-foresti.

2.   Operazzjonijiet għat-titjib tal-valur ekonomiku tal-foresti kif imsemmi fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom jikkonċernaw investimenti fil-livell ta’ l-azjenda tal-forestrija, u jistgħu jinkludi investimenti għall-apparat tal-ħsad.

Attivitajiet relatati ma’ riġenerazzjoni wara l-qtugħ finali għandhom ikunu esklużi mill-appoġġ.

3.   Il-foresti msemmija fl-Artikolu 30(4) ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu esklużi mill-għan ta’ l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Artikolu 19

1.   F’każ ta’ appoġġ għal investimenti għaż-żieda tal-valur għall-prodotti agrikoli u tal-forestrija sabiex ikunu konformi ma’ l-istandards Komunitarji introdotti reċentement kif hemm provvediment għalihom fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 28(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-istandards rilevanti għandhom ikunu sodisfatti sat-tmiem tal-perjodu ta’ grazzja li hemm provvediment għalih f’dak is-subparagrafu.

2.   F’każ ta’ appoġġ għal investimenti għaż-żieda tal-valur għall-prodotti ta’ forestrija, l-investimenti relatati ma’ l-użu ta’ injam bħala materja prima għandhom ikunu limitati għall-operazzjonijiet kollha ta’ xogħol qabel l-ipproċessar industrijali.

Artikolu 20

L-ispejjeż għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-settur agrikolu u ta’ l-ikel u fis-settur tal-forestrija, kif imsemmi fl-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, għandhom jikkonċernaw operazzjonijiet ta’ tħejjija, bħall-iżvilupp ta’ disinn, prodott, proċess jew teknoloġija u testijiet u investimenti tanġibbli u/jew intanġibbli relatati mal-kooperazzjoni, qabel l-użu tal-prodotti, il-proċessi u t-teknoloġiji żviluppati reċentement għal skopijiet kummerċjali.

Artikolu 21

1.   Il-livell ta’ appoġġ biex jintlaħqu l-istandards ibbażati fuq il-leġiżlazzjoni tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu jkun mibdul mill-Istati Membri għal kull standard fir-rigward tal-livell ta’ obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-istandard. Il-pagament għandu jintemm gradatament fuq żmien massimu ta’ ħames snin imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu.

2.   L-ispejjeż relatati ma’ l-investimenti ma għandhomx jitqiesu meta jkun determinat il-livell ta’ appoġġ annwali biex jintlaħqu l-istandards ibbażati fuq il-leġiżlazzjoni tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru (EC) No 1698/2005.

Artikolu 22

1.   L-iskemi tal-kwalità Komunitarja msemmija fl-Artikolu 32(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom ikunu dawk stabbiliti taħt ir-Regolamenti u d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 (7);

(b)

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 (8);

(c)

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (9);

(d)

it-Titolu VI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 (10).

2.   Sabiex ikunu eliġibbli għall-appoġġ, l-iskemi tal-kwalità ta’ l-ikel li huma rikonoxxuti mill-Istati Membri, kif imsemmija fl-Artikolu 32(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, għandhom ikunu konformi mal-kriterji li ġejjin:

(a)

l-ispeċifiċità tal-prodott finali taħt tali skemi għandha tkun derivata minn obbligazzjonijiet dettaljati fuq metodi ta’ biedja li jiggarantixxu:

karatteristiċi speċifiċi inkluż il-proċess ta’ produzzjoni, jew

kwalità tal-prodott finali li b’mod sinifikattiv tmur lil hinn mill-istandards tal-prodott kummerċjali fir-rigward tas-saħħa pubblika, is-saħħa ta’ l-annimali u l-pjanti, il-benesseri ta’ l-annimali u l-ħarsien ta’ l-ambjent;

(b)

l-iskemi li jinvolvu speċifikazzjonijiet obbligatorji tal-prodott u l-konformità ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandha tkun verifikata minn korp indipendenti ta’ spezzjoni;

(c)

l-iskemi għandhom ikunu miftuħa għall-produtturi kollha;

(d)

l-iskemi għandhom ikunu trasparenti u jiżguraw it-traċċabilità sħiħa tal-prodotti;

(e)

l-iskemi għandhom jirrispondu għal opportunitajiet attwali u fi żmien qarib tas-suq.

3.   L-appoġġ jista’ jingħata lill-bdiewa li jipparteċipaw fi skema ta’ kwalità ta’ l-ikel biss jekk il-prodott jew l-oġġett ta’ l-ikel ta’ kwalità jkun ġie uffiċjalment rikonoxxut taħt ir-Regolamenti u d-dispożizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1, jew fi skema ta’ kwalità ta’ l-ikel rikonoxxuta minn Stat Membru kif imsemmija fil-paragrafu 2.

Fir-rigward ta’ l-iskemi tal-kwalità ta’ l-ikel imsemmija fil-paragrafi 1(b) u (c), l-appoġġ jista’ jingħata biss fir-rigward ta’ prodotti rreġistrati f’reġistru tal-Komunità.

4.   Fejn appoġġ għall-parteċipazzjoni fi skema tal-kwalità ta’ l-ikel taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għal prodott speċifiku jkun inkluż fi programm għall-iżvilupp rurali, l-ispejjeż fissi li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f’dik l-iskema ta’ kwalità ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu ta’ l-ammont ta’ appoġġ fil-qafas ta’ miżura agriambjentali biex tappoġġja l-biedja organika għall-istess prodott.

5.   Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 32(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, “spejjeż fissi” għandha tfisser l-ispejjeż minfuqa għad-dħul u l-kontribuzzjoni annwali għall-parteċipazzjoni fi skema appoġġjata ta’ kwalità ta’ l-ikel, inkluż, fejn meħtieġ, in-nefqa fuq il-kontrolli meħtieġa għall-verifika tal-konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-iskema.

Artikolu 23

1.   Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 20(c)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, “grupp ta’ produtturi” għandha tfisser organizzazzjoni, ta’ kwalunkwe għamla legali, li tiġbor flimkien l-operaturi li jipparteċipaw b’mod attiv fi skema ta’ kwalità ta’ l-ikel kif imsemmi fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament għall-prodott agrikolu speċifiku jew oġġett ta’ l-ikel. Organizzazzjonijiet professjonali u/jew inter-professjonali li jirrappreżentaw settur wieħed jew aktar ma jistgħux jikkwalifikaw bħala “gruppi ta’ produtturi”.

2.   L-attivitajiet ta’ tagħrif u promozzjoni eliġibbli għal appoġġ taħt l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom ikunu attivitajiet imfassla biex iħeġġu lill-konsumaturi jixtru prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel koperti bi skemi ta’ kwalità ta’ l-ikel inklużi fil-programm għall-iżvilupp rurali taħt l-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament.

Tali attivitajiet għandhom jiġbdu l-attenzjoni lejn fatturi jew vantaġġi speċifiċi tal-prodotti kkonċernati, notevolment il-kwalità, il-metodi speċifiċi tal-produzzjoni, standards għoljin tal-benesseri ta’ l-annimali u r-rispett għall-ambjent marbuta ma’ l-iskema kkonċernata ta’ kwalità ta’ l-ikel, u jistgħu jinkludu t-tixrid ta’ tagħrif xjentifiku u tekniku dwar dawk il-prodotti. Tali attivitajiet għandhom jinkludu, partikolarment, l-organizzazzjoni ta’, u/jew il-parteċipazzjoni fi, fieri u wirjiet, eżerċizzji simili ta’ relazzjonijiet pubbliċi u r-reklamar permezz tad-diversi kanali ta’ komunikazzjoni jew fil-punti tal-bejgħ.

3.   L-attivitajiet biss ta’ tagħrif, promozzjoni u reklamar fis-suq intern għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ skond l-Artikolu 20(c)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Tali attivitajiet ma għandhomx iħeġġu lill-konsumaturi jixtru prodott minħabba l-oriġini partikolari tiegħu, għajr għal prodotti koperti bl-iskema ta’ kwalità introdotta bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 510/2006 (11) u dawk taħt ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999. L-oriġini ta’ prodott jista’, madankollu, ikun indikat sakemm din l-indikazzjoni ta’ l-oriġini tkun subordinata għall-messaġġ ewlieni.

Attivitajiet relatati ma’ ismijiet kummerċjali ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ.

4.   Meta l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 ikunu jikkonċernaw prodott inkluż fi skema ta’ kwalità ta’ l-ikel imsemmija fl-Artikolu 22(1)(a), (b) jew (c), il-lowgo tal-Komunità li hemm provvediment għalih taħt dawk l-iskemi għandu jidher fuq il-materjal tat-tagħrif, il-promozzjoni u/jew ir-reklamar.

5.   L-attivitajiet ta’ tagħrif u promozzjoni appoġġjati taħt ir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 ma għandhomx jikkwalifikaw għal appoġġ skond l-Artikolu 20(c)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbozzi kollha tal-materjal ta’ tagħrif, promozzjoni u reklamar imfassla fil-kuntest ta’ attività appoġġjata jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Għal dak il-għan, il-benefiċjarji għandhom jittrażmettu tali abbozzi tal-materjal lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru.

Artikolu 24

1.   Il-pjan tan-negozju msemmi fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu:

(a)

jipprovdi evidenza li r-razzett jista’ jsir ekonomikament vijabbli, meta titqies, fejn japplika, il-komplementarjetà ta’ sorsi oħra ta’ dħul ta’ membri tal-familja tar-razzett;

(b)

ikun fih dettalji ta’ l-investimenti meħtieġa;

(c)

jiddeskrivi stadji u miri speċifiċi.

2.   Meta l-pjan tan-negozju msemmi fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jagħmel referenza għall-użu ta’ miżuri oħra għall-iżvilupp rurali, dan għandu jkun dettaljat biżżejjed biex ikun ta’ appoġġ għal applikazzjoni għal assistenza taħt dawk il-miżuri l-oħra.

3.   Għall-iskop ta’ l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri, meta jqisu ċ-ċirkustanzi li fihom jiġi implimentat il-pjan tan-negozju, ma għandhomx iħallsu aktar pagamenti ta’ appoġġ jekk il-bidwi tas-semisussistenza jonqos li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-pjan tan-negozju fil-perjodu ta’ l-evalwazzjoni.

Artikolu 25

1.   Fil-każ ta’ Malta, sabiex jiġi ffissat l-appoġġ minimu għal settur ta’ produzzjoni fejn it-total tal-produzzjoni hu żgħir ħafna, bi qbil ma’ l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, ikunu eliġibbli biss għal dak l-appoġġ minimu l-gruppi ta’ produtturi li jinkludu perċentwal minimu tal-produtturi fis-settur ikkonċernat u li jirrappreżentaw perċentwal minimu tal-produzzjoni f’dak is-settur.

Il-perċentwali minimi ta’ produtturi u produzzjoni kif ukoll is-setturi kkonċernati għandhom ikunu determinati fil-programm għall-iżvilupp rurali ta’ Malta.

2.   L-ammont minimu ta’ appoġġ għall-gruppi ta’ produtturi f’Malta, ikkalkulat bħala funzjoni ta’ l-ispejjeż meħtieġa biex jgħaqqdu grupp żgħir ta’ produtturi, hu stabbilit fl-Anness III.

Subtaqsima 2

Assi 2

Artikolu 26

Il-benefiċjarji ta’ appoġġ skond l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ skond l-Artikolu 31 ta’ dak ir-Regolament, fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 79/409/KEE (12) u 92/43/KEE (13).

Artikolu 27

1.   Għall-iskop ta’ l-Artikoli 39 u 40 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, il-paragrafi 2 sa 13 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw kif rilevanti.

2.   Kwalunkwe impenn għat-tkabbir tat-trobbija tal-bhejjem jew għall-ġestjoni differenti tat-trobbija tal-bhejjem għandu jkun konformi ta’ l-anqas mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-ġestjoni tal-mergħa bil-ħaxix għandha tkompli;

(b)

iż-żona kollha tal-mergħa għal kull unità ta’ bhejjem tkun mantnuta, b’hekk tkun evitata l-mergħa eċċessiva jew in-nuqqas ta’ użu;

(c)

id-densità tal-qobla għandha tkun definita billi jkun meqjus li l-qobla kollha fil-mergħa jinżammu fuq dik l-art jew, fil-każ ta’ impenn biex tkun limitata t-tlissija ta’ nutrijenti, l-annimali kollha li jinżammu fuq ir-razzett ikunu rilevanti għall-impenn f’dak il-każ.

3.   Impenji biex ikun limitat l-użu ta’ fertilizzanti, prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u tqegħid ieħor għandhom ikunu aċċettati biss jekk tali limitazzjonijiet jistgħu jkunu evalwati b’mod li jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli fir-rigward ta’ l-osservanza ta’ l-impenji.

4.   L-appoġġ jista’ jkun relatat ma’ l-impenji li ġejjin:

(a)

li jittkabbru annimali ta’ l-irziezet minn razez lokali indiġeni għaż-żona u li huma fil-periklu li jintilfu minħabba l-biedja;

(b)

għall-preservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti adattati għall-kundizzjonijiet lokali u reġjonali u li jinsabu mhedda bit-tgħawwir ġenetiku.

L-ispeċji eliġibbli ta’ annimali ta’ l-irziezet u l-kriterji għad-determinazzjoni tal-limiti tat-telf ta’ razez lokali minħabba l-biedja huma definiti fl-Anness IV.

5.   L-appoġġ agriambjentali u/jew għall-benesseri ta’ l-annimali għall-istess produzzjoni ma għandux ikun prekluż minn miżuri ambjentali implimentati taħt l-organizzazzjonijiet tas-suq komuni jew skemi ta’ appoġġ dirett elenkati fl-Anness I, il-miżuri tas-saħħa ta’ l-annimali u l-pjanti jew għall-iżvilupp rurali għajr għall-appoġġ agriambjentali u għall-benesseri ta’ l-annimali, sakemm tali appoġġ ikun addizzjonali u konsistenti mal-miżuri kkonċernati.

Diversi impenji agriambjentali u/jew għall-benesseri ta’ l-annimali jistgħu jkunu miġbura flimkien sakemm dawn ikunu komplementari u kompatibbli.

Meta l-miżuri jew l-impenji msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu jkunu miġmuha, il-livell ta’ l-appoġġ għandu jqis id-dħul mitluf u l-ispejjeż addizzjonali speċifiċi li jirriżultaw minn din il-ġemgħa.

6.   Il-miżuri agriambjentali dwar art imwarrba taħt l-Artikolu 54 jew 107 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jikkwalifikaw għall-appoġġ biss jekk l-impenji agriambjentali jmorru lil hinn mir-rekwiżiti bażiċi stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

F’każ ta’ appoġġ għal żoni muntanjużi, għal żoni bi xkiel ieħor, żoni agrikoli ta’ Natura 2000 u żoni agrikoli inklużi fi pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmara skond id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), l-impenji agriambjentali għandhom, kif xieraq, iqisu l-kundizzjonijiet stabbiliti għal appoġġ fiż-żoni kkonċernati.

7.   Kull impenn ta’ benesseri ta’ l-annimali kif imsemmi fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu jipprovdi standards aġġornati mill-inqas f’wieħed minn dawn l-oqsma li ġejjin:

(a)

ilma u għalf viċin il-ħtiġijiet naturali tagħhom;

(b)

kundizzjonijiet ta’ djar bħal konċessjoni għall-ispazju, taħwil, dawl naturali;

(c)

aċċess għall-barra;

(d)

nuqqas ta’ tbiċċir sistematiku, iżolazzjoni jew irbit permanenti;

(e)

prevenzjoni ta’ pataloġiji prinċipalment determinati minn prassi ta’ biedja jew/u l-kundizzjonijiet taż-żamma.

8.   Il-livell ta’ referenza għall-kalkolu tad-dħul mitluf u l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-impenji magħmula għandhom ikunu l-istandards u r-rekwiżiti rilevanti imsemmija fl-Artikoli 39(3) u 40(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

9.   Meta l-impenji jkunu normalment espressi f’unitajiet għajr dawk użati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri jistgħu jikkalkolaw il-pagamenti fuq il-bażi ta’ dawn l-unitajiet l-oħra. F’tali każijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammonti massimi għal kull sena eliġibbli għal appoġġ Komunitarju kif stabbilit f’dak l-Anness ikunu konformi magħhom. Għal dan il-għan, l-Istat Membru jista’:

(a)

jistabbilixxi limitu fuq in-numru ta’ unitajiet kull ettaru tar-razzett għal liema japplikaw l-impenji agriambjentali, jew

(b)

jiddetermina l-ammont massimu globali għal kull razzett parteċipanti u jiżgura li l-pagamenti għal kull razzett ikunu kompatibbli ma’ dan il-limitu.

10.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-ħtieġa li jipprovdu kumpens għan-nefqa ta’ tranżazzjoni kif hemm provvediment għalih fl-Artikoli 39(4) u 40(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi.

Għall-iskop ta’ l-Artikoli 39(4) u 40(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, “in-nefqa ta’ tranżazzjoni” għandha tfisser in-nefqa relatata mas-seħħ tat-tranżazzjoni u mhix direttament attribwita għan-nefqa ta’ implimentazzjoni ta’ l-impenn ma’ liema hija relatata.

L-element tan-nefqa ta’ tranżazzjoni għandu jkun ikkalkulat matul il-perjodu ta’ l-impenn u ma għandhux jaqbeż l-20 % tad-dħul mitluf u l-ispejjeż addizzjonali minħabba l-impenn magħmul.

11.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw impenn wieħed biex ikun konvertit f’ieħor matul il-perjodu ta’ l-operat tiegħu, sakemm il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)

tali konverżjoni tkun ta’ benefiċċju sinifikanti għall-ambjent jew għall-benesseri ta’ l-annimali jew għat-tnejn;

(b)

l-impenn eżistenti jkun imsaħħaħ biżżejjed;

(c)

il-programm approvat għall-iżvilupp rurali jkun jinkludi l-impenji kkonċernati.

Impenn agriambjentali jista’ jkun konvertit f’impenn għall-ewwel tisġir ta’ art agrikola taħt l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-impenn agriambjentali għandu jieqaf mingħajr ma jkun meħtieġ rimborż.

12.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu impenji agriambjentali jew għall-benesseri ta’ l-annimali biex ikunu aġġustati matul il-perjodu għal liema jkunu applikabbli, sakemm il-programm approvat għall-iżvilupp rurali jinkludi ambitu għal aġġustament bħal dan u li l-aġġustament ikun ġustifikat sew f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għanijiet ta’ l-impenn.

Tali aġġustamenti jistgħu wkoll ikunu taħt l-għamla ta’ estensjoni tat-tul ta’ żmien ta’ l-impenn.

13.   Ir-rata ta’ konverżjoni ta’ l-annimali għal unitajiet ta’ bhejjem (LU) hija stabbilita fl-Anness V.

Artikolu 28

1.   Appoġġ taħt l-Artikolu 39(5) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jista’ jkopri operazzjonijiet imwettqa minn benefiċjarji oħra minn dawk imsemmija fl-Artikolu 39(2) ta’ dak ir-Regolament.

2.   Attivitajiet li jidħlu f’impenji agriambjentali msemmija fl-Artikolu 27(4) ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ taħt l-Artikolu 39(5) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

L-ebda appoġġ ma għandu jingħata taħt l-Artikolu 39(5) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għal attivitajiet eliġibbli taħt il-programm ta’ qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni.

3.   L-operazzjonijiet għall-konservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura li huma eliġibbli għal appoġġ taħt l-Artikolu 39(5) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

azzjonijiet immirati: l-azzjonijiet li jinkoraġġixxu l-konservazzjoni ex situ u in situ, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-utilizzazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura, inklużi inventarji bbażati fuq il-web ta’ riżorsi ġenetiċi li bħalissa huma kkonservati in situ, inkluża l-konservazzjoni in situ/ fir-razzett, u l-ġabriet ex situ (banek tal-ġeni) u databases;

(b)

azzjonijiet miftiehma: l-azzjonijiet li jinkoraġġixxu il-kambju ta’ informazzjoni għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġabra u l-utilizzazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura Komunitarja, fost l-organizzazzjonijiet kompetenti ta’ l-Istati Membri;

(c)

azzjonijiet ta’ akkumpanjament: informazzjoni, l-azzjonijiet ta’ tixrid u ta’ konsultazzjoni li jinvolvu organizzazzjonijiet mhux governattivi u partijiet interessati oħra rilevanti, il-korsijiet ta’ taħriġ u t-tħejjija ta’ rapporti tekniċi.

4.   Għall-iskop ta’ l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu:

(a)

“konservazzjoni in situ” tfisser il-konservazzjoni ta’ materjal ġenetiku fl-ekosistemi u l-ambjenti naturali u ż-żamma u l-irkupru ta’ populazzjoni vijabbli ta’ speċi jew razez selvaġġi fl-ambjent naturali tagħhom tal-madwar u, fil-każ ta’ razez ta’ annimali domestiċi jew speċi ta’ pjanti kkultivati, fl-ambjent tar-razzett fejn huma żviluppaw il-proprjetajiet distintivi tagħhom;

(b)

“konservazzjoni in situ/fir-razzett” tfisser konservazzjoni in situ u żvilupp fuq livell ta’ razzett;

(c)

“konservazzjoni ex situ” tfisser il-konservazzjoni ta’ materjal ġenetiku għall-agrikoltura barra l-ambjent naturali tagħhom;

(d)

“ġabra ex situ” tfisser ġabra ta’ materjal ġenetiku għall-agrikoltura miżmuma barra l-ambjent naturali tagħhom.

Artikolu 29

Għall-iskopijiet ta’ l-Artikoli 41 u 49 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, “investimenti mhux produttivi” għandha tfisser investimenti li ma jwasslux għall-ebda żieda sinifikanti fil-valur jew il-profitt ta’ l-azjenda agrikola jew tal-forestrija.

Artikolu 30

1.   Għall-iskop ta’ l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 id-definizzjonijiet taħt il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw, suġġetti għall-eċċezzjonijiet li jkunu ġġustifikati kif xieraq fil-programmi għall-iżvilupp rurali.

2.   “Foresta” tfisser medda ta’ art ta’ aktar minn 0,5 ettaru b’siġar għoljin aktar minn 5 metri u kanupew li jkopri aktar minn 10 fil-mija, jew siġar li kapaċi jilħqu dawn il-limiti in situ. Hi ma tinkludix art li hi prinċipalment taħt użu ta’ art agrikola jew urbana.

