EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0876

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta' Novembru 2006 li tapprova l-programmi għall-qerda u s-sorveljanza ta' mard ta' l-annimali, ta' ċerti TSEs, u għall-prevenzjoni taż-żoonożi ppreżentati mill-Bulgarija u r-Rumanija għas-sena 2007 u li temenda d-Deċiżjoni 2006/687/KE (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5702)

ĠU L 337, 5.12.2006, p. 57–67 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 660–670 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/12/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/876/oj

5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

660


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Novembru 2006

li tapprova l-programmi għall-qerda u s-sorveljanza ta' mard ta' l-annimali, ta' ċerti TSEs, u għall-prevenzjoni taż-żoonożi ppreżentati mill-Bulgarija u r-Rumanija għas-sena 2007 u li temenda d-Deċiżjoni 2006/687/KE

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5702)

(2006/876/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24(5) u (6) u l-Artikoli 29 u 32 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tipprovdi għall-possibiltà ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda u s-sorveljanza tal-mard ta' l-annimali u għal kontrolli bil-għan li jipprevenu ż-żoonożi.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistipola regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (2), jistipula programmi annwali għall-qerda u s-sorveljanza ta' enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs (transmissible spongiform encephalopathies)) fl-annimali bovini, ovini u kaprini.

(3)

Minħabba fl-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal programmi għall-qerda u s-sorveljanza tal-mard ta' l-annimali u ta' ċerti TSEs ippreżentati mill-Bulgarija u r-Rumanija għas-sena 2007.

(4)

Il-Bulgarija u r-Rumanija issottomettew programmi għall-qerda u s-sorveljanza ta' ċertu mard ta' l-annimali, għall-prevenzjoni taż-żoonożi u għall-qerda u s-sorveljanza ta' TSEs fit-territorji tagħhom.

(5)

Wara eżaminazzjoni ta' dawk il-programmi huma nstabu konformi mal-leġislazzjoni veterinarja Komunitarja rilevanti u b'mod partikolari mal-kriterji tal-Komunità relatati mal-qerda ta' dan il-mard, fi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/638/KEE tas-27 ta' Novembru 1990 li tistipola kriterji tal-Komunità għall-qerda u s-sorveljanza ta' ċertu mard ta' l-annimali (3).

(6)

Minħabba l-importanza ta' dawn il-programmi għall-kisba ta' l-għanijiet tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa pubblika, kif ukoll l-applikazzjoni obbligatorja fl-Istati Membri kollha fil-każ tal-programmi tat-TSE, huwa xieraq li tiġi ffissata r-rata adattata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità sabiex trodd lura n-nefqa li se jidħlu għaliha l-Bulgarija u r-Rumanija għall-miżuri msemmija f'din id-Deċiżjoni sa ammont massimu għal kull programm.

(7)

Il-preżenza ta' deni klassiku tal-majjal fl-irziezet tal-ħnieżer fir-Rumanija hija sfida partikolarment serja għall-irziezet tal-ħnieżer fil-bqija tal-Komunità. Għalhekk ir-rata ta' kontribuzzjoni tal-Komunità għax-xiri ta' vaċċini għat-tilqim tal-ħnieżer bit-tilqim ħaj imdgħajjef għandha tiġi stabbilita għal rata ta' 100 % ta' l-ispejjeż.

(8)

Għar-raġunijiet ta' tmexxija aħjar, għal użu aktar effiċjenti tal-finanzi Komunitarji u għat-trasparenza mtejba huwa wkoll meħtieġ li jiġu ffissati, għal kull programm, fejn xieraq, ammonti massimi li għandhom jinraddu lura lill-Bulgarija u lir-Rumanija għal ċerti spejjeż ta' oġġetti bħalma huma testijiet, vaċċini u kumpens lis-sidien għat-telf tagħhom minħabba fil-qtil jew it-tbiċċir ta' l-annimali.