Huma inklużi żoni b’tisġir mill-ġdid li għadhom ma laħqux iżda li mistennija jilħqu kanupew b’koperta ta’ 10 fil-mija u għoli tas-siġar ta’ 5 metri, kif inhuma żoni temporanjament mhux imsaġġra, li jirriżultaw minn intervent tal-bniedem jew kawżi naturali, li huma mistennija li jirriġeneraw.

Foresti li jinkludu żoni bil-bambù u palmi sakemm l-għoli u l-kriterji tal-kopertura tal-kanupew huma milħuqa.

Foresti li jinkludu toroq tal-foresta, spazju biex iwaqqaf it-tixrid tan-nirien u żoni oħra żgħar fil-miftuħ; foresti f’parks nazzjonali, riservi naturali u żoni oħra protetti bħal dawk ta’ interess xjentifiku, storiku, kulturali jew spiritwali speċifiku.

Foresti li jinkludu spazju biex iwaqqaf l-irjieħ, ringieli ta’ siġar imħawwlin biex jipproteġu l-uċuh tar-raba’ mill-irjieħ u kurituri ta’ siġar b’żona ta’ aktar minn 0,5 ettaru u wisa’ aktar minn 20 metru.

Foresti li jinkludu tħawwiliet prinċipalment għall-skopijiet tal-ħarsien tal-forestrija, bħal tħawwiliet ta’ siġar tal-gomma u balluta tas-sufra. Formazzjonijiet ta’ siġar fis-sistemi tal-produzzjoni agrikola, bħal dawk fi tħawwiliet tal-frott, u fis-sistemi ta’ l-agroforestrija huma esklużi mid-definizzjoni ta’ “foresti”. Siġar f’parks urbani u f’ġonna huma wkoll esklużi minn din id-definizzjoni.

3.   “Żoni msaġġra” tfisser art mhux klassifikata bħala “foresta”, li tifrex fuq aktar minn 0,5 ettaru, b’siġar ogħla minn 5 metri u kanupew li jkopri 5-10 fil-mija, jew siġar li kapaċi jilħqu dawn il-limiti in situ; jew kopertura mħallta ta’ arbuxxell, buxx jew siġar ta’ aktar minn 10 fil-mija. It-terminu ma jinkludix art li hi prinċipalment taħt użu agrikolu jew urban.

4.   Il-foresti u ż-żoni msaġġra li ġejjin għandhom ikunu esklużi mill-ambitu ta’ l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005:

(a)

foresta jew art oħra msaġġra li tkun il-proprjetà ta’ gvernijiet ċentrali jew reġjonali, jew ta’ korporazzjonijiet ikkontrollati mill-gvern;

(b)

foresta jew art oħra msaġġra li tkun il-proprjetà tal-Kuruna;

(c)

il-foresti li huma l-proprjetà ta’ persuni legali li mill-inqas 50 % tal-kapital tagħhom ikun jappartjeni lil waħda mill-istituzzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b).

Artikolu 31

1.   Art agrikola eliġibbli għal appoġġ għall-ewwel tisġir taħt l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandha tkun speċifikata mill-Istat Membru u għandha tinkludi art fejn il-biedja sseħħ fuq bażi regolari.

L-ewwel tisġir f’sit ta’ Natura 2000 innominat skond id-Direttivi 79/409/KEE u 92/43/KEE għandha tkun konsistenti ma’ l-għanijiet ta’ l-immaniġġjar tas-sit kkonċernat.

2.   Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 43(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, “l-ispejjeż ta’ l-istabbiliment” għandhom jinkludu n-nefqa għall-materjal tat-tħawwil, in-nefqa għat-tħawwil u n-nefqa marbuta direttament u meħtieġa għat-tħawwil.

3.   Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 43(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, “bdiewa” għandha tfisser persuni li jiddedikaw parti essenzjali mill-ħin tax-xogħol tagħhom għal attivitajiet agrikoli u li jakkwistaw minnhom parti sinifikanti tad-dħul tagħhom skond il-kriterji li għandhom ikunu determinati mill-Istat Membru.

4.   Għall-iskopijiet ta’ l-Artikoli 43(3) u 44(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, “speċji li jikbru malajr għal koltivazzjoni fuq żmien qasir” tfisser speċji b’newba, jiġifieri l-perjodu ta’ bejn żewġt iħsad fuq l-istess medda art, ta’ inqas minn 15-il sena.

Artikolu 32

Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 l-Istati Membri, billi jitqiesu l-kundizzjonijiet lokali, l-ispeċje tas-selvikultura u l-ħtieġa biex jassiguraw l-kontinwità ta’ l-użu agrikola ta’ l-art, għandhom jiddeterminaw in-numru massimu ta’ siġar imħawla kull ettaru.

Artikolu 33

1.   Meta appoġġ taħt l-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jkopri l-ħolqien ta’ spazju biex iwaqqaf it-tixrid tan-nirien, l-ispejjeż eliġibbli jistgħu jinkludu, barra n-nefqa ta’ l-istabbiliment, in-nefqa tal-manteniment sussegwenti fuq iż-żona kkonċernata.

Appoġġ għall-manteniment ta’ spazju biex iwaqqaf it-tixrid tan-nirien permezz ta’ attivitajiet agrikoli ma għandux jingħata għal żoni li jibbenifikaw mill-appoġġ agriambjentali.

2.   Azzjonijiet ta’ prevenzjoni kontra n-nirien, imsemmija fl-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, jistgħu jkopru dawn li ġejjin:

(a)

l-istabbiliment ta’ infrastrutturi protettivi bħal mogħdijiet tal-foresti, linji, punti għall-provvista ta’ l-ilma, spazji biex iwaqqfu t-tixrid tan-nirien, żoni mnaddfa u maqtugħa, it-tnedija ta’ operazzjonijiet għall-manteniment ta’ spazji biex iwaqqfu t-tixrid tan-nirien u żoni mnaddfa u maqtugħa;

(b)

il-prassi preventivi tal-forestrija bħall-kontroll tal-veġetazzjoni, it-tnaqqija, id-diversifikazzjoni ta’ l-istruttura tal-veġetazzjoni;

(c)

l-istabbiliment u t-titjib ta’ faċilitajiet fissi għall-monitoraġġ ta’ nirien tal-foresti u tagħmir tal-komunikazzjoni.

Artikolu 34

1.   Iż-żoni agrikoli msemmija fl-Artikolu 50(5) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, li huma inklużi fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara bi qbil mad-Direttiva 2000/60/KE, għandhom ikunu eliġibbli għall-pagamenti skond l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, jekk jiġi stabbilit u implimentat f’dawk iż-żoni pjan rilevanti ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara.

2.   Raġunijiet ambjentali li jikkwalifikaw żoni bħala adatti għat-tisġir kif imsemmija fl-Artikolu 50(6) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jistgħu jinkludu l-prevenzjoni minn tgħawwir u/jew deżertifikazzjoni, it-titjib tal-bijodiversità, il-ħarsien tar-riżorsi ta’ l-ilma, il-prevenzjoni ta’ għargħar u l-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima, sakemm din ta’ l-aħħar ma tagħmilx ħsara lill-bijodiversità jew tikkawża ħsara oħra ambjentali.

Subtaqsima 3

Assi 3

Artikolu 35

Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, “membru tal-familja tal-bidwi” għandha tfisser persuna naturali jew ġuridika jew grupp ta’ persuni naturali jew ġuridiċi, kwalunkwe status legali jingħata lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu bil-liġi nazzjonali, li teżerċita attività agrikola fir-razzett fiż-żmien ta’ l-applikazzjoni għall-appoġġ bl-eċċezzjoni tal-ħaddiema li jaħdmu fir-razzett.

Artikolu 36

Is-sbuħiji pubbliċi-privati msemmija fl-Artikolu 59(e) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 li jirċievu appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji għall-iżvilupp lokali għandhom jirrispettaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

huma għandhom jistabbilixxu strateġiji għall-iżvilupp lokali bbażati fuq iż-żona fil-livell subreġjonali;

(b)

huma għandhom ikunu rappreżentattivi tal-partijiet pubbliċi u privati identifikati fil-livell ġeografiku msemmi fil-punt (a) ta’ dan l-Artikolu;

(c)

l-ispejjeż kurrenti ma għandhomx jaqbżu l-15 % tan-nefqa pubblika relatata ma’ l-istrateġija ta’ l-iżvilupp lokali ta’ kull sbuħija individwali pubblika-privata.

Subtaqsima 4

Assi 4

Artikolu 37

1.   Għall-implimentazzjoni ta’ l-Assi 4 kif imsemmi fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu I tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri jew ir-reġjuni jistgħu jagħżlu li jkopru jew it-territorju tagħhom kollu jew parti minnu billi jadattaw kif meħtieġ il-kriterji għall-għażla ta’ gruppi għall-azzjoni lokali jew iż-żoni li jirrappreżentaw.

Il-proċeduri għall-għażla ta’ gruppi għall-azzjoni lokali għandhom ikunu miftuħa għaż-żoni rurali kkonċernati u jiżguraw kompetizzjoni bejn il-gruppi għall-azzjoni lokali li ppreżentaw l-istrateġiji għall-iżvilupp lokali.

2.   Is-sejħiet għall-proposti għall-għażla ta’ żoni rurali għall-implimentazzjoni ta’ l-istrateġiji għall-iżvilupp lokali msemmija fl-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom ikunu organizzati mhux aktar tard minn sentejn wara l-approvazzjoni tal-programmi. Madankollu, l-Istati Membri jew ir-reġjuni jistgħu jorganizzaw sejħiet għall-proposti addizzjonali, speċjalment fejn il-Leader hu miftuħ għal żoni ġodda, f’liema każ jista’ jkun meħtieġ perjodu itwal ta’ żmien.

3.   Il-popolazzjoni ta’ kull żona msemmija fl-Artikoli 61(a) u 62(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandha tkun bħala regola ġenerali ikbar minn 5 000 abitant u ma taqbiżx il-150 000 abitant.

Madankollu, f’każijiet ġustifikati kif xieraq, il-limiti ta’ 5 000 u 150 000 abitant jistgħu jitnaqqsu jew jiżdiedu rispettivament.

4.   L-Istati Membri tal-Komunità kif kostitwita fit-30 ta’ April 2004 għandhom ifittxu li jiżguraw li tingħata prijorità għall-għażla ta’ gruppi għall-azzjoni lokali li għandhom kooperazzjoni integrata fl-istrateġiji għall-iżvilupp lokali tagħhom skond l-Artikolu 62(4) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Artikolu 38

L-ispejjeż kurrenti tal-gruppi għall-azzjoni lokali kif imsemmija fl-Artikolu 63(c) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ Komunitarju f’limitu ta’ 20 % tan-nefqa pubblika totali ta’ l-istrateġija għall-iżvilupp lokali.

Artikolu 39

1.   Il-kooperazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandha tinvolvi mill-inqas grupp wieħed għall-azzjoni lokali magħżul taħt l-Assi tal-Leader. Għandha tkun implimentata taħt ir-responsabbiltà ta’ grupp koordinatur għall-azzjoni lokali.

2.   Il-kooperazzjoni għandha tkun miftuħa għas-sħubiji pubbliċi-privati kif imsemmija fl-Artikolu 59(e) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u għal żoni rurali oħra organizzati bil-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

il-preżenza ta’ grupp lokali f’territorju ġeografiku, li hu attiv fl-iżvilupp rurali, bil-kapaċità li jelabora strateġija għall-iżvilupp għal dak it-territorju;

(b)

l-organizzazzjoni ta’ dak il-grupp lokali hija bbażata fuq sħubija ta’ partijiet lokali.

3.   Il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-implimentazzjoni ta’ azzjoni konġunta.

In-nefqa biss għall-azzjoni konġunta, għat-tmexxija ta’ kull struttura komuni u għall-appoġġ tekniku ta’ tħejjija għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ taħt l-Artikolu 65 tar-Regolament 1698/2005.

Nefqa fuq animazzjoni tista’ tkun eliġibbli fiż-żoni kollha kkonċernati mill-kooperazzjoni.

4.   Il-proġetti ta’ kooperazzjoni għandhom jintgħażlu minn awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn tali proġetti magħmula mill-gruppi għall-azzjoni lokali għadhom ma humiex integrati fl-istrateġija għall-iżvilupp lokali tagħhom skond l-Artikolu 62(4) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. F’dak il-każ, il-proġetti ta’ kooperazzjoni jistgħu jkunu ppreżentati mill-gruppi għall-azzjoni lokali lill-awtorità kompetenti sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013.

5.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni il-proġetti approvati ta’ kooperazzjoni transnazzjonali.

Subtaqsima 5

Assistenza teknika

Artikolu 40

F’każ ta’ programmi għall-iżvilupp rurali li jkopru żewġ reġjuni eliġibbli taħt l-Għan ta’ Konverġenza u reġjuni mhux eliġibbli taħt l-Għan ta’ Konverġenza, ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għall-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 70(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 tista’ tkun determinata meta jitqies it-tip predominanti ta’ reġjuni, bin-numru tagħhom, fil-programm.

Artikolu 41

1.   L-istruttura meħtieġa għat-tmexxija tan-netwerk rurali nazzjonali li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 tista’ tkun stabbilita jew fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew b’għażla permezz ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-proposti. Dik l-istruttura għandha tkun kapaċi li twettaq il-ħidmiet deskritti fil-paragrafi 2(b) ta’ dak l-Artikolu.

2.   F’każ ta’ programm waħdieni għall-iżvilupp rurali li jkopri t-territorju kollu ta’ Stat Membru, in-netwerk rurali nazzjonali għandu jkun parti mill-komponent ta’ assistenza teknika tal-programm u għandha ssir distinzjoni bejn in-nefqa ppjanata relatata ma’ l-elementi koperti mill-punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Madankollu, in-nefqa relatata ma’ l-elementi koperti minn dak il-punt (a) ma għandhiex taqbeż 25 % ta’ l-ammont riservat għan-netwerk rurali nazzjonali.

3.   Fejn l-Istati Membri jagħmlu użu mill-possibbiltà li hemm provvediment għaliha fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 66(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, il-programm speċifiku għat-twaqqif u l-operazzjoni tan-netwerk rurali nazzjonali għandu jkun approvat bi qbil ma’ l-Artikolu 18(4) ta’ dak ir-Regolament.

L-Artikoli 4, 5(1) u (3), u 6 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis-mutandis għas-sottomissjoni, l-approvazzjoni, u l-bidliet ta’ tali programmi speċifiċi.

Il-programm speċifiku u t-tabella finanzjarja tiegħu għandhom jagħmlu distinzjoni bejn l-elementi koperti mill-punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Madankollu, in-nefqa relatata ma’ l-elementi koperti minn dak il-punt (a) ma għandhiex taqbeż 25 % ta’ l-ammont totali ta’ dak il-programm.

4.   Netwerks rurali nazzjonali għandhom ikunu stabbiliti sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008.

5.   Dettalji dwar it-twaqqif u l-organizzazzjoni tan-netwerks rurali nazzjonali huma stabbiliti f’Anness II.

Taqsima 2

Dispożizzjonijiet komuni għal diversi miżuri

Artikolu 42

Għall-iskop ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 70(7) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, f’każ ta’ operazzjonijiet integrati li jaqgħu taħt aktar minn assi u/jew miżura waħda, għal kull parti ta’ l-operazzjoni li hija identifikata b’mod ċar li taqa’ taħt l-ambitu ta’ miżura partikolari għall-iżvilupp rurali, il-kundizzjonijiet ta’ dik il-miżura għandhom japplikaw.

Artikolu 43

Għall-miżuri ta’ investiment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ hu mmirat għall-objettivi definiti u ċari li jirriflettu l-ħtiġijiet identifikati strutturali u territorjali u l-iżvantaġġi strutturali.

Artikolu 44

1.   Meta l-azjenda sħiħa, jew parti minnha, tal-benefiċjarju tkun trasferita lil persuna oħra matul il-perjodu għal liema jkun ingħata impenn bħala kundizzjoni għall-għoti ta’ l-assistenza, il-persuna l-oħra tista’ tidħol għall-impenn għall-kumplament tal-perjodu. Jekk l-impenn ma jkunx merfugħ, il-benefiċjarju għandu jħallas lura dik l-assistenza li tkun ingħatat.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jeħtieġux ir-rimborz imsemmi fil-paragrafu 1 fil-każijiet li ġejjin:

(a)

jekk il-benefiċjarju li jkun diġà għamel tajjeb għal parti sinifikanti ta’ l-impenn ikkonċernat iwaqqaf għal dejjem l-attivitajiet agrikoli u ma jkunx prattikabbli għas-suċċessur li jieħu huwa stess dak l-impenn;

(b)

jekk it-trasferiment ta’ parti mill-azjenda ta’ benefiċjarju jseħħ matul perjodu ta’ estensjoni ta’ l-impenn bi qbil mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 27(12) u jekk it-trasferiment ma jikkonċernax aktar minn 50 % taż-żona koperta bl-impenn qabel l-estensjoni.

3.   F’każ ta’ bidliet żgħar fis-sitwazzjoni ta’ azjenda, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri speċifiċi sabiex jiżguraw li l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ma twassalx għal riżultati mhux xierqa fir-rigward ta’ l-impenn li jkun daħal għalih.

Artikolu 45

1.   Meta l-benefiċjarju jżid iż-żona ta’ l-azjenda matul il-perjodu meta kien mogħti impenn bħala kundizzjoni għall-għoti ta’ l-assistenza, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-impenn biex ikun estiż sabiex ikopri ż-żona addizzjonali għall-kumplament tal-perjodu ta’ l-impenn bi qbil mal-paragrafu 2, jew għall-impenn oriġinali biex ikun mibdul b’wieħed ġdid bi qbil mal-paragrafu 3.

Tista’ ssir ukoll dispożizzjoni għal tali tibdil f’każijiet fejn iż-żona koperta minn impenn fi ħdan azjenda tkun estiża.

2.   L-estensjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tingħata biss taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

hija tkun ta’ benefiċċju għall-miżura kkonċernata;

(b)

hija tkun ġustifikata f’termini tan-natura ta’ l-impenn, it-tul tal-kumplament tal-perjodu u d-daqs taż-żona addizzjonali;

(c)

hija ma tfixkilx l-effettività tal-kontrolli sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ l-assistenza.

3.   L-impenn il-ġdid imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri ż-żona kkonċernata taħt termini li jkunu mill-inqas stretti daqs dawk ta’ l-impenn oriġinali.

4.   Meta benefiċjarju ma jkunx jista’ aktar ikun konformi ma’ l-impenji magħmula minħabba li l-azjenda tkun imqassma mill-ġdid jew tkun is-suġġett ta’ miżuri ta’ konsolidazzjoni ta’ art pubblika jew għal miżuri ta’ konsolidazzjoni ta’ artijiet approvati mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jippermettu li l-impenji jkunu adattati għas-sitwazzjoni l-ġdida ta’ l-azjenda. Jekk tali adattament ikun impossibbli, l-impenn għandu jiskadi u r-rimborż ma għandux ikun meħtieġ fir-rigward tal-perjodu li fih l-impenn kien effettiv.

Artikolu 46

Għandha tkun provduta klawżola ta’ reviżjoni għal impenji mwettqa skond l-Artikoli 39, 40 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 sabiex ikun żgurat l-aġġustament tagħhom f’każ ta’ emenda ta’ l-istandards jew ir-rekwiżiti obbligatorji rilevanti msemmija fl-Artikoli 39(3), 40(2) u 47(1) ta’ dak ir-Regolament, stabbiliti skond l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-Annessi III u IV tiegħu, kif ukoll ir-rekwiżiti minimi għall-fertilizzanti u l-użu tal-prodott tal-ħarsien tal-pjanti u rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, barra mil-liema l-impenji huma bi qbil ma’ dawk l-Artikoli.

Jekk tali aġġustament ikun impossibbli għall-benefiċjarju, l-impenn għandu jiskadi u ma jkunx hemm bżonn ta’ rimborż fir-rigward tal-perjodu meta l-impenn kien effettiv.

Artikolu 47

1.   L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu, partikolarment, il-kategoriji li ġejjin ta’ forza maġġuri jew ċirkustanzi eċċezzjonali u jiċħdu sussegwentement ir-rimborż sħiħ jew parzjali ta’ għajnuna mogħtija lill-benefiċjarju:

(a)

il-mewt tal-benefiċjarju;

(b)

l-inkapaċità fit-tul marbuta max-xogħol tal-benefiċjarju;

(c)

l-esproprjazzjoni ta’ parti kbira ta’ l-azjenda jekk dan ma setax ikun antiċipat fil-jum li l-impenn kien mogħti;

(d)

diżastru naturali serju li jolqot l-art agrikola ta’ l-azjenda;

(e)

il-qerda aċċidentali tal-bini tal-bhejjem fl-azjenda;

(f)

marda epiżootiku li tolqot il-bhejjem kollha jew parti minnhom tal-bidwi.

2.   Il-każijiet ta’ forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali għandhom ikunu notifikati bil-miktub mill-benefiċjarju jew il-parti intitolata tiegħu lill-awtorità kompetenti, flimkien ma’ l-evidenza rilevanti għas-sodisfazzjon ta’ dik l-awtorità, fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data li fiha l-benefiċjarju jew il-parti intitolata tiegħu jkun f’pożizzjoni li jagħmel hekk.

KAPITOLU IV

Eliġibbiltà u dispożizzjonijiet amministrattivi

Taqsima 1

Il-karattru verifikabbli u kontrollabbli tal-miżuri u r-regoli ta’ eliġibbiltà

Subtaqsima 1

Il-karattru verifikabbli u kontrollabbli tal-miżuri

Artikolu 48

1.   Għall-iskop ta’ l-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri kollha għall-iżvilupp rurali li huma beħsiebhom jimplimentaw huma verifikabbli u kontrollabbli. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-arranġamenti ta’ kontroll li jagħtuhom l-assigurazzjoni raġonevoli li l-kriterji ta’ l-eliġibbiltà u impenji oħra huma rispettati.

2.   Sabiex tkun issostanzjata u kkonfermata s-suffiċjenza u l-eżattezza tal-kalkoli tal-pagamenti taħt l-Artikoli 31, 38, 39, 40 u 43 sa 47 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompetenzi xierqa huma provduti minn korpi jew servizzi bl-ebda konnessjoni ta’ ġerarkija mal-korpi jew is-servizzi responsabbli biex jistabbilixxu dawn il-kalkoli. Għandha tintwera dispożizzjoni ta’ tali kompetenza fil-programm għall-iżvilupp rurali.

Subtaqsima 2

Sussidji fuq ir-rati ta’ l-imgħax

Artikolu 49

Sussidji fuq ir-rati ta’ l-imgħax għal self jistgħu jkunu ko-finanzjati mill-FAEŻR skond l-Artikolu 71(5) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Meta jsiru proposti għal sussidji fuq ir-rati ta’ l-imgħax, l-Istati Membri għandhom jindikaw fil-programmi tagħhom il-metodu li għandu jintuża għall-kalkolu tas-sussidju fuq ir-rati ta’ l-imgħax.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistema ta’ kapitalizzazzjoni tar-rati annwali li jibqgħu tas-sussidju fuq ir-rati ta’ l-imgħax fil-mument tat-tul tal-perjodu tas-self. Kull rata annwali li tibqa’ wara d-data finali għall-pagamenti għandha tkun kapitalizzata u mħallsa sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015. Minħabba t-talbiet tal-pagamenti lill-Kummissjoni, l-ammonti mħallsa lill-istituzzjoni finanzjarja intermedjarja li tieħu l-pagament tal-valur imnaqqas tas-sussidju għandhom ikunu kkunsidrati bħala nefqa attwalment minfuqa.

Għall-iskop tat-tieni paragrafu hu meħtieġ ftehim bejn l-aġenzija tal-ħlas ta’ l-Istati Membri u l-istituzzjoni finanzjarja intermedjarja li tieħu l-pagament tal-valur imnaqqas tas-sussidju. L-Istati Membri għandhom jindikaw fil-programm il-metodu tal-kalkolu u l-ipoteżi tal-valur fil-futur li għandu jintuża għall-kalkolu tal-valur kapitalizzat tas-sussidju fuq ir-rati ta’ l-imgħax li għad irid jitħallas, kif ukoll l-arranġamenti biex titkompla tintbagħat l-għajnuna lill-benefiċjarji.

L-Istati Membri għandhom jibqgħu responsabbli għall-immaniġġjar tal-pagament tal-valur imnaqqas tas-sussidju għall-perjodu tas-self kollu lill-intermedjarju finanzjarju u għal kull irkupru ta’ ammonti minfuqa mhux xierqa bi qbil ma’ l-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (15).

Subtaqsima 3

Azzjonijiet oħra ta’ inġinerija finanzjarja

Artikolu 50

Skond l-Artikolu 71(5) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, bħala parti mill-programm għall-iżvilupp rurali, il-FAEŻR jista’ jikko-finanzja n-nefqa fir-rigward ta’ operazzjoni li tinkludi kontribuzzjonijiet biex jappoġġjaw fondi ta’ kapitali ta’ riskju, fondi ta’ garanzija u fondi ta’ self, minn issa ’l quddiem imsejħa “fondi”, bi qbil ma’ l-Artikoli 51 u 52 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 51

1.   Dawk li jiffinanzjaw parti mill-fondi jew l-isponsers tagħhom għandhom jippreżentaw pjan tan-negozju lill-awtorità ta’ tmexxija li tispeċifika, fost oħrajn, is-suq immirat jew il-portafoll ta’ garanzija, il-kriterji, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-finanzjament, il-baġit operattiv tal-fond, id-dritt għall-pussess u l-imsieħba li jiffinanzjaw parti, ir-rekwiżiti fir-rigward ta’ professjonaliżmu, il-kompetenza u l-indipendenza tat-tmexxija, il-liġijiet tal-fondi, il-ġustifikazzjoni u l-utilizzazzjoni intiża tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR, il-politika għall-ħruġ ta’ l-investiment, u d-dispożizzjonijiet tal-likwidazzjoni tal-fond, inkluża l-utilizzazzjoni mill-ġdid ta’ rimborżi li jistgħu jiġu attribwiti għall-kontribuzzjoni tal-FAEŻR. Il-pjan tan-negozju għandu jkun ivvalutat u l-implimentazzjoni tiegħu mmonitorjat minn jew taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtorità ta’ tmexxija.

2.   Il-fondi għandhom ikunu mwaqqfa bħala entitajiet legali indipendenti iggvernati minn ftehimiet bejn l-azzjonisti jew blokka separata ta’ finanzi f’istituzzjoni finanzjarja eżistenzi. F’dan l-aħħar każ, il-fond għandu jkun suġġett għal regoli speċifiċi ta’ implimentazzjoni, li jistipulaw, b’mod partikolari, iż-żamma ta’ kontijiet separati li jiddistingwu r-riżorsi ġodda investiti fil-fond, inklużi dawk ikkontribwiti mill-FAEŻR, minn dawk inizjalment disponnibli fl-istituzzjoni finanzjarja. Il-Kummissjoni ma tistax issir sieħba jew azzjonista fil-fond.

3.   Il-fondi għandhom jinvestu fi jew jipprovdu garanziji lill-intrapriżi fit-twaqqif tagħhom, matul l-istadji bikrija tagħhom jew espansjoni u biss f’attivitajiet li l-maniġers tal-fond jikkunsidraw potenzjalment vijabbli. L-istima tal-vijabbiltà ekonomika għandha tqis is-sorsi kollha tad-dħul ta’ l-intrapriżi msemmija. Il-fondi ma għandhomx jinvestu fi jew jipprovdu garanziji għal intrapriżi f’diffikultà fi ħdan it-tifsira tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna ta’ l-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji f’diffikultà (16).

4.   Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet mill-awtoritajiet ta’ tmexxija u l-fondi biex jitnaqqas it-tagħwiġ tal-kompetizzjoni fil-kapital ta’ riskju jew is-suq tas-self. B’mod partikolari, id-dħul minn investimenti ta’ ekwità u self, bit-tnaqqis pro rata ta’ sehem ta’ l-ispejjeż ta’ tmexxija, jista’ jkun preferenzjalment assenjat lill-azzjonisti tas-settur privat sal-livell tar-renumerazzjoni stabbilit fil-ftehim ta’ l-azzjonisti, u wara dan, huma għandhom ikunu allokati proporzjonalment bejn l-azzjonisti kollha u l-FAEŻR.

5.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tas-settur privat biex il-fondi tal-kapital ta’ riskju, il-fondi ta’ garanzija u l-fondi tal-kapital ta’ self għandha tkun sostanzjali.

6.   L-ispejjeż ta’ tmexxija tal-fondi ma jistgħux jaqbżu t-3 % tal-kapital imħallas (2 % fil-każ ta’ fondi ta’ garanzija), fuq medja fis-sena għat-tul taż-żmien tal-programm sakemm, wara sejħa għal offerti kompetittiva, perċentwal ogħla jkun meħtieġ.

7.   It-termini u l-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet għall-fondi mill-programmi għall-iżvilupp rurali, inklużi r-riżultati tanġibbli, l-istrateġija u l-pjanijiet ta’ investiment, l-implimentazzjoni ta’ monitoraġġ, il-politika għall-ħruġ ta’ l-investimenti u d-dispożizzjonijiet tal-likwidazzjoni, għandhom ikunu stabbiliti fi ftehim ta’ finanzjament li jrid ikun konkluż bejn il-fond min-naħa l-waħda, u l-Istat Membru jew l-awtorità ta’ tmexxija min-naħa l-oħra.

8.   Il-kontribuzzjonijiet għall-fondi mill-FAEŻR u sorsi u investimenti pubbliċi oħra magħmulin mill-fondi fi jew garanziji provduti lill-intrapriżi individwali huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew għar-regoli Komunitarji dwar l-għajnuna ta’ l-Istat.

Artikolu 52

1.   Fir-rigward ta’ azzjonijiet ta’ l-inġinerija finanzjara msemmija fl-Artikolu 51 in-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni bi qbil ma’ l-Artikolu 26(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandha tkun in-nefqa totali mħallsa għat-twaqqif jew il-kontribuzzjoni għal fondi bħal dawn.

Madankollu, meta jitħallas il-bilanċ u jingħalaq il-programm għall-iżvilupp rurali bi qbil ma’ l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, in-nefqa eliġibbli għandha tkun it-total ta’:

(a)

kwalunkwe pagament għall-investiment fl-intrapriżi minn kull fond ikkonċernat, jew kwalunkwe garanzija provduta inklużi l-ammonti impenjati bħala garanziji mill-fondi ta’ garanzija;

(b)

l-ispejjeż eliġibbli ta’ tmexxija.

Id-differenza bejn il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR li hi attwalment imħallsa taħt l-azzjonijiet ta’ inġinerija finanzjarja u l-infiq eliġibbli taħt il-punti (a) jew (b) tat-tieni subparagrafu għandha tkun iċċarata fil-kuntest tal-kontijiet annwali ta’ l-aħħar sena ta’ implimentazzjoni tal-programm.

2.   L-imgħax iġġenerat minn pagamenti minn programmi għall-iżvilupp rurali lill-fondi għandu jkun użat biex jiffinanzja l-azzjonijiet ta’ inġinerija finanzjarja għal intrapriżi individwali.

3.   Ir-riżorsi li jingħataw lura għall-operazzjoni mill-investimenti mwettqa mill-fondi jew li jibqgħu wara li l-garanziji kollha kienu onorati, għandhom jerġgħu jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati għall-benefiċċju ta’ l-intrapriżi individwali.

Subtaqsima 4

Spejjeż standard u suppożizzjonijiet ta’ dħul mitluf, kontribuzzjonijiet in natura

Artikolu 53

1.   Fejn hu xieraq l-Istati Membri jistgħu jiffissaw il-livell ta’ appoġġ li hemm provvediment għalih fl-Artikoli 31, 37 sa 41, u 43 sa 49 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 fuq bażi ta’ spejjeż standard u suppożizzjonijiet standard ta’ dħul mitluf.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw dan li ġej għall-kalkoli u l-appoġġ korrispondenti msemmija fil-paragrafu 1:

(a)

ikun fihom biss elementi li huma verifikabbli;

(b)

ikunu bbażati fuq ċifri stabbiliti minn kompetenzi xierqa;

(c)

ikunu jindikaw biċ-ċar is-sors taċ-ċifri;

(d)

huma differenzjati biex iqisu l-kundizzjonijiet tas-siti lokali u reġjonali u l-użu attwali ta’ l-art kif xieraq;

(e)

għall-miżuri skond l-Artikoli 31, 37 sa 40 u 43 sa 47 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, ma jkollhomx elementi marbutin ma’ spejjeż fissi ta’ investimenti.

Artikolu 54

1.   Għall-miżuri b’investimenti in natura, il-kontribuzzjonijiet ta’ benefiċjarju pubbliku jew privat, jiġifieri l-provvista ta’ oġġetti jew servizzi għal liema ma jsir l-ebda ħlas fi flus appoġġjat b’fatturi jew dokumenti ekwivalenti, jistgħu jkunu infiq eliġibbli sakemm dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)

il-kontribuzzjonijiet jikkonsistu fil-provvista ta’ art jew art għall-bini, tagħmir jew materja prima, riċerka jew xogħol professjonali jew xogħol volontarju mhux imħallas;

(b)

huma ma jsirux fir-rigward ta’ l-azzjonijiet ta’ inġinerija finanzjarja msemmija fl-Artikolu 50;

(c)

il-valur tagħhom jista’ jkun evalwat u vverifikat b’mod indipendenti.

Fil-każ tal-provvista ta’ art jew art għall-bini, il-valur għandu jkun iċċertifikat minn espert kwalifikat indipendenti jew awtorizzat kif xieraq minn korp uffiċjali.

F’każ ta’ xogħol volontarju mhux imħallas, il-valur ta’ dak ix-xogħol għandu jkun determinat billi jitqies iż-żmien mgħoddi u r-rata ta’ remunerazzjoni bis-siegħa u bil-ġurnata għal xogħol ekwivalenti, fejn rilevanti fuq bażi ta’ sistema stabbilita ex ante ta’ spejjeż standard, sakemm is-sistema ta’ kontroll tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli li x-xogħol kien twettaq.

2.   L-ispiża pubblika kko-finanzjata mill-FAEŻR, li tikkontribwixxi għal operazzjoni li tinkludi kontribuzzjonijiet in natura ma għandhiex taqbeż l-ispiża eliġibbli totali, esklużi l-kontribuzzjonijiet in natura, fit-tmiem ta’ l-operazzjoni.

Subtaqsima 5

Investimenti

Artikolu 55

1.   F’każ ta’ investimenti, l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu limitati għal:

(a)

il-kostruzzjoni, l-akkwist jew it-titjib ta’ proprjetà immobbli;

(b)

ix-xiri jew ix-xiri b’kera ta’ makkinarju u tagħmir ġdid, inkluż is-softwer tal-kompjuter sal-valur tas-suq ta’ l-assi. Spejjeż oħra marbuta mal-kuntratt ta’ kera, bħall-marġni tal-kerrej, l-ispejjeż tal-finanzjament mill-ġdid ta’ l-imgħax, spejjeż regolari fit-tmexxija tan-negozju u ħlasijiet ta’ l-assigurazzjoni, ma għandhomx ikunu nfiq eliġibbli;

(c)

l-ispejjeż ġenerali li huma marbutin ma’ l-infiq imsemmi fil-punti (a) u (b), bħalma huma l-miżati tal-periti, l-inġiniera u l-konsulenti, l-istudji tal-probabbiltà, l-akkwist ta’ brevetti u liċenzji.

F’każi sostanzjati kif xieraq u permezz ta’ deroga mill-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet meta x-xiri ta’ tagħmir mhux ġdid jista’ jitqies bħala nfiq eliġibbli biss għal intrapriżi ta’ daqs mikro, żgħir u medju skond it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (17).

2.   Għall-investimenti agrikoli x-xiri tad-drittijiet tal-produzzjoni agrikola, l-annimali, il-pjanti u t-tħawwil ta’ pjanti ma għandux ikun eliġibbli għal appoġġ ta’ investiment.

Madankollu, l-ewwel subparagrafu jista’ ma japplikax għax-xiri ta’ animali u pjanti u tħawwil ta’ uċuh perenni f’każijiet ta’ restawr ta’ potenzjal agrikolu li saritlu ħsara b’diżastri naturali skond l-Artikolu 20(b)(vi) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Investimenti sempliċi ta’ sostituzzjoni ma jkunux eliġibbli għal appoġġ ta’ investiment.

Subtaqsima 6

Pagamenti bil-quddiem għall-appoġġ tal-investimenti

Artikolu 56

1.   B’deroga mill-Artikolu 26(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006 (18), il-benefiċjarji mill-appoġġ għall-investimenti jistgħu jitolbu li jirċievu pagament bil-quddiem mill-awtoritajiet kompetenti tal-pagamenti jekk din l-għażla tkun inkluża fil-programm tal-iżvilupp rurali. F’dak li jirrigwarda l-benefiċjarji pubbliċi, pagament bħal dan jista’ jitħallas biss lil muniċipalitajiet u assoċjazzjonijiet tagħhom,kif ukoll lil entitajiet legali pubbliċi.

2.   L-ammont tal-pagamenti bil-quddiem ma għandux jaqbeż 20 % tal-għajnuna pubblika marbuta mal-investiment, u l-pagament għandu jkun soġġett għall-istabbiliment ta’ garanzija bankarja jew garanzija ekwivalenti li tikkorrispondi għal 110 % tal-ammont tal-pagament bil-quddiem.

Madankollu, fil-każ tal-benefiċjarji pubbliċi msemmija fil-paragrafu 1, l-aġenzija tal-pagamenti tista’ taċċetta garanzija bil-mitkub mill-awtorità tagħhom, skont id-dispożizzjonijiet applikati fl-Istati Membri, li tkopri ammont daqs il-perċentwal speċifikat fl-ewwel subparagrafu, sakemm l-awtorità timpenja ruħha li tħallas l-ammont kopert b’dik il-garanzija jekk id-dritt għall-pagament bil-quddiem ma jkunx stabbilit.

3.   Il-garanzija għandha tkun irrilaxxata meta l-aġenzija tal-pagamenti kompetenti tistabbilixxi li l-ammont tal-infiq effettiv korrispondenti għall-għajnuna pubblika marbuta mal-investiment jaqbeż l-ammont tal-pagament bil-quddiem.

Taqsima 2

Għajnuna ta’ l-istat

Artikolu 57

1.   Programmi għall-iżvilupp rurali jistgħu jkopru l-għajnuna ta’ l-Istat intiża biex tipprovdi finanzjament nazzjonali addizzjonali bi qbil ma’ l-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 favur miżuri jew operazzjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu ta’ l-Artikolu 36 tat-Trattat biss jekk l-għajnuna ta’ l-Istat hija identifikata bi qbil mal-punt 9.A ta’ l-Anness II għal dan ir-Regolament.

2.   Programmi għall-iżvilupp rurali jistgħu jkopru l-għajnuna ta’ l-Istat intiża biex tipprovdi kontribuzzjonijiet finanzjarji pprovduti mill-Istati Membri bħala kontroparti ta’ l-appoġġ tal-Komunità bi qbil ma’ l-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 favur miżuri skond l-Artikoli 25 u 52 ta’ dak ir-Regolament u operazzjonijiet taħt il-miżuri skond l-Artikoli 28 u 29 ta’ dak ir-Regolament jew finanzjament nazzjonali addizzjonali bi qbil ma’ l-Artikolu 89 ta’ dak ir-Regolament favur il-miżuri skond l-Artikoli 25, 27 u 52 ta’ dak ir-Regolament u operazzjonijiet taħt il-miżuri skond l-Artikoli 28 u 29 ta’ dak ir-Regolament, li ma jaqgħux taħt l-ambitu ta’ l-Artikolu 36 tat-Trattat, biss jekk l-għajnuna ta’ l-Istat hija identifikata bi qbil mal-punt 9.B ta’ l-Anness II għal dan ir-Regolament.

3.   In-nefqa minfuqa għall-miżuri u l-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun eliġibbli biss jekk l-għajnuna bażika ma tikkostitwix għajnuna kontra l-liġi skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (19) fiż-żmien meta l-għajnuna kienet mogħtija.

L-awtorità ta’ tmexxija jew kull awtorità kompetenti oħra fl-Istat Membru għandha tiżgura li meta l-għajnuna tingħata għal operazzjonijiet taħt il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 fuq bażi ta’ skemi ta’ għajnuna eżistenti skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, ir-rekwiżiti applikabbli ta’ notifika għal għajnuna individwali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(e) ta’ dak ir-Regolament huma rispettati, u li tali operazzjonijiet huma magħżula biss wara n-notifika u l-approvazzjoni ta’ l-għajnuna bażika mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

Taqsima 3

Tagħrif u promozzjoni

Artikolu 58

1.   Il-programm għall-iżvilupp rurali għandu jinkludi pjan ta’ kommunikazzjoni li għandu jipprovdi għal:

(a)

l-għanijiet u l-gruppi ta’ mira;

(b)

il-kontenut u l-istrateġija tal-komunikazzjoni u l-miżuri ta’ informazzjoni, li jistqarru l-miżuri li għandhom jittieħdu;

(c)

il-baġit indikattiv tiegħu;

(d)

id-dipartimenti jew il-korpi amministrattivi responsabbli għall-implimentazzjoni;

(e)

il-kriterji li għandhom jintużaw għall-evalwazzjoni ta’ l-impatt tal-miżuri ta’ tagħrif u promozzjoni f’termini ta’ trasparenza, kuxjenza dwar il-programmi għall-iżvilupp rurali u r-rwol tal-Komunità.

2.   L-ammont intiż għat-tagħrif u l-promozzjoni jista’ jkun parti mill-komponent ta’ l-assistenza teknika tal-programm għall-iżvilupp rurali.

3.   Dettalji dwar it-tagħrif u l-promozzjoni huma stabbiliti fl-Anness VI.

Artikolu 59

Fil-laqgħat tal-Kumitat tal-Monitoraġġ imwaqqaf bi qbil ma’ l-Artikolu 77 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, il-President għandu jirrapporta dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ tagħrif u promozzjoni u jipprovdi lill-membri tal-Kumitat b’eżempji ta’ tali miżuri.

Taqsima 4

Monitoraġġ u evalwazzjoni

Artikolu 60

L-istruttura u l-elementi tar-rapporti tal-progress annwali li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 82 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 huma stabbiliti fl-Anness VII.

Artikolu 61

L-evalwazzjonijiet ta’ nofs il-perjodu u ex post bi qbil ma’ l-Artikolu 86(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom ikunu ppreżentati lill-Kummissjoni rispettivament sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2015.

Jekk l-Istati Membri jonqsu li jibagħtu r-rapporti ta’ evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu u ex post sad-dati ta’ skadenza msemmija fl-ewwel paragrafu, il-Kumissjoni tista’ tapplika l-proċedura ta’ sospensjoni temporanja ta’ pagamenti intermedjarji msemmija fl-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 sakemm din tirċievi dawk ir-rapporti ta’ evalwazzjoni.

Artikolu 62

1.   Is-sett komuni ta’ indikaturi tal-linja bażi, il-produzzjoni, ir-riżultati, u l-impatt għall-programmi għall-iżvilupp rurali huma elenkati fl-Anness VIII. Dik il-lista ta’ indikaturi għandha tifforma l-Qafas Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni (CMEF) imsemmi fl-Artikolu 80 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Fejn hu rilevanti, dawk l-indikaturi għandhom ikunu maqsuma skond l-età u s-sess tal-benefiċjarji, kif ukoll skond jekk il-miżuri humiex implimentati f’żoni inqas favoriti jew f’żoni koperti mill-Għan ta’ Konverġenza.

2.   Il-progress fuq l-indikaturi tal-produzzjoni u r-riżultati għandu jagħmel parti mir-rapport tal-progress annwali. Dak ir-rapport għandu jinkludi kemm l-indikaturi komuni, kif ukoll dawk addizzjonali.