(9)

Taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (4), il-programmi għall-qerda u s-sorveljanza tal-mard ta' l-annimali għandhom ikunu ffinanzjati taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija. Għal raġunijiet ta' kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta' dan ir-Regolament.

(10)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tiġi mogħtija soġġetta għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet pjanati jitwettqu b'mod effiċjenti u li l-awtoritajiet kompetenti jfornu l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-limiti taż-żmien stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

(11)

Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, ir-rata ta' konverżjoni għan-nefqa għandha tkun ir-rata l-aktar reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-applikazzjoni titressaq mill-Bulgarija jew mir-Rumanija u n-nefqa għandha tingħata f'euro.

(12)

L-approvazzjoni ta' uħud mill-programmi ma għandhiex tippreġudika deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar regoli għall-qerda ta' dak il-mard imsejsa fuq parir xjentifiku.

(13)

Il-lista ta' programmi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/687/KE tat-12 ta' Ottubru 2006 dwar programmi li jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità fl-2007 għall-qerda u s-sorveljanza ta' ċertu mard ta' l-annimali, għall-prevenzjoni taż-żoonożi, għas-sorveljanza ta' TSEs kif ukoll għal programmi għall-qerda tal-BSE u l-iscrapie (5) għandha tiġi emendata biex tinkludi l-Bulgarija u r-Rumanija.

(14)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

IR-RABBJA

Artikolu 1

1.   Il-programmi għall-qerda tar-rabbja ppreżentati mill-Bulgarija u mir-Rumanija huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta' 50 % ta' l-ispiża msemmija fil-paragrafu 1 li se jidħol għaliha kull Stat Membru għall-ispiża tat-testijiet tal-laboratorju u għax-xiri u t-tqassim tal-vaċċin flimkien ma' lixki għall-programmi u din m'għandhiex taqbeż:

(a)

l-EUR 830 000 għall-Bulgarija;

(b)

l-EUR 800 000 għar-Rumanija.

3.   L-ammonti massimi ta' l-ispejjeż li għandhom jinraddu lura lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx jaqbżu l-EUR 0.5 għal kull doża għax-xiri ta' doża waħda ta' vaċċin għall-progammi msemmija fil-paragrafu 2.

KAPITOLU II

ID-DENI KLASSIKU TAL-MAJJAL

Artikolu 2

1.   Il-programmi għall-kontroll u s-sorveljanza tal-marda tad-deni klassiku tal-majjal ippreżentati mill-Bulgarija u r-Rumanija huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 1 li se jidħol għalihom kull Stat Membru għall-ispiża ta' testijiet viroloġiċi u seroloġiċi ta' ħnieżer domestiċi u ta' ċingjali u għat-tilqim ta' ċingjali, ix-xiri u t-tqassim ta' vaċċini flimkien ma' lixki kif ukoll għat-tilqim tal-ħnieżer domestiċi filwaqt li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta' 100 % ta' l-ispejjeż li se tidħol għalihom ir-Rumanija għax-xiri ta' vaċċin u għat-tilqim tal-ħnieżer domestiċi bil-vaċċin ħaj imdgħajjef u din m'għandhiex taqbeż:

(a)

l-EUR 425 000 għall-Bulgarija;

(b)

l-EUR 5 250 000 għar-Rumanija.

3.   L-ammonti massimi ta' spejjeż li għandhom jinraddu lura għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test ELISA

l-EUR 2.5 għal kull test;

(b)

għax-xiri ta' doża waħda ta' vaċċin għat-tilqim taċ-ċingjali

l-0.5 EUR għal kull doża;

(ċ)

għax-xiri ta' doża waħda ta' vaċċin vaċċin ħaj imdgħajjef għat-tilqim tal-ħnieżer

l-EUR 0.30 għal kull doża.