Biex tkejjel il-progress fl-ilħuq ta’ l-għanijiet tal-programm għall-iżvilupp rurali, il-miri indikattivi għall-indikaturi tal-produzzjoni, ir-riżultati u l-impatt għandhom ikunu stabbiliti għall-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-programm, inkluż il-finanzjament nazzjonali addizzjonali msemmi fl-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

3.   Il-gwida dwar is-CMEF għandha tkun definita mill-Kummissjoni permezz ta’ approċċ komuni flimkien ma’ l-Istati Membri. Din għandha tinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ

(b)

l-organizzazzjoni ta’ l-evalwazzjoni ex-ante, ta’ nofs il-perjodu u ex-post u mistoqsijiet komuni ta’ l-evalwazzjoni għal kull miżura ta’ żvilupp rurali;

(c)

gwida dwar is-sistema ta’ rapportaġġ għall-evalwazzjoni tal-progress fir-rigward ta’ l-indikaturi;

(d)

dokumenti skond il-miżura li fihom il-loġika ta’ l-intervent u l-indikaturi differenti;

(e)

dokumenti li jiddeskrivu l-indikaturi tal-linja bażi, il-produzzjoni, ir-riżultati u l-impatt.

Taqsima 5

Kambju elettroniku ta’ informazzjoni u dokumenti

Artikolu 63

1.   Il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri, għandha tistabbilixxi sistema informatika (minn issa ’l quddiem imsejħa “is-Sistema”) biex tippermetti il-kambju sigur ta’ dejta ta’ interess komuni bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru. Din id-dejta għandha tkopri kemm l-aspetti amministrattivi/operattivi kif ukoll l-aspetti finanzjarji, fejn dawn ta’ l-aħħar huma koperti bl-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (20).

Is-Sistema għandha tkun imwaqqfa u aġġornata mill-Kummissjoni permezz ta’ approċċ komuni ma’ l-Istati Membri.

2.   F’dak li għandu x’jaqsam mat-tmexxija amministrattiva/operattiva, is-Sistema għandha jkollha l-aspetti dokumentarji ta’ interess komuni li jippermetti li jitwettaq monitoraġġ, u b’mod partikolari: il-pjanijiet strateġiċi nazzjonali u l-aġġornamenti tagħhom, ir-rapporti sommarji, il-programmi u l-modifikazzjonijiet tagħhom, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, ir-rapporti ta’ progress annwali, inkluża l-kodifikazzjoni ta’ miżuri bi qbil mat-tabella fil-Punt 7 ta’ l-Anness II, u l-indikaturi tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni fl-Anness VIII.

3.   L-awtorità ta’ tmexxija u l-Kummissjoni għandhom idaħħlu fis-Sistema u jaġġornaw id-dokumenti għal liema huma responsabbli fil-format meħtieġ.

4.   Is-Sistema għandha tkun aċċessibbli għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni jew direttament jew permezz ta’ interface għas-sinkronizzazzjoni awtomatika u biex tiddaħħal id-dejta bis-sistemi amministrattivi kompjuterizzati nazzjonali u reġjonali.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu b’mod ċentrali lill-Kummissjoni t-talbiet għad-drittijiet ta’ aċċess għas-Sistema.

5.   L-iskambji tad-dejta għandhom ikunu ffirmati b’mod elettroniku bi qbil ma’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21). L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jirrikonoxxu l-effettività u l-ammissibilità legali bħala evidenza fi proċeduri legali tal-firma elettronika użata fis-Sistema.

6.   Id-data li għandha titqies sabiex jintbagħtu d-dokumenti lill-Kummissjoni għandha tkun id-data meta l-Istat Membru jittrażmetti d-dokumenti, wara li jkun daħħalhom fis-Sistema.

Dokument għandu jitqies bħala mibgħut lill-Kummissjoni ladarba dan ma jkunx jista’ jiġi emendat u soppress mill-Istat Membru fis-Sistema.

7.   L-ispiża għall-iżvilupp u l-aġġornament ta’ l-elementi komuni tas-Sistema għandhom ikunu ffinanzjati mill-baġit tal-Kommunita bi qbil ma’ l-Artikolu 66(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Kull spiża ta’ interface bejn is-sistemi lokali u nazzjonali, min-naħa l-waħda, u s-Sistema, min-naħa l-oħra, u kull spiża ta’ adattament tas-sistemi lokali u nazzjonali jistgħu jkunu eliġibbli taħt l-Artikolu 66(2) ta’ dak ir-Regolament.

8.   F’każijiet ta’ forza maġġuri jew ċirkustanzi eċċezzjonali, u partikolarment ta’ funzjonament ħażin tas-Sistema jew nuqqas ta’ konnessjoni fit-tul, l-Istat Membru jista’ jibgħat id-dokumenti stampati lill-Kummissjoni. Tali trażmissjonijiet f’materjal stampat ma jistgħux isiru mingħajr ftehim formali minn qabel mal-Kummissjoni.

Hekk kif tintemm il-kawża ta’ forza maġġuri jew ċirkustanza eċċezzjonali li tipprevjeni l-użu tas-Sistema, l-Istat Membru għandu jdaħħal id-dokumenti korrispondenti fis-Sistema. F’dan il-każ, id-data tal-bgħit għandha tkun meqjusa bħala d-data meta ntbagħtu d-dokumenti f’materjal stampat.

KAPITOLU V

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 64

Ir-Regolament (KE) Nru 817/2004 huwa revokat mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan jibqa’ applikabbli għall-miżuri approvati qabel l-1 ta’ Jannar 2007 taħt ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999.

L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 817/2004 u l-punti 9.3.V.A(1) u 9.3.V.B(1),(2) u (3) u t-tieni inċiż tal-punt 9.3.V.B. ta’ l-Anness II tiegħu għandhom jibqgħu applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2009 skond it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 94 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

Artikolu 65

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika għall-appoġġ Komunitarju li għandu x’jaqsam mal-perjodu ta’ programmazzjoni li jibda mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Marian FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(2)  http://www.mcpfe.org/mcpfe/resolutions/lisbon/resolution_l2a2.pdf

(3)  ĠU L 328, 23.12.2000, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2060/2004 (ĠU L 357, 2.12.2004, p. 3).

(4)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2223/2004 (ĠU L 379, 24.12.2004, p. 1).

(5)  ĠU L 153, 30.4.2004, p. 30 (verżjoni kkorreġuta: ĠU L 231, 30.6.2004, p. 24). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1360/2005 (ĠU L 214, 19.8.2005, p. 55).

(6)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

(7)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1.

(8)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(9)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(10)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.

(11)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(12)  ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1.

(13)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(14)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(15)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(16)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(17)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(18)  ĠU L 368, 23.12.2006, p. 74.

(19)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(20)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.

(21)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.


ANNESS I

SKEMI TA’ APPOĠĠ IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(2)

Frott u Ħaxix (L-Artikoli 14(2) u 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 (1))

Inbid (It-Titolu II, Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999

Tabakk (L-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 (2))

Żejt taż-żebbuġa (L-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2004 (3)

Ħops (L-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1952/2005 (4))

Ċanga u Vitella (L-Artikolu 132 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Nagħaġ u Mogħoż (L-Artikoli 114(1) u 119 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Trobbija tan-naħħal (L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 (5))

Zokkor (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 (6))

Miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod (It-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill Nru 247/2006 (7)) u l-Gżejjer Eġej iż-żgħar (It-Titolu II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 (8))[regolament ġdid għaddej]

Ħlasijiet diretti (L-Artikoli 42(5) u 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 215, 30.7.1992, p. 70.

(3)  ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97 (verżjoni kkorreġuta: ĠU L 206, 9.6.2004, p. 37).

(4)  ĠU L 314, 30.11.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 125, 28.4.2004, p. 1.

(6)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42.

(7)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.

(8)  ĠU L 184, 27.7.1993, p. 1.


ANNESS II

A.   KONTENUT TAL-PROGRAMM GĦALL-IŻVILUPP RURALI (L-ARTIKOLU 5)

1.   It-Titolu tal-programm għall-iżvilupp rurali

2.   L-Istat Membru u r-reġjun amministrattiv (jekk rilevanti)

2.1.   Iż-żona ġeografika koperta bil-pjan

(l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005)

2.2.   Ir-Reġjuni klassifikati bħala Għan ta’ “Konverġenza”

(l-Artikoli 16(d) u 69 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005)

Identifika:

Ir-reġjuni ta’ konverġenza.

3.   Analiżi tas-sitwazzjoni f’termini ta’ punti tajbin u punti dgħajfin, l-istrateġija magħżula biex dawn ikunu milħuqa u l-evalwazzjoni ex ante

(l-Artikoli 16 (a) u 85 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005)

3.1.   Analiżi tas-sitwazzjoni f’termini ta’ punti tajbin u punti dgħajfin

Iddeskrivi s-sitwazzjoni kurrenti taż-żona ġeografika bl-użu ta’ dejta kwantitattiva, li tenfasizza l-punti tajbin u l-punti dgħajfin, id-differenzi, il-ħtiġijiet u d-diskrepanzi u l-potenzjal għall-iżvilupp rurali fuq bażi ta’ l-indikaturi bażilari definiti fl-Anness VIII u indikaturi oħra addizzjonali rilevanti. Din id-deskrizzjoni għandha tikkonċerna:

—   Il-kuntest ġenerali soċjo-ekonomiku taż-żona ġeografika: id-definizzjoni ta’ żona rurali meta jitqies il-punt 2.4 ta’ l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/144/KE (1); is-sitwazzjoni demografika inkluż l-analiżi ta’ l-istruttura tal-popolazzjoni f’età u sess, l-emigrazzjoni ’l ġewwa u ’l barra mill-pajjiż u l-problemi li jirriżultaw minn pressjonijiet peri-urbani u distanza; is-sewwieqa ekonomiċi, il-produttività u t-tkabbir; is-suq tax-xogħol inkluż l-istruttura ta’ l-impjiegi, il-qgħad u l-livelli tal-ħiliet inkluż l-analiżi tas-sitwazzjoni ta’ l-impjiegi f’età u sess; l-użu ta’ art ġenerali u agrikola/tal-forestrija u l-istruttura ta’ pussess, id-daqs medju ta’ l-azjendi.

—   Prestazzjoni tas-setturi ta’ l-agrikoltura, il-forestrija u l-ikel: il-kompetittività tas-setturi ta’ l-agrikoltura, il-forestrija u l-ikel, l-analiżi ta’ l-iżvantaġġi strutturali u l-identifikazzjoni, tal-ħtiġijiet tar-ristrutturar u l-modernizzazzjoni; il-kapital uman u l-intraprenditorija; il-potenzjal għall-innovazzjoni u t-trasferiment ta’ l-għarfien; il-kwalità u l-konformità ma’ l-istandards tal-Komunità.

—   Ġestjoni ta’ l-ambjent u ta’ l-art: l-intoppi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-irziezet f’żoni ta’ riskju ta’ abbandun u ta’ emarġinazzjoni; id-deskrizzjoni ġenerali tal-bijodiversità b’attenzjoni fuq dik marbuta ma’ l-agrikoltura u l-forestrija, inkluż biedja ta’ valur naturali għoli u s-sistemi ta’ forestrija, is-sitwazzjoni fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni tad-direttivi Natura 2000 fir-razzett/f’art imsaġġra; id-deskrizzjonijiet tal-kwalità u l-kwantità ta’ l-ilma, ir-rwol ta’ l-agrikoltura fl-użu ta’ l-ilma/it-tniġġis u l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (2) u tad-Direttiva 2000/60/KE (Id-Direttiva ta’ Qafas dwar in-Nitrati u d-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma); it-tniġġis ta’ l-arja u l-bidla fil-klima u r-rabta tagħhom ma’ l-agrikoltura: l-emissjonijiet tal-Gassijiet b’effett ta’ Serra (GHG) u ta’ l-ammonja u r-rabta ma’ pjanijiet/inizzjattivi ta’ azzjoni differenti meħuda mill-Istat Membru/ir-reġjun sabiex jikkontribwixxu biex jilħqu l-għanijiet internazzjonali inkluż il-Kodiċi ta’ Prattika Tajba biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ l-ammonja (il-Konvenzjoni dwar it-Tniġġis Transkonfinali fil-Bogħod); l-użu tal-bijoenerġija; id-deskrizzjonijiet tal-kwalità ta’ ħamrija (tgħawwir b’ilma u riħ, sustanzi organiċi, kontaminazzjoni) u protezzjoni, l-użu ta’ pestiċidi, l-agrikoltura organika u l-benesseri ta’ l-annimali; il-medda taż-żoni msaġġra protettivi u protetti, iż-żoni msaġġra b’riskju għoli jew medju ta’ nirien, il-bidla medja annwali fil-kopertura tal-foresta. Id-deskrizzjonijiet ta’ hawn fuq għandhom ikunu sostnuti b’dejta kwantittativa.

—   Ekonomija rurali u kwalità ta’ ħajja: l-istruttura ta’ l-ekonomija rurali, l-ostakli għall-ħolqien ta’ opportunitajiet alternattivi ta’ impjieg, il-formazzjoni ta’ mikro-negozji u t-turiżmu; id-deskrizzjoni u l-analiżi ta’ nuqqas tal-provvediment ta’ servizzi f’żoni rurali, inkluż l-aċċess għal servizzi on-line u infrastruttura ta’ broadband; il-ħtiġijiet infrastrutturali, il-wirt kulturali u l-ambjent mibni f’irħula; il-potenzjal uman u l-kapaċità lokali għall-iżvilupp inkluż il-governanza.

—   Leader: il-popolazzjoni u t-territorju ta’ l-Istati Membri koperti bl-istrateġiji integrati minn isfel għal fuq għall-iżvilupp rurali (Leader+ u programmi oħra kko-finanzjati nazzjonali u Komunitarji) matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006.

3.2.   L-istrateġija magħżula li tissodisfa l-punti tajbin u l-punti dgħajfin

Iddeskrivi l-għażla u l-ġerarkija ta’ miżuri għall-iżvilupp rurali biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni fit-territorju rurali u l-piż finanzjarju mogħti lill-assi u l-miżuri differenti ġġustifikati bl-analiżi tal-punti tajbin u l-punti dgħajfin.

3.3.   L-evalwazzjoni ex ante

Inkludi din l-evalwazzjoni li tidentifika u tassessja l-elementi li jinsabu fl-Artikolu 85 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005: il-ħtiġijiet fuq terminu medju u fuq terminu twil, l-għanijiet li għandhom ikunu milħuqa, ir-riżultati mistennija, l-għanijiet ikkwantifikati b’mod partikolari f’termini ta’ impatt b’relazzjoni ma’ sitwazzjoni bażilari, iż-żieda fil-valur Komunitarju, il-limitu sa fejn il-prijoritajiet Komunitarji ġew meqjusa, it-tagħlim miksub minn programmazzjoni preċedenti u l-kwalità tal-proċeduri għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u t-tmexxija finanzjarja.

L-evalwazzjoni ex-ante għandha tindirizza wkoll ir-rekwiżiti ta’ l-istima ambjentali li hemm provvediment għalihom fid-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (id-“Direttiva dwar l-Evalwazzjoni Strateġika ta’ l-Ambjent”).

L-evalwazzjoni kompleta ex-ante tkun ippreżentata bħala anness għall-programm għall-iżvilupp rurali.

3.4.   Impatt minn perjodu preċedenti ta’ programmazzjoni u tagħrif ieħor

Iddeskrivi l-impatt tar-riżorsi ffinanzjati mill-FAEGG allokati għall-iżvilupp rurali matul il-perjodu preċedenti ta’ programmazzjoni fuq l-istess żona ta’ programmazzjoni. Ippreżenta sommarju bir-riżultati ta’ l-evalwazzjonijiet.

Fejn rilevanti, iddeskrivi wkoll miżuri supplimentari flimkien mal-miżuri Komunitarji għall-iżvilupp rurali u ta’ akkumpanjament li kellhom impatt fuq iż-żona ta’ programmazzjoni kkonċernata.

4.   Ġustifikazzjoni tal-prijoritajiet magħżula fir-rigward tal-linji gwida strateġiċi Komunitarji u l-pjan strateġiku nazzjonali kif ukoll l-impatt mistenni skond l-evalwazzjoni ex-ante

(l-Artikolu 16(b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005)

4.1.   Ġustifikazzjoni tal-prijoritajiet magħżula fir-rigward tal-linji gwida strateġiċi Komunitarji u l-pjan strateġiku nazzjonali

Iddeskrivi kif il-miżuri magħżula fil-programm għall-iżvilupp rurali u l-piż finanzjarju mogħti għall-erba’ Assi jirriflettu l-pjan strateġiku nazzjonali u s-sitwazzjoni speċifika nazzjonali.

4.2.   Impatti mistennija mnissla mill-evalwazzjoni ex-ante fir-rigward tal-prijoritajiet magħżula

Il-programm għall-iżvilupp rurali jinkludi sommarju ta’ l-evalwazzjoni ex ante (imsejsa fuq evalwazzjoni sħiħa ex-ante annessa mal-programm) u kif l-awtoritajiet ta’ tmexxija qiesu r-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni. Din il-parti għandha wkoll tiddiskuti l-impatti mistennija ta’ sinerġiji bejn l-assi u l-miżuri u kif azzjonijiet integrati bejniethom jistgħu jikkontribwixxu għal aspetti esterni pożittivi u sitwazzjonijiet fejn jirbaħ kulħadd.

5.   Informazzjoni dwar l-assi u l-miżuri proposti għal kull assi u d-deskrizzjoni tagħhom

(l-Artikolu 16(c) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005)

Din l-informazzjoni għandha tinkludi d-deskrizzjoni ta’ l-assi u l-miżuri proposti, kif ukoll l-objettivi u l-indikaturi speċifiċi verifikabbli msemmija fl-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 li jippermettu li jiġu mkejla l-progress tal-programm, l-effiċjenza u l-effettività. Dawn l-indikaturi jinkludu indikaturi komuni inklużi fis-CMEF (l-Anness VIII għal dan ir-Regolament) u indikaturi addizzjonali speċifiċi għall-programm.

5.1.   Rekwiżiti ġenerali

identifika l-artikolu speċifiku (u l-paragrafu fejn rilevanti) li jkopri kull miżura għall-iżvilupp rurali. Meta żewġ artikoli jew aktar ikunu kkwotati (għal operazzjonijiet integrati), il-pagament għandu jkun attribuwit lill-miżura dominanti u permezz ta’ din lill-assi dominanti (l-Artikolu 70(7) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005), imma kull parti għandha tkun implimentata bi qbil mar-regoli li jidderieġu l-miżuri individwali.

identifika l-bażi loġika għall-intervent, l-objettivi, l-ambitu u l-azzjonijiet, l-indikaturi, il-miri kkwantifikati u fejn xieraq il-benefiċjarji.

5.2.   Rekwiżiti li jikkonċernaw il-miżuri kollha jew bosta minnhom

Referenza għall-operazzjonijiet/kuntratti kurrenti mill-perjodu preċedenti, inkluż f’termini finanzjarji, u l-proċeduri/regoli (inklużi dawk tranżizzjonali) li japplikaw għal dawn bi qbil mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1320/2006 [li jistabbilixxi regoli għat-tranżizzjoni għall-appoġġ għall-iżvilupp rurali li hemm provvediment għalih fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005] (4). Meta devjazzjonijiet mit-tabella ta’ korrelazzjoni mniżżla fl-Anness II għal dak ir-Regolament huma proposti f’programm tali devjazzjonijiet għandhom ikunu spjegati taħt dan l-inċiż. Għal operazzjonijiet li jappartjenu għal miżuri li mhux ser ikunu aktar amministrati fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 id-deskrizzjoni tista’ tkun limitata biss għar-rekwiżiti taħt dan l-inċiż.

Konferma li għall-miżuri skond l-Artikoli 25 u 52 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u għal operazzjonijiet taħt il-miżuri skond l-Artikoli 28 u 29 ta’ dak ir-Regolament li ma jaqgħux fl-ambitu ta’ l-Artikolu 36 tat-Trattat, għandha tiġi żgurata l-osservanza tal-proċeduri ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat u l-kriterji tal-kompatibbiltà ta’ materjal, b’mod partikolari limiti ta’ għajnuna ta’ l-appoġġ pubbliku totali taħt l-Artikoli 87 u 89 tat-Trattat.

Konferma li r-rekwiżiti f’konformità reċiproka, li jaffettwaw l-implimentazzjoni ta’ bosta miżuri għall-iżvilupp rurali, huma identiċi għal dawk li hemm provvediment għalihom fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Evidenza li għall-miżuri ta’ investiment l-appoġġ hu mmirat b’objettivi ddefiniti b’mod ċar li jirriflettu ħtiġijiet territorjali identifikati u żvantaġġi strutturali.

Kriterji u regoli amministrattivi sabiex jiżguraw li l-operazzjonijiet jibbenifikaw b’mod eċċezzjonali mill-appoġġ għall-iżvilupp rurali fl-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament ma humiex megħjuna wkoll minn strumenti oħra rilevanti fil-Politika Agrikola Komuni.

Evidenza kif imsemmija fl-Artikolu 48(2) ta’ dan ir-Regolament li tippermetti li l-Kummissjoni tivverifika l-konsistenza u l-plawsibbiltà tal-kalkoli.

F’każ ta’ użu ta’ sussidji fuq ir-rati ta’ l-imgħax u sistemi ta’ kapitalizzazzjoni ta’ dawn, kif ukoll l-azzjonijiet ta’ inġinerija finanzjarja, l-arranġamenti bi qbil ma’ l-Artikoli 49 sa 52 ta’ dan ir-Regolament.

5.3.   Informazzjoni meħtieġa għall-Assi u l-miżuri

L-informazzjoni speċifika li ġejja hi meħtieġa għall-miżuri:

5.3.1.   Assi 1: Titjib tal-kompetittività tas-settur ta’ l-agrikoltura u l-forestrija

Komuni għal ċerti miżuri relatati mal-forestrija

rabta bejn il-miżuri proposti u l-programmi nazzjonali/subnazzjonali tal-forestrija jew l-istrumenti ekwivalenti u ma’ l-Istrateġija Komunitarja tal-Forestrija.

5.3.1.1.   Miżuri mmirati għall-promozzjoni ta’ l-għarfien u t-titjib tal-potenzjal uman

5.3.1.1.1.   Taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet ta’ informazzjoni, inklużi t-tixrid ta’ l-għarfien xjentifiku u prassi innovativi, għal persuni impenjati fis-setturi ta’ l-agrikoltura, ta’ l-ikel u tal-forestrija

deskrizzjoni ta’ l-operazzjonijiet (inkluż it-tipi ta’ taħriġ) u t-tip ta’ benefiċjarji,

dettalji dwar il-kopertura ta’ l-appoġġ,

5.3.1.1.2.   L-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ

id-definizzjoni ta’ “l-istabbiliment” użata mill-Istat Membru/reġjun,

sommarju tar-rekwiżiti tal-pjan tan-negozju, inkluż f’każ ta’ investimenti konformi ma’ l-istandards eżistenti Komunitarji f’perjodu ta’ grazzja ta’ 36 xahar, u dettalji dwar il-frekwenza u t-trattament ta’ reviżjonijiet tal-pjan tan-negozju,

l-użu tal-possibbiltà li jibbenefikaw mill-perjodu ta’ grazzja sabiex jilħqu il-ħiliet vokazzjonali u r-rekwiżiti ta’ kompetenza

l-użu tal-possibbiltà li jagħqdu miżuri differenti permezz ta’ pjan tan-negozju li jagħti aċċess lill-bidwi żgħażugħ għal dawn il-miżuri,

l-ammont ta’ appoġġ u l-għażla ta’ pagament (primjum waħdieni sa ħames rati, sussidju fuq ir-rata ta’ l-imgħax jew taħlita tat-tnejn).

5.3.1.1.3.   Irtirar bikri tal-bdiewa u tal-ħaddiema fil-biedja

deskrizzjoni tar-rabta ma’ skemi ta’ rtirar nazzjonali,

deskrizzjoni tar-rabta mal-miżura ta’ l-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ (fejn dawn l-għażliet kienu magħżula),

it-tul ta’ żmien ta’ l-għajnuna,

l-użu tal-possibbiltà li jittrasferixxu rilaxx ta’ art lil korp li jintrabat li jassenjaha mill-ġdid f’data aktar tard,

l-ammont għall-pagamenti.

5.3.1.1.4.   Użu ta’ servizzi konsultattivi għall-irziezet u l-forestrija

deskrizzjoni ta’ sistemi ta’ servizzi konsultattivi għall-irziezet/il-forestrija mwaqqfa mill-Istat Membru, inkluża l-proċedura ta’ l-għażla għall-korpi responsabbli għall-provvediment ta’ dawk is-servizzi lill-bdiewa/li dawk li jkollhom il-foresti,

l-ammont u r-rata ta’ appoġġ.

5.3.1.1.5.   Twaqqif ta’ servizzi ta’ tmexxija, ta’ għajnuna u ta’ konsulenza

deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ l-istabbiliment, l-istatus tal-fornituri tas-servizzi, it-tip ta’ servizzi koperti,

deskrizzjoni tat-tipi ta’ spejjeż eliġibbli, il-livell ta’ appoġġ, inkluża d-digressività tiegħu.

5.3.1.2.   Miżuri bl-għan li jkun ristrutturat u żviluppat il-potenzjal fiżiku u għall-promozzjoni ta’ l-innovazzjoni

5.3.1.2.1.   Modernizzazzjoni ta’ azjendi agrikoli

deskrizzjoni tal-ħtiġijiet u l-miri fir-rigward tat-titjib tal-prestazzjoni ġenerali ta’ l-azjendi agrikoli,

tipi ta’ investimenti (tanġibbli-intanġibbli),

tipi ta’ benefiċjarji,

nomina ta’ l-istandards Komunitarji introdotti reċentement (u ta’ l-istandards eżistenti fil-każ ta’ bdiewa żgħażagħ li jirċievu appoġġ għall-istabbiliment) għal liema jista’ jkun mogħti appoġġ, il-ġustifikazzjoni relatata mal-problemi speċifiċi involuti għall-konformità ma’ dawk l-istandards u t-tul ta’ żmien u l-ġustifikazzjoni tal-perjodu ta’ grazzja għal kull standard ikkonċernat,

it-tip ta’ appoġġ u l-intensitajiet tal-għajnuna.

5.3.1.2.2.   Titjib tal-valur ekonomiku tal-foresti

it-tipi ta’ investimenti u tal-benefiċjarji kkonċernati,

it-tip ta’ appoġġ u l-intensitajiet tal-għajnuna.

5.3.1.2.3.   Żieda tal-valur tal-prodotti agrikoli u tal-forestrija

deskrizzjoni tal-ħtiġijiet u l-miri fir-rigward tal-prestazzjoni ġenerali ta’ l-intrapriżi,

is-setturi ta’ produzzjoni primarja u t-tipi ta’ investimenti (tanġibbli-intanġibbli),

it-tipi u d-daqs ta’ l-intrapriżi tal-benefiċjarji,

nomina ta’ l-istandards għal liema jista’ jkun mogħti perjodu ta’ grazzja lil mikro-intrapriżi sabiex ikunu konformi ma’ l-istandard Komunitarju introdott reċentement,

it-tip ta’ appoġġ u l-intensitajiet ta’ l-għajnuna.

5.3.1.2.4.   Kooperazzjoni għall-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-settur ta’ l-agrikoltura u l-ikel u fis-settur tal-forestrija

is-setturi koperti u t-tipi ta’ msieħba involuti fil-proġetti ta’ kooperazzjoni,

deskrizzjoni ta’ kwalunkwe distinzjoni bejn proġetti ta’ kooperazzjoni fl-oqsma ta’ prodotti ġodda/proċessi ġodda/teknoloġiji ġodda,

it-tipi ta’ spejjeż eliġibbli u l-livelli ta’ appoġġ.

5.3.1.2.5.   Infrastruttura relatata ma’ l-iżvilupp u l-adattament ta’ l-agrikoltura u l-forestrija

Deskrizzjoni tat-tip ta’ operazzjonijiet.

5.3.1.2.6.   Restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li jkun sofra ħsara minħabba diżastri naturali u introduzzjoni ta’ azzjonijiet xierqa ta’ prevenzjoni

Għall-okkorrenza ta’ tali avvenimenti, assigurazzjoni li n-nefqa ta’ l-investiment biss hi koperta.

5.3.1.3.   Miżuri bl-għan ta’ titjib fil-kwalità tal-produzzjoni u l-prodotti agrikoli

5.3.1.3.1.   Li jiġu milħuqa l-istandards ibbażati fuq leġiżlazzjoni Komunitarja

il-lista ta’ standards ibbażati fuq leġiżlazzjoni Komunitarja eliġibbli għall-appoġġ taħt l-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, id-data meta kull standard huwa obbligatorju bi qbil mal-leġiżlazzjoni Komunitarja u l-ġustifikazzjoni għall-għażla,

deskrizzjoni ta’ l-impatt sinifikattiv fuq l-ispejjeż operattivi ta’ l-irziezet li jirriżultaw minn obbligazzjonijiet jew restrizzjonijiet imposti bl-istandard il-ġdid,

l-ammont ta’ appoġġ għal kull standard eliġibbli u l-metodoloġija użata biex jiġi determinat dan l-ammont.

5.3.1.3.2.   Parteċipazzjoni ta’ bdiewa fl-iskemi ta’ kwalità ta’ l-ikel

il-lista ta’ skemi ta’ kwalità Komunitarji u nazzjonali eliġibbli għall-appoġġ, inkluża l-lista ta’ prodotti li jikkwalifikaw għall-appoġġ taħt l-iskemi ta’ kwalità magħżula. Għal skemi nazzjonali, deskrizzjoni ta’ l-iskema fir-rigward tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 22(2),

indikazzjoni ta’ l-awtorità jew l-awtoritajiet uffiċjali responsabbli għas-sorveljanza tal-funzjonament ta’ l-iskema ta’ kwalità u deskrizzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ l-organizzazzjoni għas-sorveljanza,

l-ammont ta’ appoġġ għal kull tip ta’ skema eliġibbli u l-ġustifikazzjoni ta’ l-ispejjeż fissi.

5.3.1.3.3.   Attivitajiet ta’ tagħrif u promozzjoni

il-lista ta’ prodotti li jikkwalifikaw għall-appoġġ taħt l-iskemi ta’ kwalità magħżula taħt il-miżura “Parteċipazzjoni ta’ bdiewa fi skemi ta’ kwalità ta’ l-ikel”,

il-proċedura sabiex ikunu żgurati li l-azzjonijiet li jibbenifikaw mill-appoġġ għall-iżvilupp rurali ma jkunux ukoll sostnuti taħt ir-Regolament (KE) Nru 2826/2000,

il-proċedura għal verifiki ex ante dwar tagħrif, promozzjoni, u materjal tar-reklamar (l-Artikolu 23(6) ta’ dan ir-Regolament),

sommarju tad-deskrizzjoni tat-tip ta’ spejjeż eliġibbli u r-rati ta’ appoġġ.

5.3.1.4.   Miżuri tranżizzjonali għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja

5.3.1.4.1.   Appoġġ lill-azjendi agrikoli tas-semisussistenza li għaddejjin minn ristrutturazzjoni

definizzjoni tal-biedja tas-semisussistenza li tqies id-daqs minimu u/jew massimu tar-razzett, il-proporzjon ta’ produzzjoni fis-suq, u/jew il-livell ta’ dħul tal-biedja eliġibbli;

definizzjoni tal-vijabbiltà ekonomika tal-futur;

sommarju tar-rekwiżiti tal-pjan tan-negozju;

l-ammont u t-tul ta’ żmien ta’ l-appoġġ.

5.3.1.4.2.   Twaqqif ta’ gruppi ta’ produtturi

deskrizzjoni tal-proċedura uffiċjali sabiex jiġu rikonoxxuti l-gruppi inklużi l-kriterji ta’ l-għażla;

is-setturi kkonċernati;

għal Malta biss, indikazzjoni tas-settur jew is-setturi li jibbenifikaw mid-deroga mal-ġustifikazzjoni relatata mat-total tal-produzzjoni żgħir ħafna, u l-kundizzjonijiet ta’ l-eliġibbiltà għad-deroga: perċentwal minimu tal-produzzjoni tal-gruppi meta mqabbla mat-total tal-produzzjoni fis-settur, in-numru minimu ta’ produtturi fis-settur li huma membri tal-grupp;

għal Malta biss, ġustifikazzjoni ta’ l-ammonti annwali.

5.3.2.   Assi 2: Titjib ta’ l-ambjent u l-kampanja

5.3.2.1.   Miżuri li jimmiraw għall-użu sostenibbli ta’ l-art agrikola

Komuni għal ċerti miżuri

Deskrizzjoni dettaljata ta’ l-implimentazzjoni nazzjonali:

għall-iskopijiet speċifiċi ta’ l-Artikolu 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 ir-rekwiżiti minimi għall-użu ta’ fertilizzanti u prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra; ir-rekwiżiti minimi għall-fertilizzanti għandhom jinkludu, fost oħrajn, il-Kodiċi ta’ Prattika Tajba introdotti taħt id-Direttiva 91/676/KEE għall-irziezet barra miż-Żoni Vulnerabbli għan-Nitrati, u r-rekwiżiti li jikkonċernaw it-tniġġis mill-fosfru; ir-rekwiżiti minimi għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti għandhom jinkludu, fost oħrajn, ir-rekwiżiti sabiex ikollok liċenzja għall-użu ta’ dawn il-prodotti u jintlaħqu l-obbligazzjonijiet ta’ taħriġ, ir-rekwiżiti dwar ħażna sigura, il-kontrolli ta’ makkinarju ta’ applikazzjoni u r-regoli dwar l-użu tal-pestiċidi viċin l-ilma u siti sensittivi oħra;

għall-iskopijiet speċifiċi ta’ l-Artikolu 40(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

5.3.2.1.1.   Pagamenti għall-intoppi naturali lill-bdiewa f’żoni muntanjużi

Id-dispożizzjonijiet tal-punti 9.3.V.A(1) u 9.3.V.B(1), (2) (3) u tat-tieni inċiż tal-punt 9.3.V.B. ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 817/2004 japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2009. Madankollu, id-distinzjoni bejn A u B, fatturi ewlenin/informazzjoni oħra rispettivament huma invalidi.

5.3.2.1.2.   Pagamenti lill-bdiewa f’żoni b’intoppi, għajr għal żoni muntanjużi

Il-punt 5.3.2.1.1 japplika.

5.3.2.1.3.   Pagamenti Natura 2000 u pagamenti marbuta mad-Direttiva 2000/60/KE

iż-żoni maħsubin biex jimplimentaw id-Direttivi 79/409/KEE u 92/43/KEE u l-obbligazzjonijiet għall-bdiewa jirriżultaw minn dispożiżżjonijiet ta’ ġestjoni nazzjonali/reġjonali;

deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet agronomiċi użati bħala punt ta’ referenza għall-kalkoli li jiġġustifikaw l-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf li jirriżultaw mill-iżvantaġġi f’żona kkonċernata relatata ma’ l-implimentazzjoni tad-Direttivi 79/409/KEE u 92/43/KEE (5);

l-ammonti ta’ l-appoġġ.

5.3.2.1.4.   Pagamenti agriambjentali

deskrizzjoni u ġustifikazzjoni tat-tipi differenti ta’ impenji, ibbażati fuq l-impatt ambjentali mistenni minnhom b’relazzjoni mal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet ambjentali,

id-deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijet u l-parametri agronomiċi (inkluża d-deskrizzjoni tar-rekwiżiti bażilari kif imsemmi fl-Artikolu 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 li huma rilevanti għal kull tip partikolari ta’ impenn) użata bħala punt ta’ referenza għall-kalkoli ġġustifikati: (a) spejjeż addizzjonali, (b) dħul mitluf li jirriżulta minn impenn magħmul u (c) il-livell ta’ l-ispejjeż tat-tranżazzjoni; fejn rilevanti, din il-metodoloġija għandha tqies l-għajnuna mogħtija taħt ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003; fejn hu xieraq, il-metodu ta’ konverżjoni użat għal unitajiet oħra bi qbil ma’ l-Artikolu 27(9) ta’ dan ir-Regolament,

l-ammonti ta’ l-appoġġ,

il-miżuri, l-objettivi u l-kriterji applikati f’każ ta’ l-għażla tal-benefiċjarji b’sejħiet għall-offerti bi qbil mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 39(4) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005,

il-lista tar-razez lokali li huma fil-periklu li jkunu mitlufa minħabba l-biedja u n-numru ta’ annimali nisa tat-trobbija kkonċernat. Dan in-numru għandu jkun iċċertifikat minn korp tekniku rikonoxxut kif xieraq — jew l-organizzazzjon/l-għaqda ta’ min irabbi — li għandha tirreġistra u żżomm aġġornat il-ktieb tal-merħliet u l-qatgħat miżmuma għar-razza. Evidenza li l-korp ikkonċernat għandu jkollu s-sengħa u t-tagħrif meħtieġ sabiex jidentifika l-animali tar-razez fil-periklu,

għar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti li jkunu mhedda b’tgħawwir ġenetiku, l-evidenza tat-tgħawwir ġenetiku bbażat fuq riżultati xjentifiċi u l-indikaturi għall-okkorrenza tal-varjetajiet mill-għelieqi primittivi (lokali), id-diversità tal-popolazzjoni u l-prassi agrikoli prevalenti fil-livell lokali,

għall-konservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura (l-Artikolu 39(5) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005): it-tipi ta’ benefiċjarji, operazzjonijiet u dettalji dwar l-ispejjeż eliġibbli.

5.3.2.1.5.   Pagament tal-benesseri ta’ l-annimali

deskrizzjoni u ġustifikazzjoni ta’ tipi differenti ta’ impenji, mill-inqas f’wieħed miż-żoni identifikati fl-Artikolu 27(7) ta’ dan ir-Regolament, ibbażat fuq l-impatt mistenni minnhom,

deskrizzjoni tal-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet u l-parametri agronomiċi/żoo-teknoloġiċi (inkluża d-deskrizzjoni tar-rekwiżiti bażilari kif imsemmi fl-Artikolu 40(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 li huma rilevanti għal kull tip partikolari ta’ impenn) użata bħala punt ta’ referenza għall-kalkoli ġġustifikati: (a) spejjeż addizzjonali u qligħ mitluf li jirriżultaw mill-impenn magħmul; (b) il-livell ta’ l-ispejjeż tat-tranżazzjoni,

l-ammonti ta’ l-appoġġ,

5.3.2.1.6.   Appoġġ għall-investimenti mhux produttivi

definizzjoni ta’ operazzjonijiet li għandhom ikunu sostnuti,

deskrizzjoni tar-rabta ma’ l-impenji li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 36(a)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew objettivi oħra agriambjentali,

deskrizzjoni tal-valuri ta’ faċilitajiet pubbliċi ta’ żona Natura 2000 jew żona oħra ta’ valur naturali għoli li għandha tittejjeb.

5.3.2.2.   Miżuri immirati għall-użu sostenibbli ta’ l-art tal-forestrija

Komuni għall-miżuri kollha:

rabta ta’ miżuri proposti mal-programmi nazzjonali/subnazzjonali tal-forestrija jew l-istrumenti ekwivalenti u ma’ l-Istrateġija Komunitarja tal-Forestrija,

referenza għall-pjanijiet ta’ protezzjoni tal-foresti għal żoni kklassifikati bħala ta’ riskju għoli jew medju minħabba nirien fil-foresti u l-elementi li jiżguraw il-konformità tal-miżuri proposti ma’ dawn il-pjanijiet ta’ protezzjoni.

5.3.2.2.1.   L-ewwel tisġir ta’ art agrikola

definizzjoni ta’ “art agrikola”,

definizzjoni ta’ “bidwi”,

dispożizzjonijiet u kriterji għall-għażla ta’ żoni li għandhom ikunu għat-tisġir sabiex jiżguraw li l-miżuri ppjanati jkunu xierqa għall-kundizzjonijiet lokali u kompatibbli mal-ħtiġijiet ambjentali, b’mod partikolari l-bijodiversità, bi qbil ma’ l-Artikolu 50(6) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u l-Artikolu 34(2) ta’ dan ir-Regolament,

deskrizzjoni tal-metodoloġija għall-kalkolu ta’ l-ispiża ta’ l-istabbiliment u ż-żamma kif ukoll tal-qligħ mitluf li għandu jkun ikkompensat. Fejn rilevanti għal dan ta’ l-aħħar, din il-metodoloġija għandha tqies l-għajnuna mogħtija taħt ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003,

intensità ta’ l-għajnuna għal appoġġ għall-istabbiliment, l-ammonti u t-tul ta’ żmien tal-primjums annwali li jikkontribbwixxu biex ikopru l-ispejjeż taż-żammż u t-telf tad-dħul.

5.3.2.2.2.   L-ewwel twaqqqif ta’ sistemi ta’ agroforestrija fuq art agrikola

definizzjoni ta’ sistemi ta’ agroforestrija li għandhom ikunu sostnuti,

l-użu tal-forestrija,

l-użu agrikolu,

id-densitajiet tat-tħawwil,

deskrizzjoni tal-metodoloġija għall-kalkolu ta’ l-ispiża tat-twaqqif,

l-intensitajiet tal-għajnuna għal appoġġ għat-twaqqif.

5.3.2.2.3.   L-ewwel tisġir fuq art mhux agrikola

dispożizzjonijiet u kriterji għan-nomina taż-żoni li għandhom ikunu għat-tisġir,

dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-miżuri ppjanati jkunu xierqa għall-kundizzjonijiet lokali u kompatibbli mal-ħtiġijiet ambjentali, b’mod partikolari l-bijodiversità,

deskrizzjoni tal-metodoloġija għall-kalkolu ta’ l-ispejjeż tat-twaqqif u taż-żamma,

l-intensitajiet ta’ l-għajnuna għal appoġġ għat-twaqqif.

5.3.2.2.4.   Pagamenti Natura 2000

iż-żoni maħsuba biex jimplimentaw id-Direttivi 79/409/KEE u 92/43/KEE kif ukoll l-obbligazzjonijiet għas-sidien tal-foresta li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali/reġjonali korrispondenti,

deskrizzjoni tal-metodoloġija għall-kalkoli li jiġġustifikaw spejjeż minfuqa u qligħ mitluf li jirriżultaw minn restrizzjonijiet fl-użu ta’ foresti jew art imsaġġra oħra minħabba l-implimentazzjoni tad-Direttivi 79/409/KEE fiż-żona kkonċernata;

l-ammont ta’ l-appoġġ.

5.3.2.2.5.   Pagamenti għall-ambjent tal-foresta

ġustifikazzjoni għall-impenji, ibbażata fuq l-impatt ambjentali mistenni minnhom b’relazzjoni mal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet ambjentali,

deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet u l-parametri użati bħala punt ta’ referenza għall-kalkoli li jiġġustifikaw spejjeż addizzjonali u qligħ mitluf li jirriżultaw mill-impenn magħmul;

l-ammont ta’ l-appoġġ.

5.3.2.2.6.   Restawr tal-potenzjal tal-forestrija u introduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ prevenzjoni

natura ta’ l-azzjonijiet li għandhom ikunu implimentati u l-pjanijiet ta’ prevenzjoni.

5.3.2.2.7.   Appoġġ għall-investimenti mhux produttivi

definizzjoni ta’ operazzjonijiet li għandhom ikunu sostnuti,

deskrizzjoni tar-rabta ma’ l-impenji li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 36(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew objettivi ambjentali oħra,

deskrizzjoni għat-titjib tal-valuri ta’ faċilitajiet pubbliċi.

5.3.3.   Assi 3: Kwalità ta’ ħajja f’żoni rurali u diversifikazzjoni ta’ l-ekonomija rurali

5.3.3.1.   Miżuri għad-diversifikar ta’ l-ekonomija rurali

5.3.3.1.1.   Diversifikazzjoni ta’ attivitajiet mhux agrikoli

l-oqsma ta’ diversifikazzjoni koperti,

l-intensitajiet ta’ l-għajnuna.

5.3.3.1.2.   Appoġġ għall-ħolqien u l-iżvilupp tal-mikro-intrapriżi

it-tipi ta’ intrapriżi benefiċjarji,

deskrizzjoni tat-tipi ta’ operazzjonijiet,

l-intensitajiet ta’ l-għajnuna.

5.3.3.1.3.   Inkoraġġiment ta’ attivitajiet turistiċi

deskrizzjoni tat-tipi ta’ operazzjonijiet koperti, imsemmija fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005,

l-intensitajiet ta’ l-għajnuna.