KAPITOLU III

ĊERTA SALMONELLA ŻOONOTIKA FIT-TJUR GĦAT-TGĦAMMIR

Artikolu 3

1.   Il-programm għall-kontroll tas-salmonella fit-tjur għat-tgħammir ippreżentat mill-Bulgarija u r-Rumanija huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 1 li se jidħol għalihom kull Stat Membru għall-ispiża tat-testijiet batterjoloġiċi, il-kumpens għas-sidien għat-telf tagħhom minħabba l-qtil ta' l-għasafar u l-qerda tal-bajd u x-xiri ta' dożi ta' vaċċin u m'għandhiex taqbeż:

(a)

l-EUR 508 000 għall-Bulgarija;

(b)

l-EUR 215 000 għar-Rumanija.

3.   L-ammonti massimi ta' spejjeż li għandhom jinraddu lura lill-Bulgarija u lir-Rumanija għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test batterjoloġiku

l-EUR 5,0 għal kull test;

(b)

għax-xiri ta' doża waħda ta' vaċċin

l-EUR 0,05 għal kull doża.

4.   L-ispejjeż eliġibbli għall-kumpens għat-telf minħabba l-qtil ta' bhejjem għandu jkun limitat kif stipulat fil-paragrafu 5.

5.   Il-kumpens medju li għandu jinradd lura lill-Istati Membri għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' l-għadd ta' bhejjem maqtula fl-Istat Membru u għat-tjur għat-tgħammir, sa massimu ta' EUR 2.5 għal kull għasfur.

KAPITOLU IV

PROGRAMMI TA' STĦARRIĠ DWAR L-INFLUWENZA TAT-TJUR FIT-TJUR TA' L-IRZIEZET U FIT-TAJR SELVAĠĠ

Artikolu 4

1.   Il-programmi għall-influwenza tat-tjur fit-tjur ta' l-irziezet u fit-tajr selvaġġ ippreżentati mill-Bulgarija u r-Rumanija huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-ispiża ta' l-analiżi ta' kampjuni għandha tkun bir-rata ta' 50 % għall-ispejjeż li se jidħlu għalihom kull Stat Membru u din m'għandhiex taqbeż:

(a)

l-EUR 23 000 għall-Bulgarija;

(b)

l-EUR 105 000 għar-Rumanija.

3.   Il-limiti massimi ta' l-infiq li għandhom jintraddu lura lill-Bulgarija u lir-Rumanija għat-testijiet koperti mill-programmi ma jistgħux jaqbżu iċ-ċifri li ġejjin:

(a)

għat-test ELISA:

EUR 1 għal kull test;

(b)

għall-agar gel immune diffusion test:

EUR 1.2 għal kull test;

(ċ)

għat-test HI għall-H5/H7:

EUR 12 għal kull test;

(d)

għat-test ta' l-iżolament tal-virus:

EUR 30 għal kull test;

(e)

għat-test PCR:

EUR 15 għal kull test.

KAPITOLU V

IS-SORVELJANZA TA' ENĊEFELOPATIJI SPONĠIFORMI TRAŻMISSIBBLI

Artikolu 5

1.   Il-programm għas-sorveljanza ta' enċefelopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs) mressaq mir-Rumanija huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità se tkun bir-rata ta' 100 % ta' l-ispejjeż li se tidħol għalihom ir-Rumanija imsemmija fil-paragrafu 1 għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm u m'għandhiex taqbeż iż-2 370 000 EUR.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tal-programm imsemmi fil-paragrafi 1 għandha tkun għat-testijiet imwettqa u l-ammont massimu m' għandux jaqbeż:

(a)

l-EUR 6 għal kull test, għat-testijiet imwettqa fl-annimali bovini msemmija fl-Annex III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(b)

l-EUR 30 għal kull test, għat-testijiet imwettqa fl-annimali ovini u kaprini msemmija fl-Annex III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(ċ)

l-EUR 50 għal kull test, għat-testijiet imwettqa fiċ-ċriev imsemmija fl-Annex III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(d)

l-EUR 145 għal kull test, għal testijiet primarji molekolari diskriminatorji mwettqa kif imsemmi fl-Annex X, il-Kapitolu C, il-punt 3.2(c)(i) għar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

KAPITOLU VI

IL-QERDA TA' L-ISCRAPIE

Artikolu 6

1.   Il-programm għall-eradikazzjoni ta' l-iscrapie ppreżentat mir-Rumanija huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programm imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun bir-rata ta' 50 % ta' l-ispiża mħallsa mir-Rumanija għall-kumpens tas-sidien għall-valur tal-bhejjem tagħhom maqtula jew meqruda skond il-programm ta' qerda tagħhom, sa massimu ta' EUR 100 għal kull bhima u b'rata ta' 50 % ta' l-ispejjeż għall-genotyping, sa massimu ta' EUR 10 għal kull test ta' genotyping u din m'għandhiex taqbeż id-980 000 EUR.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 7

In-nefqa ppreżentata mill-Bulgarija u mir-Rumanija għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata f'euro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra.

Artikolu 8

Ir-rata ta' konverżjoni għan-nefqa għandha tkun ir-rata l-aktar reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-applikazzjoni titressaq mill-Bulgarija jew mir-Rumanija.

Artikolu 9

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 6 se tingħata sakemm il-Bulgarija u r-Rumanija jimplimentaw il-programmi skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi Komunitarja, inklużi r-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-għoti ta' kuntratti pubbliċi, u soġġetta għall-kundizzjonijiet provduti fil-punti (a) sa (f):

(a)

li jġibu fis-seħħ sa l-1 ta' Jannar 2007 il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi mill-Istat Membru konċernat għall-implimentazzjoni tal-programm;

(b)

li jippreżentaw mhux iktar tard mill-1 ta' Ġunju 2007, l-evalwazzjoni teknika u finanzjarja preliminari tal-programm, skond l-Artikolu 24(7) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE;

(ċ)

li jressqu rapport intermedju, għal programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 3, li jkopri l-ewwel sitt xhur tal-programm, mhux aktar tard minn erba' ġimgħat wara l-perjodu ta' implimentazzjoni li hu kopert mir-rapport;

(d)

għall-programmi msemmija fl-Artikolu 4, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni ir-riżultati pożittivi u negattivi li nkisbu mill-investigazzjonijiet matul is-sorveljanza tagħhom tat-tjur ta' l-irziezet u t-tajr selvaġġ kull tliet xhur sa tmiem ix-xahar ta' wara.

(e)

għall-programmi msemmija fl-Artikoli 5 u 6, li jippreżentaw rapport kull xahar lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-programm ta' sorveljanza tat-TSE u dwar l-ispejjeż imħallsa mir-Rumanija; li r-rapport għandu jitressaq fi żmien erba' ġimgħat wara t-tmiem tax-xahar kopert mir-rapport;

(f)

li jippreżentaw rapport finali mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2008, dwar l-eżekuzzjoni teknika tal-programm flimkien ma' evidenza li tiġġustifika l-ispejjeż imġarrba mill-Bulgarija u r-Rumanija u r-riżultati miksuba matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007;

(g)

id-dettalji ta' l-ispejjeż imġarrba mill-Bulgarija u r-Rumanija kif imsemmija fil-punti (d) u (e) għandhom jingħataw f'għamla skond it-tabella stipulata fl-Annessi I u II;

(h)

implimentazzjoni effiċjenti tal-programm;

(i)

l-ebda kontribuzzjoni oħra Komunitarja ma ntalbet jew m'hi se tiġi mitluba għal dawn il-miżuri.

2.   Fil-każ li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx konformi mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità skond in-natura u l-gravità tal-ksur, u t-telf finanzjarju sostnut mill-Komunità.

Artikolu 10

L-Annessi mad-Deċiżjoni 2006/687/KE huma sostitwiti bit-test fl-Anness III ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika suġġetta għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.