5.3.3.2.   Miżuri għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja f’żoni rurali

5.3.3.2.1.   Servizzi bażiċi għall-ekonomija u l-popolazzjoni rurali

it-tipi ta’ servizzi appoġġjati,

it-tipi ta’ spejjeż koperti.

5.3.3.2.2.   Rinnovazzjoni u żvilupp ta’ rħula

it-tipi ta’ azzjonijiet appoġġjati,

it-tipi ta’ spejjeż koperti.

5.3.3.2.3.   Konservazzjoni u titjib tal-wirt rurali

deskrizzjoni tat-tipi ta’ operazzjonijiet koperti, kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

5.3.3.3.   Taħriġ u informazzjoni

il-qasam (l-oqsma) kopert(i) bit-taħriġ u l-informazzjoni,

tip ta’ partijiet ekonomiċi li jibbenefikaw mill-azzjonijiet maħsuba.

5.3.3.4.   Żvilupp, animazzjoni u implimentazzjoni tal-ħiliet

żvilupp u animazzjoni tal-ħiliet: deskrizzjoni tat-tip ta’ operazzjoni koperta,

sħubiji pubbliċi-privati taħt l-Artikolu 59(e) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 barra minn dawk li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 62(1)(b) ta’ dak ir-Regolament li ser jimplimenta strateġiji għall-iżvilupp lokali: deskrizzjoni tat-tip (imsieħba rappreżentanti, perċentwal ta’ imsieħba privati rappreżentanti, setgħa fit-teħid tad-deċiżjonijiet), stima indikattiva tan-numru ta’ sħubiji pubbliċi-privati u żona u popolazzjoni koperti; indikazzjoni ta’ miżuri Assi 3 implimentati minn dawn is-sħubiji pubbliċi-privati; dispożizzjoni li tiżgura li l-ispejjeż tat-tmexxija ta’ dawn is-sħubiji jidħlu fil-limitu ta’ 15 % tan-nefqa pubblika ta’ l-istrateġija tagħhom għall-iżvilupp lokali.

5.3.4.   Assi 4: Implimentazzjoni ta’ l-approċċ tal-Leader

5.3.4.1.   Strateġiji għall-iżvilupp lokali

proċedura u skeda għall-għażla ta’ gruppi għall-azzjoni lokali, inklużi l-kriterji għal għażla oġġettiva u n-numru indikattiv ippjanat tal-gruppi għall-azzjoni lokali u l-perċentwal ippjanat għat-territorji rurali koperti bi strateġiji għall-iżvilupp rurali,

ġustifikazzjoni għall-għażla ta’ żoni li l-popolazzjoni ma tidħolx fil-limiti mniżżla fl-Artikolu 37(3),

proċedura għall-għażla ta’ operazzjonijiet mill-gruppi għall-azzjoni lokali,

deskrizzjoni taċ-ċirkwiti finanzjarji applikabbli għall-gruppi għall-azzjoni lokali.

5.3.4.2.   Kooperazzjoni inter-territorjali u trans-nazzjonali

Proċedura, skeda, kriterji oġġettivi biex jintgħażlu l-proġetti ta’ kooperazzjoni inter-territorjali u trans-nazzjonali.

5.3.4.3.   Tmexxija tal-grupp għall-azzjoni lokali, żvilupp tal-ħiliet u animazzjoni tat-territorju

limitu għall-applikazzjoni fis-sehem tal-baġit tal-grupp għall-azzjoni lokali għat-tmexxija tal-grupp għall-azzjoni lokali,

stima indikattiva tan-nefqa taħt l-Artikolu 59(a) sa (d) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 li ser tintuża għal żvilupp ta’ ħiliet u animazzjoni ta’ l-assi tal-Leader.

6.   Pjan finanzjarju, li jinkludi żewġ tabelli

(l-Artikolu 16(d) tar-Regolament (EC) Nru 1698/2005)

6.1.   Kontribuzzjoni Annwali mill-FAEŻR (f’EUR)

Sena

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total tal-FAEŻR

 

 

 

 

 

 

 

Reġjuni ta’ konverġenza (*)

 

 

 

 

 

 

 

6.2.   Pjan finanzjarju bl-assi (il-perjodu totali f’EUR) (6)

Assi

Kontribuzzjoni pubblika

Pubbliku Totali

Ir-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR

(%)

Ammont tal-FAEŻR

Assi 1

 

 

 

Assi 2

 

 

 

Assi 3

 

 

 

Assi 4

 

 

 

Għajnuna Teknika

 

 

 

Total

 

 

 

N.B.: Nefqa tranżizzjonali skond l-ewwel inċiż tal-punt 5.2 ta’ dan l-Anness għandha tkun integrata fit-tabelli fil-punti 6.1, 6.2 u 7. Għall-identifikazzjoni ta’ tali nefqa l-Istati Membri għandhom jużaw it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1320/2006 [li jistabbilixxi regoli għat-tranżizzjoni ta’ l-appoġġ għall-iżvilupp rurali li hemm provvediment għalihom fir-Regolament (KE) Nru 1698/2005].

7.   Analiżi indikattiva skond il-Miżura għall-Iżvilupp Rurali (f’EUR, perjodu totali)

Miżura/Assi

Nefqa pubblika

Nefqa privata

Nefqa Totali

Miżura 111

 

 

 

Miżura 112

 

 

 

Miżura 121

 

 

 

Miżura 1 …

 

 

 

Assi totali 1

 

 

 

Miżura 211

 

 

 

Miżura 212

 

 

 

Miżura 221

 

 

 

Miżura 2 …

 

 

 

Assi totali 2

 

 

 

Miżura 311

 

 

 

Miżura 312

 

 

 

Miżura 321

 

 

 

Miżura 3 …

 

 

 

Assi totali 3

 

 

 

41

Strateġiji għall-iżvilupp lokali:

411

Kompetittività

412

Ġestjoni ta’ l-ambjent/l-art

413

Kwalità tal-ħajja/diversifikazzjoni

 

 

 

421

Kooperazzjoni:

 

 

 

431

Spejjeż tat-tmexxija, żvilupp tal-ħiliet, animazzjoni

 

 

 

Assi totali 4 (7)

 

 

 

Assi totali 1, 2, 3 u 4

 

 

 

511

Assistenza teknika

mil-liema ammont għan-netwerk rurali nazzjonali (fejn rilevanti):

(a)

spejjeż tat-tmexxija

(b)

pjan ta’ azzjoni

 

 

 

Total komplessiv

 

 

 

It-tabella finanzjarja konsolidata u t-tabella tal-miżura indikattiva inizjali għandhom isegwu l-istruttura tat-tabelli fil-punti 6.1, 6.2 u 7 u l-ordni tal-lista ta’ hawn taħt:

Il-miżuri differenti huma kodifikati kif ġej:

(111)

taħriġ vokazzjonali, azzjonijiet informattivi, inkluż tixrid ta’ l-għarfien xjentifiku u prassi innovattivi għall-persuni midħla fis-setturi ta’ agrikoltura, ta’ l-ikel u tal-forestrija;

(112)

stabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ;

(113)

irtirar bikri ta’ bdiewa u ħaddiema fil-biedja;

(114)

użu tas-servizzi konsultattivi mill-bdiewa u minn dawk li għandhom il-foresti;

(115)

twaqqif tas-servizzi ta’ tmexxija għall-irziezet, ta’ għajnuna għall-irziezet u ta’ konsulenza għall-irziezet, kif ukoll servizzi konsultattivi lill-forestrija;

(121)

modernizzazzjoni tar-razzett;

(122)

titjib tal-valur ekonomiku tal-foresta;

(123)

żieda tal-valur tal-prodotti agrikoli u tal-forestrija;

(124)

kooperazzjoni għall-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-settur ta’ l-agrikoltura u l-ikel;

(125)

titjib u żvilupp ta’ infrastruttura marbuta ma’ l-iżvilupp u l-adattament ta’ l-agrikoltura u l-forestrija;

(126)

restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li tkun sofriet ħsara minħabba diżastri naturali u introduzzjoni ta’ azzjonijiet xierqa ta’ prevenzjoni;

(131)

għajnuna lill-bdiewa biex jadattaw għall-istandards stretti bbażati fuq leġiżlazzjoni Komunitarja;

(132)

appoġġ lill-bdiewa li jieħdu sehem fl-iskemi ta’ kwalità ta’ l-ikel;

(133)

appoġġ lill-gruppi ta’ produtturi għall-attivitajiet ta’ tagħrif u promozzjoni għall-prodotti taħt skemi ta’ kwalità ta’ l-ikel;

(141)

appoġġ lill-irziezet ta’ semisussistenza li għaddejjin minn ristrutturar;

(142)

stabbiliment ta’ gruppi ta’ produtturi;

(211)

pagamenti ta’ intoppi naturali f’żoni muntanjużi lill-bdiewa;

(212)

pagamenti lill-bdiewa f’żoni b’intoppi, barra minn żoni muntanjużi;

(213)

pagamenti Natura 2000 u pagamenti marbuta mad-Direttiva 2000/60/KE;

(214)

pagamenti agriambjentali;

(215)

pagamenti għall-benesseri ta’ l-annimali;

(216)

appoġġ għall-investimenti mhux produttivi;

(221)

l-ewwel tisġir ta’ art agrikola;

(222)

l-ewwel twaqqif ta’ sistemi agroforestrija fuq art agrikola;

(223)

l-ewwel tisġir ta’ art mhux agrikola;

(224)

pagamenti Natura 2000;

(225)

pagamenti għall-foresti ambjentali;

(226)

restawr tal-potenzjal tal-forestrija u introduzzjoni ta’ Azzjonijiet ta’ prevenzjoni;

(227)

appoġġ għall-investimenti mhux produttivi;

(311)

diversifikazzjoni ta’ attivitajiet mhux agrikoli;

(312)

appoġġ għall-ħolqien u l-iżvilupp ta’ mikro-intrapriżi;

(313)

inkoraġġiment ta’ attivitajiet turistiċi;

(321)

servizzi bażiċi għall-ekonomija u l-popolazzjoni rurali;

(322)

rinnovazzjoni u żvilupp ta’ rħula;

(323)

konservazzjoni u titjib tal-wirt rurali;

(331)

taħriġ u informazzjoni għall-partijiet ekonomiċi li jaħdmu fl-oqsma koperti bl-Assi 3;

(341)

żvilupp u animazzjoni tal-ħiliet bl-għan għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ strateġija għall-iżvilupp lokali;

(41)

strateġiji għall-iżvilupp lokali;

(411)

kompetittività;

(412)

ġestjoni ta’ l-ambjent/art;

(413)

kwalità tal-ħajja/diversifikazzjoni;

(421)

kooperazzjoni trans-nazzjonali u inter-reġjonali;

(431)

tmexxija tal-grupp għall-azzjoni lokali, żvilupp ta’ ħiliet, animazzjoni;

(511)

assistenza teknika;

8.   Fejn japplika, tabella dwar il-finanzjament addizzjonali nazzjonali għal kull assi, li tiddistingwi l-miżuri kkonċernati kif identifikati fir-Regolametn (KE) Nru 1698/2005

Tabella

Finanzjament addizzjonali nazzjonali (l-Artikolu 16(f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005)

(f’Euro, perjodu totali)

Assi 1

 

Miżura 111

 

 

Assi totali 1

 

Assi 2

 

Miżura 211

 

 

Assi totali 2

 

Assi 3

 

Miżura 311

 

 

Assi totali 3

 

Assi 4

 

Miżura 411

 

 

Assi totali 4

 

Assi totali 1, Assi 2, Assi 3, Assi 4

 

9.   L-elementi meħtieġa għall-istima taħt ir-regoli tal-kompetizzjoni u, fejn japplika, il-lista ta’ skemi ta’ għajnuna awtorizzati taħt l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat li ser tintuża għall-implimentazzjoni tal-programmi

(l-Artikolu 16(g) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005)

Elementi taħt il-punti A u B għar-regoli u l-proċeduri ta’ għajnuna ta’ l-istat għandhom ikunu validi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-programm u jkopru kemm is-sottomissjoni inizjali u l-bdil sussegwenti ta’ dan.

A.   Għal miżuri u operazzjonijiet li huma fl-ambitu ta’ l-Artikolu 36 tat-Trattat, jew:

indika jekk l-appoġġ għandux ikun mogħti fir-rigward tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1860/2004 (8) dwar appoġġ de minimis fis-settur agrikolu; jew

ipprovdi n-numru tar-reġistrazzjoni u r-referenza lill-Kummissjoni r-Regolament ta’ eżenzjoni adottat fuq bażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 (9) taħt liema miżura kienet introdotta; jew

ipprovdi n-numru tal-każ u n-numru ta’ referenza taħt liema miżura kienet iddikjarata kompatibbli mat-Trattat mill-Kummissjoni; jew

ippreżenta l-karta ta’ informazzjoni rilevanti annessa għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (10).

B.   Għall-miżuri skond l-Artikoli 25, 27 (għal dan ta’ l-aħħar biss għal finanzjament addizzjonali nazzjonali li hemm għalih fl-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005) u l-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u operazzjonijiet taħt il-miżuri skond l-Artikoli 28 u 29 ta’ dak ir-Regolament li ma jaqgħux taħt l-ambitu ta’ l-Artikolu 36 tat-Trattat, jew:

indika jekk l-appoġġ għandux ikun mogħti fir-rigward tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru No 69/2001 (11) dwar appoġġ de minimis; jew

agħmel lista tan-numru ta’ reġistrazzjoni u r-referenza lill-Kummissjoni r-Regolament ta’ eżenzjoni adottat fuq bażi tar-Regolament (KE) Nru 994/98 taħt liema l-miżura kienet introdotta; jew

ipprovdi n-numru tal-każ u n-numru ta’ referenza taħt liema l-miżura kienet iddikjarata kompatibbli mat-Trattat mill-Kummissjoni; jew

indika għal liema raġunijiet oħra l-iskema ta’ għajnuna kkonċernata għandha tikkostitwixxi għajnuna eżistenti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 inklużi l-miżuri ta’ għajnuna eżistenti fit-tifsira tat-Trattati ta’ Adeżjoni.

Dawk il-miżuri għandhom ikunu pprovduti fil-format ta’ tabella ta’ għajnuna ta’ l-Istat, kif imniżżel hawn taħt:

C.   Format ta’ tabella ta’ għajnuna ta’ l-Istat, biex tkun mehmuża ma’ kull programm għall-iżvilupp rurali

Kodiċi tal-miżura

Isem ta’ l-iskema ta’ għajnuna

Indikazzjoni tal-legalità ta’ l-iskema (**)

Tul ta’ żmien ta’ l-iskema ta’ għajnuna

 

 

 

 

It-tabella ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat għandha tkun akkumpanjata b’impenn mill-Istat Membru li kull każ ta’ l-applikazzjoni ta’ l-iskemi nnumerati fil-punt B għal liema huma meħtieġa notifiki individwali taħt ir-regoli ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat jew taħt kundizzjonijiet u impenji stabbiliti fid-deċiżjoni approvata rispettiva dwar l-għajnuna ta’ l-Istat, għandhom ikunu notifikati individwalment skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

10.   Informazzjoni fuq il-komplementarjetà mal-miżuri ffinanzjati bi strumenti oħra tal-Politika Agrikola Komuni, permezz tal-politika ta’ Koeżjoni kif ukoll minn strumenti ta’ appoġġ Komunitarju għas-sajd

(l-Artikoli 5, 16(h) u 60 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005)

10.1.   Stima ta’ u mezzi għall-komplementarjetà ma’:

attivitajiet, politika u prijoritajiet tal-Komunità, b’mod partikolari ma’ l-objettivi tal-koeżjoni Ekonomika u Soċjali u dawk ta’ l-istrument ta’ appoġġ Komunitarju għas-sajd,

miżuri ffinanzjati mill-FAEG jew strumenti oħra fis-setturi elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

10.2.   B’relazzjoni ma’ miżuri Assi 1, 2 u 3:

Kriterji ta’ demarkazzjoni għall-miżuri li jimmiraw għal operazzjonijiet eliġibbli wkoll taħt strument ieħor ta’ appoġġ Komunitarju, b’mod partikolari fondi strutturali u strumenti ta’ appoġġ Komunitarju għas-sajd.

10.3.   B’relazzjoni ma’ miżuri Assi 4:

Kriterji ta’ demarkazzjoni għall-istrateġiji għall-iżvilupp lokali li jidħlu fl-Assi 4 b’relazzjoni ma’ l-istrateġiji għall-iżvilupp rurali implimentati minn “Gruppi” taħt strumenti ta’ appoġġ Komunitarju għas-sajd u għall-kooperazzjoni b’relazzjoni ma’ l-Għan tal-Kooperazzjoni taħt il-Fond Strutturali.

10.4.   Fejn rilevanti, għandha tkun ipprovduta informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma’ strumenti finanzjarji oħra tal-Komunità.

11.   Nomina ta’ l-awtoritajiet u l-korpi kompetenti responsabbli

(l-Artikolu 16(i) (i) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005)

Nomina mill-Istat Membru ta’ l-awtoritajiet kollha li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u għall-informazzjoni sommarju tad-deskrizzjoni ta’ l-istruttura tagħhom ta’ ġestjoni u kontroll.

12.   Deskrizzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ u valutazzjoni, kif ukoll il-kompożizzjoni maħsuba tal-Kumitat tal-Monitoraġġ

(l-Artikoli 16 (i) (ii) u 77 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005)

12.1.   Deskrizzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ u valutazzjoni

Dawn ser ikunu mibnija fuq bażi ta’ lista komuni ta’ indikaturi ta’ produzzjoni, riżultati, linja bażi u impatt tal-programmi għall-iżvilupp rurali, inklużi fis-CMEF fl-Anness VIII u l-elementi l-oħra li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 62(3). Kull programm għall-iżvilupp rurali għandu jispeċifika indikaturi addizzjonali li jirriflettu l-ħtiġijiet nazzjonali u/jew reġjonali, il-kundizzjonijiet u l-objettivi speċifiċi għaż-żona tal-programm. Id-dejta miġbura għall-indikaturi tista’ tkun ispirata mill-istandards żviluppati mis-Sistema ta’ Sistemi għall-Osservazzjoni Globali tad-Dinja (GEOSS) jew mill-proġetti Komunitarji bħall-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES).

12.2.   Il-kompożizzjoni maħsuba tal-Kumitat tal-Monitoraġġ

13.   Dispożizzjonijiet sabiex jiżguraw li l-pjan ikun irreklamat

(l-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005)

Iddeskrivi l-pjan ta’ kommunikazzjoni u l-elementi inklużi fl-Artikolu 58 ta’ dan ir-Regolament u l-Anness VI tiegħu:

13.1.   Azzjonijiet imbassra biex jinfurmaw benefiċjarji potenzjali, organizzazzjonijiet professjonali, imsieħba ekonomiċi, soċjali u ambjentali, korpi involuti fil-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, il-possibbiltajiet offruti mill-programm u r-regoli sabiex jingħata aċċess għall-fondi tal-programm.

13.2.   Azzjonijiet imbassra sabiex jinfurmaw lill-benefiċjarji dwar il-kontribuzzjoni Komunitarja.

13.3.   Azzjonijiet sabiex jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali dwar is-sehem importanti tal-Komunità fil-programmi u r-riżultati ta’ dan.

14.   In-nomina tas-sieħba kkonsultati u r-riżultati tal-konsultazzjoni

(l-Artikoli 6 u 16(j) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005)

14.1.   In-nomina tas-sieħba kkonsultati

Lista ta’ l-awtoritajiet lokali, reġjonali, kompetenti, ikkonsultati u awtoritajiet pubbliċi oħra, is-sieħba ekonomiċi u soċjali u kwalunkwe korp xieraq ieħor li jirrappreżenta s-soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet mhux governattivi, inklużi organizzazzjonijiet ambjentali, u korpi responsabbli għall-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa.

14.2.   Ir-riżultati tal-konsultazzjoni

Ipprovdi sommarju tar-riżultat tal-konsultazzjonijiet inklużi d-dati tal-konsultazzjoni u l-ħin mogħti għal kummenti u kontribuzzjoni għat-tħejjija tal-programm u indika kemm ġew meqjusa l-opinjonijiet u l-pariri riċevuti.

15.   Ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u non-diskriminazzjoni

(l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005)

15.1.   Iddeskrivi kif l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa ser tkun promossa fl-istadji varji ta’ l-implimentazzjoni tal-programm (tfassil, implimentazzjoni, monitoraġġ u valutazzjoni).

15.2.   Iddeskrivi kif kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali hija impedita matul l-istadji varji ta’ l-implimentazzjoni tal-programm.

16.   Operazzjonijiet ta’ assistenza teknika

(l-Artikoli 66(2) u 68 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005)

16.1.   Deskrizzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, monitoraġġ, valutazzjoni, informazzjoni u kontroll ta’ assistenza tal-programm iffinanzjat mill-assistenza teknika.

16.2.   Netwerk rurali nazzjonali

lista ta’ organizzAzzjonijiet u amministrazzjonijiet involuti fl-iżvilupp rurali li ser jagħmlu parti min-netwerk rurali nazzjonali;

proċedura u skeda għat-twaqqif tan-netwerk rurali nazzjonali;

sommarju tad-deskrizzjoni tal-kategoriji ewlenin ta’ attività li ser titwettaq min-netwerk rurali nazzjonali. Dawn l-attivitajiet ser jagħmlu parti mill-bażi tal-pjan ta’ azzjoni mfassal mill-awtorità ta’ tmexxija u appoġġjata taħt l-Artikolu 68(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005;

ammont riservat għat-twaqqif u l-operazzjoni tan-netwerk rurali nazzjonali u għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 68(2)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Fi ħdan dan l-ammont, għandha ssir distinzjoni bejn il-parti li tkopri l-istruttura meħtieġa biex tħaddem in-netwerk u l-oħra li tkopri l-pjan ta’ azzjoni. Il-programm għandu jkollu dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-parti ta’ l-ammont taħt il-punt (a) ma għandhiex tiżdied b’mod mhux xieraq matul iż-żmien.

B.   PROGRAMMI SPEĊIFIĊI GĦAL NETWERKS RURALI NAZZJONALI (IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 41(3) U (5))

Meta, bi qbil mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 66(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri mal-programmi reġjonali jippreżentaw programm speċifiku għall-approvazzjoni għat-twaqqif u l-operazzjoni ta’ netwerks rurali nazzjonali, dawk il-programmi għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:

(a)

lista ta’ organizzazzjonijiet u amministrazzjonijiet involuti fl-iżvilupp rurali li ser jagħmlu parti min-netwerk rurali nazzjonali;

(b)

proċedura u skeda għat-twaqqif tan-netwerk rurali nazzjonali;

(c)

sommarju ta’ deskrizzjoni tal-kategoriji ewlenin ta’ l-attivitajiet li għandhom ikunu mwettqa min-netwerk rurali nazzjonali. Dawn l-attivitajiet ser jiffurmaw il-bażi tal-pjan ta’ azzjoni mfassal mill-awtorità ta’ tmexxija u appoġġjata taħt l-Artikolu 68(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005;

(d)

ammont riservat għat-twaqqif u l-operazzjoni tan-netwerk rurali nazzjonali u għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 68(2)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u r-rendikont annwali tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR li għandha tkun kompatibbli ma’ l-Artikolu 69(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005;

(e)

tabella finanzjarja għall-perjodu kollu ta’ programmazzjoni fil-format li ġej (prezzijiet kurrenti EUR):

Tip ta’ nefqa għan-netwerk rurali nazzjonali

Nefqa totali pubblika

Kontribuzzjoni tal-FAEŻR

(a)

għat-tmexxija ta’ l-istruttura tan-netwerk rurali nazzjonali

 

 

(b)

għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tan-netwerk rurali nazzjonali, inkluża l-valutazzjoni

 

 

Total

 

 

(f)

nomina ta’ awtoritajiet u korpi kompetenti responsabbli;

(g)

deskrizzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ u valutazzjoni, kif ukoll il-kompożizzjoni maħsuba tal-Kumitat tal-Monitoraġġ.


(1)  ĠU L 55, 25.2.2006, p. 20.

(2)  ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1

(3)  ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.

(4)  ĠU L 243, 6.9.2006, p. 6.

(5)  Dettalji għad-Direttiva 2000/60/KE se jinħarġu iktar tard.

(*)  Għall-Istati Membri bir-reġjuni ta’ konverġenza u mhux ta’ konverġenza.

(6)  Sakemm il-programm għall-iżvilupp rurali jkopri tipi differenti ta’ reġjuni u r-rati kko-finanzjati tal-FAEŻR huma ddifferenzjati, it-tabella 6.2 teħtieġ li tkun repetuta għal kull tip ta’ reġjun: reġjuni ta’ l-Għan ta’ Konverġenza, reġjuni l-aktar il-bogħod u l-Gżejjer żgħar ta’ l-Eġew, reġjuni oħra.

(7)  Sabiex tkun ivverifikata l-konformità ma’ l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 l-iktar distribuzzjoni importanti bejn l-assi li jirriżultaw mill-istrateġiji għall-iżvilupp lokali ser tkun applikata għall-kumpens totali ta’ l-assi 4.

(8)  ĠU L 325, 28.10.2004, p. 4.

(9)  ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1.

(10)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(11)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30.

(**)  Biex tindika rispettivament:

Għall-miżuri koperti mir-Regolament de minimis: “Kull għajnuna mogħtija taħt din il-miżura tkun f’konformità mar-Regolament (KE) Nru […] de minimis”,

Għall-iskemi ta’ għajnuna approvati: referenza għad-deċiżjoni approvata tal-Kummissjoni ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat, inkluż in-numru ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat u r-referenzi ta’ l-ittra ta’ approvazzjoni,

Għall-għajnuna ta’ Eżenzjoni bil-Kategorija: referenza għar-Regolament individwali ta’ Eżenzjoni bil-Kategorija u n-numru ta’ reġistrazzjoni,

Għal miżuri eżistenti oħra ta’ għajnuna:

(a)

f’każ ta’ Stati Membri Ġodda: (1) “xejn” għall-għajnuna qabel l-1995; (2) referenza għan-numru tal-miżura fuq il-lista tat-Trattat ta’ Adeżjoni, (3) referenza għall-ittra ta’ “proċedura temporanja” ta’ ebda oġġezzjonijiet,

(b)

għal każijiet oħra ta’ għajnuna eżistenti: jekk jogħġbok indika l-ġustifikazzjoni rilevanti applikabbli.


ANNESS III

GĦAJNUNA LILL-GRUPPI TA’ PRODUTTURI F’MALTA

Appoġġ għat-twaqqif ta’ grupp ta’ produtturi (Ammont minimu msemmi fl-Artikolu 25(2))

EUR

Sena

63 000

L-1 sena

63 000

It-2 sena

63 000

It-3 sena

60 000

Ir-4 sena

50 000

Il-5 sena


ANNESS IV

LIMITI GĦAR-RAZEZ FIL-PERIKLU (IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 27(4))

Speċi eliġibbli ta’ l-annimali ta’ l-irziezet

Limiti taħt liema razza lokali hija meqjusa bħala li tkun fil-periklu li tkun mitlufa għall-biedja (numru ta’ annimali femminili tat-trobbija (*))

Frat

7 500

Nagħaġ

10 000

Mogħoż

10 000

Ekwidi

5 000

Majjali

15 000

Tjur

25 000


(*)  In-numru, ikkalkolat għall-Istati Membri kollha, ta’ annimali femminili tat-trobbija li huma ta’ l-istess razza disponibbli għar-riproduzzjoni tar-razza pura, inklużi f’reġistru tal-merħla miżmum minn organizzazzjoni approvata tat-trobbija rikonoxxuta mill-Istat Membru bi qbil mal-leġiżlazzjoni żooteknika tal-Komunità.


ANNESS V

TABELLA TA’ KONVERŻJONI TA’ ANNIMALI GĦALL-UNITAJIET TA’ QOBLA (LU) (IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 27(13))

Barrin, baqar u annimali bovini oħra ’l fuq minn sentejn, annimali ekwini ’l fuq minn sitt xhur

1,0 LU

Annimali bovini minn sitt xhur sa sentejn

0,6 LU

Annimali bovini taħt is-sitt xhur

0,4 LU

Nagħaġ

0,15 LU

Mogħoż

0,15 LU

Ħnieżer tat-tgħammir > 50 Kg

0,5

Majjali oħra

0,3

Tiġieġ li jbidu

0,014

Tjur ieħor

0,003


ANNESS VI

INFORMAZZJONI U PROMOZZJONI DWAR ASSISTENZA MILL-FAEŻR (IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 58(3))

1.   Miżuri ta’ informazzjoni għal benefiċjarji potenzjali u għal benefiċjarji

1.1.   Miżuri ta’ informazzjoni għal benefiċjarji potenzjali

Għal raġunijiet ta’ trasparenza, l-awtoritajiet ta’ tmexxija għandhom iqassmu l-informazzjoni possibbli l-iktar komprensiva dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament offruti mill-assistenza konġunta mal-Komunità u l-Istati Membri fil-programm għall-iżvilupp rurali.

Għal dan il-għan, l-awtorità ta’ tmexxija għandha tiżgura li l-programm għall-iżvilupp rurali hu ppublikat sew, b’dettalji dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FAEŻR, u li hu pprovdut lill-applikanti interessati kollha.

L-awtorità ta’ tmexxija għandha tipprovdi lil benefiċjarji potenzjali b’informazzjoni ċara, iddettaljata u aġġornata fuq dawn li ġejjin:

(a)

il-proċeduri amministrattivi li għandhom ikunu segwiti sabiex jikkwalifikaw għall-finanzjament taħt programm għall-iżvilupp rurali;

(b)

deskrizzjoni tal-proċeduri għall-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-finanzjament;

(c)

il-kundizzjonijiet u/jew il-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-għażla u l-valutazzjoni tal-proġetti li ser ikunu ffinanzjati;

(d)

l-ismijiet ta’ persuni jew kuntatti fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali li jistgħu jispjegaw kif jaħdmu l-programmi għall-iżvilupp rurali u l-kriterji għall-għażla u l-valutazzjoni ta’ l-operazzjonijiet.

L-awtorità ta’ tmexxija għandha tiżgura li korpi li jistgħu jaġixxu bħala intermedjarji huma involuti fil-miżuri ta’ informazzjoni għal benefiċjarji potenzjali, u b’mod partikolari:

(a)

awtoritajiet lokali u reġjonali;

(b)

organizzazzjonijiet professjonali;

(c)

sieħba ekonomiċi u soċjali;

(d)

organizzazzjonijiet mhux governattivi, partikolarment korpi li jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u korpi li jaħdmu għall-ħarsien ta’ l-ambjent;

(e)

ċentri ta’ informazzjoni dwar l-Ewropa;

(f)

rappreżentanzi tal-Kummissjoni fl-Istati Membri.

L-awtorità ta’ tmexxija għandha tinforma lill-benefiċjarji potenzjali dwar il-pubblikazzjoni li hemm provvediment għaliha fil-punt 2.1.

1.2.   Miżuri ta’ informazzjoni għal benefiċjarji

L-awtorità ta’ tmexxija għandha tiżgura li n-notifikazzjoni ta’ għotja ta’ l-assistenza tinforma lill-benefiċjarji li l-azzjoni qiegħda tkun iffinanzjata minn programm parzjalment iffinanzjat mill-FAEŻR u l-assi ta’ prijorità tal-programm ikkonċernat għall-iżvilupp rurali.

2.   Miżuri ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-pubbliku

L-awtorità ta’ tmexxija għall-programm għall-iżvilupp rurali u l-benefiċjarji għandhom jieħdu l-passi kollha biex jipprovdu informazzjoni u promozzjoni għall-pubbliku dwar miżuri ffinanzjati taħt programm għall-iżvilupp rurali bi qbil ma’ dan ir-Regolament.

2.1.   Responsabbiltajiet ta’ l-awtoritajiet ta’ tmexxija

L-awtorità ta’ tmexxija għandha tinforma lill-pubbliku dwar l-adozzjoni tal-programm għall-iżvilupp rurali mill-Kummissjoni u l-aġġornamenti tiegħu, il-kisbiet ewlenin fl-implimentazzjoni tal-programm u l-għeluq tiegħu.

[L-awtorità ta’ tmexxija għandha tippubblika (b’mod elettroniku jew mod ieħor) il-lista ta’ benefiċjarji li jirċievu appoġġ mill-programmi għall-iżvilupp rurali, l-ismijiet ta’ l-operazzjonijiet u l-ammonti tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi allokati għal dawn l-operazzjonijiet. Kull dejta personali dwar tali informazzjoni għandha tkun ipproċessata bi qbil mar-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.. L-awtorità ta’ tmexxija għandha tiżgura li l-benefiċjarji huma informati li l-approvazzjoni tal-finanzjament hi wkoll l-approvazzjoni ta’ l-inklużjoni tagħhom fil-lista tal-benefiċjarji ppubblikata bi qbil ma’ dan il-punt.]

Il-miżuri ta’ informazzjoni għandhom ikunu implimentati mill-awtorità ta’ tmexxija bl-użu tal-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni fuq livell territorjali xieraq. Dawn għandhom ukoll jinvolvu kampanji ta’ kommunikazzjoni, pubblikazzjonijiet stampati u elettroniċi u kull mezz ieħor ikkonċernat meqjus xieraq.

Il-miżuri biex il-pubbliku jkun informat għandhom jinkludu l-elementi mniżżla fil-punt 3.1.

2.2.   Responsabbiltajiet tal-benefiċjarji

Meta operazzjoni taħt programm għall-iżvilupp rurali tirriżulta f’investiment (eż. dwar razzett jew dwar intrapriża ta’ l-ikel) li l-ispiża totali taqbeż il-EUR 500 000, il-benefiċjarju għandu jqiegħed plakka ta’ spjega.

Għandu jitqiegħed kartellun kbir f’siti ta’ infrastrutturi fejn l-ispiża totali taqbeż it-EUR 3 miljun.

Plakka ta’ spjega għandha wkoll titqiegħed fil-postijiet ta’ gruppi għall-azzjoni lokali ffinanzjati mill-Assi 4.

Il-kartelluni kbar u l-plakki għandhom ikollhom deskrizzjoni tal-proġett/operazzjoni u l-elementi msemmija fil-punt 3.1. Din l-informazzjoni għandha tieħu mill-inqas 25 % tal-kartellun jew il-plakka.

3.   Karatteristiċi tekniċi ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni

3.1.   Slogan u lowgo

Kull azzjoni ta’ informazzjoni u promozzjoni għandu jkollha dawn l-elementi li ġejjin:

Il-bandiera Ewropea bi qbil ma’ l-istandards grafiċi mniżżla fil-punt 4, flimkien ma’ spjegazzjoni tar-rwol tal-Komunità, permezz ta’ l-istqarrija li ġejja:

“Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: l-Ewropa tinvesti f’żoni rurali”.

Għall-azzjonijiet u l-miżuri ffinanzjati mill-Assi tal-Leader, għandu jintuża wkoll il-lowgo tal-Leader.

3.2.   Materjal ta’ informazzjoni u kommunikazzjoni

Pubblikazzjonijiet (bħal kotba żgħar, fuljetti u ittri informali) u posters dwar il-miżuri u l-azzjonijiet parzjalment iffinanzjati mill-FAEŻR għandhom ikollhom indikazzjoni ċara fuq il-paġna tat-titlu tal-parteċipazzjoni Komunitarja, kif ukoll l-emblema Komunitarja jekk tintuża wkoll l-emblema nazzjonali jew reġjonali. Il-pubblikazzjonijiet għandhom jinkludu referenzi għall-korpi responsabbli għall-kontenut ta’ l-informazzjoni u għall-awtorità ta’ tmexxija maħtura għall-implimentazzjoni tal-pakkett ta’ assistenza inkwistjoni.

F’każ ta’ informazzjoni magħmula disponibbli b’mezzi elettroniċi (websajts, databases għal benefiċjarji potenzjali) jew materjal awdjo-viżiv, l-ewwel inċiż għandu japplika b’analoġija. Fit-tfassil tal-pjan ta’ komunikazzjoni, għandha tingħata attenzjoni għal teknoloġiji ġodda li jippermettu d-distribuzzjoni effiċjenti u ta’ malajr ta’ informazzjoni u jiffaċilitaw djalogu mal-pubbliku ġenerali.

Il-websajts li jikkonċernaw il-FAEŻR għandhom:

isemmu l-kontribuzzjoni tal-FAEŻR mill-inqas fil-paġna tad-dħul;

jinkludu iperlink għall-websajt tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-FAEŻR.

4.   Struzzjonijiet għall-ħolqien ta’ emblema u definizzjoni tal-kuluri standard

4.1.   Bandiera Ewropea

Deskrizzjoni simbolika

Kontra l-isfond ta’ sema ikħal, tnax-il stilla Ewropea jiffurmaw ċirku li jirrappreżenta l-għaqda tal-popli Ewropej. In-numru ta’ l-istilel huwa ffissat għal tnax, is-simbolu tal-perfezzjoni u l-għaqda.

Fi proġetti ffinanzjati mill-FAEŻR, l-isem ta’ dan il-Fond għandu jidher taħt il-bandiera Ewropea.

Deskrizzjoni Eraldika

Fuq l-isfond ta’ tnax-il stilla tad-deheb li l-ponot tagħhom ma jmissux.

Deskrizzjoni Ġeometrika

Image

L-emblema hi forma ta’ bandiera rettangolari kaħla ta’ liema l-bandiera hi darba u nofs it-tul ta’ l-issar. Tnax-il stilla tad-deheb jinsabu f’intervalli ndaqs jiffurmaw ċirku inviżibbli li ċ-ċentru tiegħu huwa l-punt ta’ fejn jiltaqgħu d-dijagonali tar-rettangolu. Ir-raġġ taċ-ċirklu hu daqs terz tat-tul ta’ l-issar. Kull waħda mill-istilel għandha ħames ponot li jinsabu fiċ-ċirkumferenza ta’ ċirku inviżibbli r-raġġ ta’ liema hu daqs wieħed minn tmintax tat-tul ta’ l-issar. L-istilel kollha huma dritti — jiġifieri, b’punt wieħed vertikali u żewġ ponot f’linja dritta b’angoli dritti ma’ l-arblu. Iċ-ċirku hu rranġat sabiex l-istilel jidhru f’pożizzjoni tas-sigħat fuq il-wiċċ ta’ l-arloġġ. In-numru tagħhom ma jinbidilx.

Regolamenti tal-kuluri

Image

L-emblema għandha dawn il-kuluri:

Ikħal pantomiku rifless għall-wiċċ tar-rettangolu: ISFAR PANTOMIKU għall-istillel. L-iskala PANTOMIKA internazzjonali faċli ssibha u aċċessibbli wkoll għad-dilettanti.

Image

Proċess b’erba’ kuluri:

Jekk il-proċess ta’ erba’ kuluri jintuża, ma hux possibbli li tuża ż-żewġ kuluri standard. Huwa għalhekk neċessarju biex toħloqhom billi tuża l-proċess ta’ erba’ kuluri. L-isfar pantomiku jista’ jinkiseb billi tuża 100 % “proċess isfar”. Billi tħallat 100 % “proċess blu fl-aħdar” u 80 % “proċess maġenta” wieħed jista’ jikseb kulur simili ħafna għall-ikħal pantomiku rifless.

Internet

IKħAL PANTOMIKU RIFLESS jikkorrispondi għall-kulur web-palette RGB:0/51/153 (ħeksadeċimali:003399) u ISFAR PANTOMIKU jikkorrispondi għall-kulur web-palette RGB:255/204/0 (ħeksadeċimali: FFCC00)


Proċess Monokromiku ta’ riproduzzjoni

Jekk l-iswed biss huwa disponibbli, ħażżeż ir-rettangolu fuq l-iswed u stampa l-istilel fuq l-iswed u l-abjad.

Image

Fl-eventwalità li l-ikħal ikun il-kulur disponibbli biss (irid ikun Ikħal Rifless, dażgur), uża 100 % bl-istilel riprodott fl-abjad negattiv u l-isfond 100 % ikħal.

Image

Ipproduċi mill-ġdid fuq sfond ikkulurit

L-emblema hija prodotta għall-preferenza fuq sfond abjad. Evita sfond b’ħafna kuluri, u fi kwalunkwe każ wieħed li ma jmurx mal-blu. Jekk ma hemmx alternattiva għall-isfond ikkulurit, poġġi bordura bajda mar-rettangolu, b’wisa’ li hu daqs 1/25 ta’ l-għoli tar-rettangolu.

Image

4.2.   Lowgo tal-Leader

Image

ANNESS VII

A.   STRUTTURA U KONTENUT TAR-RAPPORTI TAL-PROGRESS ANNWALI TAL-PROGRAMMI GĦALL-IŻVILUPP RURALI (L-ARTIKOLU 60)

1.   Bdil għall-kundizzjonijiet ġenerali (l-Artikolu 82(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005):

Bidliet għall-kundizzjonijiet ġenerali li għandhom impatt dirett fuq il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-programm (i.e. bidliet leġiżlattivi jew żviluppi soċjo-ekonomiċi mhux mistennija)

Bidliet għal-linji politiċi Komunitarji u nazzjonali li jaffettwaw il-konsistenza bejn il-FAEŻR u strumenti finanzjarji oħra

2.   Il-progress tal-programm b’relazzjoni ma’ l-objettivi mniżżla, fuq bażi ta’ l-indikaturi ta’ produzzjoni u riżultati (l-Artikolu 82(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005):

Analiżi tal-kisbiet kif inhuma mkejla bl-indikaturi ta’ monitoraġġ inkluż analiżi kwalitattiva dwar il-progress miksub b’relazzjoni mal-miri mniżżla inizjalment għandha tkun mogħtija. Il-lista ta’ indikaturi (produzzjoni u riżultat) kif stabbiliti fl-Anness VIII għal dan ir-Regolament għandha tintuża. Flimkien ma’ dawn l-indikaturi li jagħmlu parti mis-CMEF, indikaturi speċifiċi addizzjonali tal-programm sabiex jissorveljaw b’mod effettiv il-progress lejn l-għanijiet tagħhom għandhom wkoll ikunu inklużi.

3.   L-implimentazzjoni finanzjarja tal-programm fejn għandha tingħata, għal kull miżura, stqarrija tan-nefqa mħallsa lill-benefiċjarji; jekk il-programm ikopri reġjuni eliġibbli taħt l-Għan ta’ Konverġenza, in-nefqa għandha tkun identifikata separatament (l-Artikolu 82(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005):

It-tabella li turi sommarju ta’ l-implimentazzjoni finanzjarja tal-programm għandha jkollha l-format li ġej:

F’Euro

Assi/miżuri

Pagamenti annwali-sena N

Pagamenti miġbura mis-sena 2007 sas-sena N

Assi 1

Miżura 111

li minnhom nefqa tranżizzjonali skond ir-Regolament (KE) Nru … (Regolament tat-tranżizzjoni)

 

 

Miżura …..

li minnhom nefqa tranżizzjonali skond ir-Regolament (KE) Nru … (Regolament tat-tranżizzjoni)

 

 

Total Assi 1

li minnhom nefqa tranżizzjonali skond ir-Regolament (KE) Nru … (Regolament tat-tranżizzjoni)

 

 

Assi 2

Miżura 211

li minnhom nefqa tranżizzjonali skond ir-Regolament (KE) Nru … (Regolament tat-tranżizzjoni)

 

 

Miżura ….

li minnhom nefqa tranżizzjonali skond ir-Regolament (KE) Nru … (Regolament tat-tranżizzjoni)

 

 

Assi Totali 2

li minnhom nefqa tranżizzjonali skond ir-Regolament (KE) Nru … (Regolament tat-tranżizzjoni)

 

 

Assi 3

Miżura 311

li minnhom nefqa tranżizzjonali skond ir-Regolament (KE) Nru … (Regolament tat-tranżizzjoni)

 

 

Miżura …

li minnhom nefqa tranżizzjonali skond ir-Regolament (KE) Nru … (Regolament tat-tranżizzjoni)

 

 

Assi Totali 3

li minnhom nefqa tranżizzjonali skond ir-Regolament (KE) Nru … (Regolament tat-tranżizzjoni)

 

 

Assi 4

Miżura 411

li minnhom nefqa tranżizzjonali skond ir-Regolament (KE) Nru … (Regolament tat-tranżizzjoni)

 

 

Miżura 4 …

li minnhom nefqa tranżizzjonali skond ir-Regolament (KE) Nru … (Regolament tat-tranżizzjoni)

 

 

Assi Totali 4

li minnhom nefqa tranżizzjonali skond ir-Regolament (KE) Nru … (Regolament tat-tranżizzjoni

 

 

Assistenza Teknika

li minnhom nefqa tranżizzjonali skond ir-Regolament (KE) Nru … (Regolament tat-tranżizzjoni)

 

 

Total tal-programm

li minnhom nefqa tranżizzjonali skond ir-Regolament (KE) Nru … (Regolament tat-tranżizzjoni)

 

 

Tabella separata bl-istess format għandha tkun stabbilita għar-reġjuni koperti mill-Għan ta’ Konverġenza, kif ukoll tabella konsolidata fuq livell ta’ programm għall-programmi li jkopru kemm ir-reġjuni ta’ Konverġenza kif ukoll ir-reġjuni mhux ta’ Konverġenza.