Artikolu 12

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 30 ta' Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/53 (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).

(2)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2006 (ĠU L 187, 8.7.2006, p. 10).

(3)  ĠU L 347, 12.12.1990, p. 27. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 92/65/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).

(4)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 320/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42).

(5)  ĠU L 282, 13.10.2006, p. 52.


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Monitoraġġ TSE

Stat Membru:

Xahar:

Sena:

Testijiet fuq annimali bovini

 

Numru ta' testijiet

Nefqa għal kull unità

Nefqa totali

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti I, punti 2.1,3 u 4.1 għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 

 

 

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti I, punti 2.2, 4.2 u 4.3 għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 

 

 

Total

 

 

 

Testijiet fuq annimali ovini

 

Numru ta' testijiet

Nefqa għal kull unità

Nefqa totali

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 2(a) għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 

 

 

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 3 għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 

 

 

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 5 għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 

 

 

Total

 

 

 

Testijiet fuq annimali kaprini

 

Numru ta' testijiet

Nefqa għal kull unità

Nefqa totali

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 2(b) għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 

 

 

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 3 għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 

 

 

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 5 għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 

 

 

Total

 

 

 

Ittestjar primarju molekolari b'“immuno-blotting” diskriminatorju

 

Numru ta' testijiet

Nefqa għal kull unità

Nefqa totali

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness X, Kapitolu C, punt 3.2(c)(i)

 

 

 

Testijiet fuq Ċriev

 

Numru ta' testijiet

Nefqa għal kull unità

Nefqa totali

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 

 

 


ANNESS III

L-Annessi I, II III u V għad-Deċiżjoni 2006/687/KE jinbidlu b'dan li ġej:

ANNESS I

Lista ta' programmi għall-qerda u s-sorveljanza ta' mard ta' l-annimali kif imsemmija fl-Artikolu 1(1)

Ir-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità

Marda

Stat Membru

Rata

Ammont massimu

(EUR)

Il-marda ta' Aujeszkys

Il-Belġju

50 %

250 000

Spanja

50 %

350 000

Il-Bluetongue

Spanja

50 %

4 900 000

Franza

50 %

160 000

L-Italja

50 %

1 300 000

Il-Portugall

50 %

600 000

Il-bruċellosi bovina

Spanja

50 %

3 500 000

L-Irlanda

50 %

1 100 000

L-Italja

50 %

2 000 000

Ċipru

50 %

95 000

Il-Polonja

50 %

300 000

Il-Portugall

50 %

1 600 000

Ir-Renju Unit (1)

50 %

1 100 000

It-tuberkulożi bovina

Spanja

50 %

3 000 000

L-Italja

50 %

2 500 000

Il-Polonja

50 %

1 100 000

Il-Portugall

50 %

450 000

Id-Deni klassiku tal-majjal

Il-Ġermanja

50 %

800 000

Franza

50 %

500 000

Il-Lussemburgu

50 %

35 000

Is-Slovenja

50 %

25 000

Is-Slovakkja

50 %

400 000

Il-Lewkożi enżootika bovina

L-Estonja

50 %

20 000

L-Italja

50 %

400 000

Il-Latvja

50 %

35 000

Il-Litwanja

50 %

135 000

Il-Polonja

50 %

2 300 000

Il-Portugall

50 %

225 000

Il-bruċellosi ovina u kaprina (B melitensis)

Il-Greċja

50 %

650 000

Spanja

50 %

5 000 000

Franza

50 %

200 000

L-Italja

50 %

4 000 000

Ċipru

50 %

120 000

Il-Portugall

50 %

1 600 000

Il-Poseidom (2)

Franza (3)