4.   Sommarju ta’ attivitajiet ta’ valutazzjoni dejjem għaddejjin bi qbil ma’ l-Artikolu 86(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 (l-Artikolu 82(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005)

Sommarju ta’ attivitajiet ta’ valutazzjoni dejjem għaddejjin, stabbiliti fuq bażi ta’ rapportaġġ lill-Kumitat ta’ Monitoraġġ bi qbil ma’ l-Artikolu 86(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, inklużi l-attivitajiet relatati notevolment ma’ l-elementi msemmija fl-Artikoli 84(5) u 86(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament.

5.   Il-passi meħuda mill-Awtorità ta’ Tmexxija u l-Kumitat tal-Monitoraġġ sabiex jiżguraw il-kwalità u l-effiċjenza ta’ l-implimentazzjoni tal-programm (l-Artikolu 82(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005), b’mod partikolari:

(i)

miżuri ta’ monitoraġġ u valutazzjoni

(ii)

sommarju tal-problemi l-kbar li nstabu fit-tmexxija tal-programm u kwalunkwe miżura meħuda, inkluża bi tweġiba għal kummenti magħmula taħt l-Artikolu 83 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

(iii)

użu ta’ assistenza teknika

F’każ ta’ kopertura taħt l-assistenza teknika tal-programm għat-twaqqif u l-funzjonament tan-netwerks rurali nazzjonali, ir-rapport ta’ progress annwali għandu jiddeskrivi l-proċeduri ta’ twaqqif u tmexxija tan-netwerk u l-andament ta’ l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni. Dan għandu jindika wkoll kif in-nefqa ġiet imwettqa (distinzjoni bejn l-elementi (a) u (b) ta’ l-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005).

(iv)

passi meħuda sabiex jiġi żgurat li l-programm hu rreklamat bi qbil ma’ l-Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

Ir-rapport għandu jinkludi sommarju bid-deskrizzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni dwar il-programm għall-iżvilupp rurali bi qbil ma’ l-Artikolu 57 ta’ dan ir-Regolament u Anness VI tiegħu.

6.   Dikjarazzjoni dwar il-konformità mal-linji politiċi Komunitarji f’kuntest ta’ appoġġ, inkluża l-identifikazzjoni tal-problemi li nstabu u l-miżuri adottati sabiex tittrattahom (l-Artikolu 82(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005)

Din il-konformità mal-liġi Komunitarja b’mod partikolari tkopri l-osservanza tar-regoli dwar il-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, il-ħarsien u t-titjib ambjentali, u l-promozzjoni għall-ugwaljanza tas-sessi u n-non-diskriminazzjoni.

7.   Fejn japplika, l-utilizzazzjoni mill-ġdid ta’ għajnuna rkuprata taħt l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (l-Artikolu 82(2)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005)

B.   FORMAT TAR-RAPPORTI TAL-PROGRESS ANNWALI GĦALL-PROGRAMMI SPEĊIFIĊI LI JKOPRU N-NETWERKS RURALI NAZZJONALI (L-ARTIKOLU 60)

Meta Stati Membri jagħmlu użu mill-possibbiltà li hemm provvediment għaliha fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 66(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 r-rapporti tal-progress annwali għall-programmi speċifiċi għandhom jinkludu:

(a)

deskrizzjoni tal-proċeduri għat-twaqqif u t-tmexxija tan-netwerk,

(b)

l-andament ta’ l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni,

(c)

tabella finanzjarja li turi l-implimentazzjoni finanzjarja tal-programm u li tiddistingwi bejn il-punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005:

Tip ta’ nefqa għal NRN

Pagamenti annwali-sena N

Pagamenti miġbura mis-sena 2007 sas-sena N

(a)

għat-tmexxija ta’ l-istruttura tan-netwerk rurali nazzjonali

 

 

(b)

għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni għan-netwerk rurali nazzjonali

 

 

Total

 

 

(d)

informazzjoni, kif xieraq, koperta bil-punti 4 sa 7 tal-parti A ta’ dan l-Anness.


ANNESS VIII

LISTA TA’ INDIKATURI KOMUNI TA’ LINJA BAŻI, PRODUZZJONI, RIŻULTATI U IMPATT

I.   INDIKATURI KOMUNI TA’ LINJA BAŻI

1.   Indikaturi bażilari relatati ma’ objettivi

ASSI

 

Indikatur

Orizzontali

 (*) 1

Żvilupp ekonomiku

 (*) 2

Rata ta’ impjieg

 (*) 3

Qgħad

ASSI 1,

Titjib tal-kompetittività tas-settur ta’ l-agrikoltura u l-forestrija

 (*) 4

Taħriġ u edukazzjoni fl-agrikoltura

5

Struttura ta’ età fl-agrikoltura

 (*) 6

Produttività ta’ xogħol fl-agrikoltura

7

Formazzjoni ta’ kapital gross fiss fl-agrikoltura

8

Żvilupp ta’ l-impjieg tas-settur primarju

9

Żvilupp ekonomiku tas-settur primarju

 (*) 10

Produttività ta’ xogħol fl-industrija ta’ l-ikel

11

Formazzjoni tal-kapital gross fiss fl-industrija ta’ l-ikel

12

Żvilupp ta’ l-impjieg fl-industrija ta’ l-ikel

13

Żvilupp ekonomiku ta’ l-industrija ta’ l-ikel

 (*) 14

Produttività ta’ xogħol fil-forestrija

15

Formazzjoni tal-kapital gross fiss fil-forestrija

16

Importanza tal-biedja ta’ semisussistenza fl-NMS

ASSI 2,

Titjib ta’ l-ambjent u l-kampanja permezz ta’ ġestjoni ta’ l-art

 (*) 17

Bijodiversità: Popolazzjoni ta’ l-għasafar ta’ art tal-biedja

 (*) 18

Bijodiversità: Art tal-biedja u forestrija ta’ valur naturali għoli

19

Bijodiversità: Kompożizzjoni ta’ speċi ta’ siġar

 (*) 20

Kwalità ta’ l-ilma: Bilanċi Nutrittivi Grossi

21

Kwalità ta’ l-ilma: Tniġġis min-nitrati u l-pestiċidi

22

Ħamrija: Żoni f’riskju ta’ tgħawwir ta’ ħamrija

23

Ħamrija: Biedja organika

 (*) 24

Bidla fil-klima: Produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli mill-agrikoltura u l-forestrija

25

Bidla fil-klima: UAA iddedikata għall-enerġija rinnovabbli

26

Bidla fil-klima: emissjonijiet GHG mill-agrikoltura

ASSI 3,

Titjib tal-kwalità tal-ħajja f’żoni rurali u inkoraġġiment tad-diversifikazzjoni ta’ l-attività ekonomika

 (*) 27

Bdiewa b’attività oħra ta’ qligħ

 (*) 28

Żvilupp ta’ impjiegi f’settur mhux agrikolu

 (*) 29

Żvilupp ekonomiku f’settur mhux agrikolu

 (*) 30

Żvilupp ta’ impjiegi għal min jaħdem għal rasu

31

Infrastruttura turistika f’żoni rurali

 (*) 32

Użu ta’ l-internet f’żoni rurali

 (*) 33

Żvilupp tas-servizzi settorjali

34

Emigrazzjoni netta

 (*) 35

Tagħlim tul il-ħajja f’żoni rurali

Leader

 (*) 36

Żvilupp ta’ Gruppi għall-Azzjoni Lokali


2.   Indikaturi bażilari relatati mal-kuntest

ASSI

 

Indikatur

Orizzontali

1

Nomina ta’ żoni rurali

2

Importanza ta’ żoni rurali

ASSI 1,

Titjib tal-kompetittività tas-settur ta’ l-agrikoltura u l-forestrija

3

Użu ta’ art agrikola

4

Struttura tal-biedja

5

Struttura tal-forestrija

6

Produttività tal-foresta

ASSI 2,

Titjib ta’ l-ambjent u l-kampanja permezz ta’ ġestjoni ta’ l-art

7

Art koperta

8

LFA

9

Żoni ta’ agrikoltura estensiva

10

Żona Natura 2000

11

Bijodiversità: foresta protetta

12

Żvilupp ta’ żona tal-foresta

13

Saħħa ta’ l-ekosistema tal-foresta

14

Kwalità ta’ l-ilma

15

Użu ta’ l-ilma

16

Foresti protetti li jikkonċernaw primarjament il-ħamrija u l-ilma

ASSI 3,

Titjib tal-kwalità tal-ħajja f’żoni rurali u inkoraġġiment tad-diversifikazzjoni ta’ l-attività ekonomika

17

Densità tal-popolazzjoni

18

Struttura ta’ l-età

19

Struttura ta’ l-Ekonomija

20

Struttura ta’ l-Impjiegi

21

Qgħad tul ta’ żmien

22

Kisbiet edukazzjonali

23

Infrastruttura ta’ l-Internet

II.   INDIKATURI KOMUNI TA’ PRODUZZJONI

ASSI 1   TITJIB TAL-KOMPETITTIVITÀ TAS-SETTUR TA’ L-AGRIKOLTURA U L-FORESTRIJA

Kodiċi

Miżura

Indikaturi ta’ Produzzjoni (**)

111

Azzjonijiet ta’ taħriġ vokazzjonali u ta’ informazzjoni

Numru ta’ parteċipanti f’taħriġ

Numru ta’ ġranet ta’ taħriġ mogħti

112

Stabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ

Numru ta’ bdiewa żgħażagħ assistiti

Total tal-volum ta’ investimenti

113

Irtirar bikri

Numru ta’ bdiewa li irtiraw kmieni

Numru ta’ ħaddiema fl-irziezet li rtiraw kmieni

Numru ta’ ettari rilaxxati

114

Użu ta’ servizzi konsultattivi

Numru ta’ bdiewa appoġġjati

Numru ta’ sidien ta’ foresti appoġġjati

115

Twaqqif ta’ servizzi ta’ tmexxija, għajnuna u konsulenza

Numru ta’ servizzi ġodda mwaqqfa ta’ tmexxija, għajnuna u konsulenza

121

Modernizzazzjoni ta’ azjendi agrikoli

Numru ta’ azjendi ta’ biedja li rċevew appoġġ fl-investiment

Volum totali ta’ investimenti

122

Titjib tal-valur ekonomiku tal-foresti

Numru ta’ azjendi tal-foresti li rċevew appoġġ fl-investiment

Volum totali ta’ investimenti

123

Iż-żieda fil-valur tal-prodotti agrikoli u tal-forestrija

Numru ta’ intrapriżi appoġġjati

Volum totali ta’ investimenti

124

Kooperazzjoni għall-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-settur ta’ l-agrikoltura u l-ikel u fis-settur tal-forestrija

Numru ta’ inizjattivi ta’ kooperazzjoni appoġġjati

125

Infrastruttura relatata ma’ l-iżvilupp u l-adattament ta’ l-agrikoltura u l-forestrija

Numru ta’ operazzjonijiet appoġġjati

Volum totali ta’ investimenti

126

Restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li tkun sofriet ħsara minħabba diżastri naturali u introduzzjoni ta’ azzjonijiet xierqa ta’ prevenzjoni

Żona appoġġjata ta’ art agrikola li sofriet ħsara

Volum totali ta’ investimenti

131

Ilħuq ta’ l-istandards bbażati fuq leġiżlazzjoni Komunitarja

Numru ta’ benefiċjarji

132

Parteċipazzjoni tal-bdiewa fl-iskemi ta’ kwalità ta’ l-ikel

Numru ta’ azjendi ta’ biedja appoġġjati li ħadu sehem fi skema ta’ kwalità

133

Attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni

Numru ta’ azzjonijiet appoġġjati

141

Biedja tas-semisussistenza

Numru ta’ azjendi ta’ semisussistenza appoġġjati

142

Gruppi ta’ produtturi

Numru ta’ gruppi ta’ produtturi appoġġjati

Bejgħ gross ta’ gruppi ta’ produtturi appoġġjati


ASSI 2   TITJIB TA’ L-AMBJENT U TAL-KAMPANJA PERMEZZ TAL-ĠESTJONI TA’ L-ART

Kodiċi

Miżura

Indikaturi ta’ produzzjoni (***)

211

Pagamenti għal intoppi naturali lill-bdiewa f’żoni muntanjużi

Numru ta’ azjendi appoġġjati f’żoni muntanjużi

Art agrikola appoġġjata f’żoni muntanjużi

212

Pagamenti lill-bdiewa f’żoni b’intoppi, barra minn żoni muntanjużi

Numru ta’ azjendi appoġġjati f’żoni b’intoppi, barra minn żoni muntanjużi

Żona ta’art agrikola appoġġjata f’żoni b’intoppi, barra minn żoni muntanjużi

213

Pagamenti Natura 2000 u pagamenti marbuta mad-Direttiva 2000/60/KE

Numru ta’ azjendi appoġġjati f’żoni Natura 2000/taħt WFD

Art agrikola appoġġjata taħt Natura 2000/taħt WFD

214

Pagamenti agriambjentali

Numru ta’ azjendi ta’ rziezet u azjendi ta’ maniġers ta’ art oħra li jirċievu appoġġ

Total ta’ żona b’appoġġ agriambjentali

Żona fiżika b’appoġġ agriambjentali taħt din il-miżura

Total tan-Numru tal-kuntratti

Numru ta’ azzjonijiet relatati ma’ riżorsi ġenetiċi

215

Pagamenti għall-benessere ta’ l-annimali

Numru ta’ azjendi ta’ rziezet li jirċievu appoġġ

Numru ta’ kuntratti għall-benesseri ta’ l-annimali

216

Investimenti mhux produttivi

Numru ta’ azjendi ta’ rziezet u azjendi ta’ maniġers ta’ art oħra li jirċievu appoġġ

Volum totali ta’ investimenti

221

L-ewwel tisġir ta’ art agrikola

Numru ta’ benefiċjarji li jirċievu għajnuna għat-tisġir

Numru ta’ ettari ta’ art għat-tisġir

222

L-ewwel stabbiliment ta’ sistemi ta’ agroforestrija fuq art agrikola

Numru ta’ benefiċjarji

Numru ta’ ettari b’sistemi ġodda ta’ agroforestrija

223

L-ewwel tisġir ta’ art mhux agrikola

Numru ta’ benefiċjarji li jirċievu għajnuna għat-tisġir

Numru ta’ ettari ta’ art għat-tisġir

224

Pagamenti Natura 2000

Numru ta’ azjendi ta’ foresti li jirċievu għajnuna f’żona Natura 2000

Art ta’ foresta appoġġjata (ha) f’żona Natura 2000

225

Pagamenti għall-ambjent tal-foresta

Numru ta’ azjendi tal-foresti li jirċievu appoġġ

Total ta’ żona ta’ foresta b’appoġġ ambjentali ta’ foresta

Żona ta’ foresta fiżika permezz ta’ appoġġ ambjentali ta’ foresta

Numru ta’ Kuntratti

226

Ir-restawr tal-potenzjal tal-forestrija u l-introduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ prevenzjoni

Numru ta’ azzjonijiet ta’ prevenzjoni/restawr

Żona appoġġjata ta’ foresti li sofrew ħsara

Volum totali ta’ investimenti

227

Investimenti mhux produttivi

Numru ta’ dawk li għandhom il-foresti appoġġjati

Volum totali ta’ investimenti


ASSI 3   TITJIB TAL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA F’ŻONI RURALI U INKORAĠĠIMENT TAD-DIVERSIFIKAZZJONI TA’ L-ATTIVITÀ EKONOMIKA

Kodiċi

Miżura

Indikaturi ta’ produzzjoni (****)

311

Diversifikazzjoni f’attivitajiet mhux agrikoli

Numru ta’ benefiċjarji

Volum totali ta’ investimenti

312

Ħolqien ta’ negozju u żvilupp

Numru ta’ mikro-intrapriżi appoġġjati/maħluqa

313

Inkoraġġiment ta’ attivitajiet turistiċi

Numru ta’ azzjonijiet ġodda turistiċi appoġġjati

Volum totali ta’ investimenti

321

Servizzi bażiċi għall-ekonomija u l-popolazzjoni rurali

Numru ta’ azzjonijiet appoġġjati

Volum totali ta’ investimenti

322

Rinnovazzjoni u żvilupp ta’ rħula

Numru ta’ rħula fejn seħħew l-azzjonijiet

Volum totali ta’ investimenti

323

Konservazzjoni u titjib tal-wirt rurali

Numru ta’ azzjonijiet appoġġjati ta’ wirt rurali

Volum totali ta’ investimenti

331

Taħriġ u informazzjoni

Numru ta’ partijiet ekonomiċi parteċipanti fl-attivitajiet appoġġjati

Numru ta’ ġranet ta’ taħriġ li rċevew il-parteċipanti

341

Żvilupp ta’ ħiliet u animazzjoni u implimentazzjoni ta’ strateġiji għall-żvilupp lokali

Numru ta’ żvilupp ta’ ħiliet u azzjonijiet ta’ animazzjoni

Numru ta’ parteċipanti fl-azzjonijiet

Numru ta’ sħubiji pubbliċi-privati appoġġjati


ASSI 4   LEADER

Kodiċi

Miżura

Indikaturi ta’ produzzjoni (*****)

41

Implimentazzjoni ta’ strateġiji għall-iżvilupp lokali

411

kompetittività

412

ġestjoni ta’ l-ambjent/art

413

kwalità ta’ ħajja/diversifikazzjoni

Numru ta’ gruppi għall-azzjoni lokali (LAG)

Id-daqs totali taż-żona LAG (km2)

Il-popolazzjoni totali f’żona LAG (km2)

Numru ta’ proġetti ffinanzjati mil-LAGs

Numru ta’ benefiċjarji appoġġjati

421

Implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni

Numru ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni

Numru ta’ LAGs li jikkooperaw

431

Tmexxija tal-grupp għall-azzjoni lokali, kisba ta’ ħiliet u animazzjoni tat-territorju kif imsemmi fl-Artikolu 59

Numru ta’ azzjonijiet appoġġjati

III.   INDIKATURI KOMUNI TA’ RIŻULTATI

Assi/Objettiv

Indikatur

Titjib tal-kompetittività tas-settur ta’ l-agrikoltura u tal-forestrija

(1)

Numru ta’ parteċipanti li temmew b’suċċess attività ta’ taħriġ relatata ma’ l-agrikoltura u/jew mal-forestrija

(2)

Żieda fil-valur miżjud gross fl-azjendi/intrapriżi appoġġjati

(3)

Numru ta’ azjendi/intrapriżi li introduċew prodotti ġodda u/jew tekniki ġodda

(4)

Valur tal-produzzjoni agrikola permezz ta’ tikkettjar/standards li jirrikonoxxu l-kwalità

(5)

Numru ta’ rziezet li daħlu fis-suq

Titjib ta’ l-ambjent u l-kampanja permezz tal-ġestjoni ta’ l-art

(6)

Żoni b’ġestjoni ta’ art b’suċċess li jikkontribwixxu fi:

(a)

l-bijodiversità u l-biedja/forestrija ta’ valur naturali għoli

(b)

il-kwalità ta’ l-ilma

(c)

il-bidla fil-klima

(d)

il-kwalità tal-ħamrija

(e)

il-ħarsien mill-emarġinazzjoni u l-abbandun ta’ l-art

Titjib tal-kwalità tal-ħajja f’żoni rurali u inkoraġġiment tad-diversifikazzjoni ta’ l-attività ekonomika

(7)

Żieda tal-valur miżjud gross mhux agrikolu f’negozji appoġġjati

(8)

Numru gross ta’ ħolqien ta’ impjiegi

(9)

Numru addizzjonali ta’ turisti

(10)

Popolazzjoni f’żoni rurali li tibbenifika mit-titjib ta’ servizzi

(11)

Żieda fil-penetrazzjoni ta’ l-internet f’żoni rurali

(12)

Numru ta’ parteċipazzjoni li temmew b’suċċess attività ta’ taħriġ

IV.   INDIKATURI KOMUNI TA’ IMPATT

 

Indikatur

1

Tkabbir ekonomiku

2

Ħolqien ta’ impjiegi

3

Produttività tax-xogħol

4

Treġġigħ lura fin-nuqqas tal-bijodiversità

5

Żamma ta’ biedja u forestrija ta’ valur naturali għoli

6

Titjib fil-kwalità ta’ l-ilma

7

Kontribut għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima


(*)  jirreferi għall-indikaturi LEAD fil-qafas ta’ l-istrateġija nazzjonali u l-monitoraġġ strateġiku mbassra fl-Artikolu 11(3)c u 13(2)A tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

(**)  Għal kull miżura, għandhom ikunu pprovduti n-numru ta’ applikazzjonijiet riċevuti, in-numru ta’ applikazzjonijiet approvati u l-ammont ta’ flus imwiegħda

(***)  Għal kull miżura, għandhom ikunu pprovduti n-numru ta’ applikazzjonijiet riċevuti, in-numru ta’ applikazzjonijiet approvati u l-ammont ta’ flus imwiegħda

(****)  Għal kull miżura, għandhom ikunu pprovduti n-numru ta’ applikazzjonijiet riċevuti, in-numru ta’ applikazzjonijiet approvati u l-ammont ta’ flus imwiegħda.

(*****)  Għal kull miżura, għandhom ikunu pprovduti n-numru ta’ applikazzjonijiet riċevuti, in-numru ta’ applikazzjonijiet approvati u l-ammont ta’ flus imwiegħda.


Top