50 %

50 000

Ir-Rabbja

Ir-Repubblika Ċeka

50 %

490 000

Il-Ġermanja

50 %

850 000

L-Estonja

50 %

925 000

Il-Latvja

50 %

1 200 000

Il-Litwanja

50 % territorju proprju; 100 % żoni tal-fruntiera

600 000

L-Ungerija

50 %

1 850 000

L-Awstrija

50 %

185 000

Il-Polonja

50 %

4 850 000

Is-Slovenja

50 %

375 000

Is-Slovakkja

50 %

500 000

Il-Finlandja

50 %

112 000

Il-Bulgarija

50 %

830 000

Ir-Rumanija

50 %

800 000

Id-deni Afrikan tal-majjali/Deni klassiku tal-majjali

L-Italja

50 %

140 000

Il-Bulgarija

50 %

425 000

Ir-Rumanija

50 %

5 250 000

Il-marda vexxikolari tal-ħnieżer

L-Italja

50 %

120 000

L-influwenza tat-tjur

Il-Belġju

50 %

66 000

Ir-Repubblika Ċeka

50 %

74 000

Id-Danimarka

50 %

160 000

Il-Ġermanja

50 %

243 000

L-Estonja

50 %

40 000

Il-Greċja

50 %

42 000

Spanja

50 %

82 000

Franza

50 %

280 000

L-Irlanda

50 %

59 000

L-Italja

50 %

510 000

Ċipru

50 %

15 000

Il-Latvja

50 %

15 000

Il-Litwanja

50 %

12 000

Il-Lussemburgu

50 %

10 000

L-Ungerija

50 %

110 000

Malta

50 %

5 000

L-Olanda

50 %

126 000

L-Awstrija

50 %

42 000

Il-Polonja

50 %

87 000

Il-Portugall

50 %

121 000

Is-Slovenja

50 %

32 000

Is-Slovakkja

50 %

21 000

Il-Finlandja

50 %

27 000

L-Iżvezja

50 %

130 000

Ir-Renju Unit

50 %

275 000

Il-Bulgarija

50 %

23 000

Ir-Rumanija

50 %

105 000

Total

63 014 000

ANNESS II

Lista ta' programmi tal-kontrolli mmirati lejn il-prevenzjoni taż-żoonożi kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)

Ir-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità

Żoonożi

Stat Membru

Rata

Ammont massimu

(EUR)

Salmonella

Il-Belġju

50 %

660 000

Ir-Repubblika Ċeka

50 %

330 000

Id-Danimarka

50 %

250 000

Il-Ġermanja

50 %

175 000

L-Estonja

50 %

27 000

Il-Greċja

50 %

60 000

Spanja

50 %

2 000 000

Franza

50 %

875 000

L-Irlanda

50 %

175 000

L-Italja

50 %

320 000

Ċipru

50 %

40 000

Il-Latvja

50 %

60 000

L-Ungerija

50 %

60 000

L-Olanda

50 %

1 350 000

L-Awstrija

50 %

80 000

Il-Polonja

50 %

2 000 000

Il-Portugall

50 %

450 000

Is-Slovakkja

50 %

205 000

Il-Bulgarija

50 %

508 000

Ir-Rumanija

50 %

215 000

Total

9 840 000

ANNESS III

Lista ta' programmi għas-sorveljanza tat-TSEs kif imsemmija fl-Artikolu 3(1)

Ir-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità

Marda

Stat Membru

Testijiet rapidi tar-rata & testijiet diskriminatorji li saru

Ammont massimu

(EUR)

TSEs

Il-Belġju

100 %

2 084 000

Ir-Repubblika Ċeka

100 %

1 059 000

Id-Danimarka

100 %

1 680 000

Il-Ġermanja

100 %

11 307 000

L-Estonja

100 %

233 000

Il-Greċja

100 %

1 827 000

Spanja

100 %

10 237 000

Franza

100 %

24 815 000

L-Irlanda

100 %

6 755 000

L-Italja

100 %

3 375 000

Ċipru

100 %

348 000

Il-Latvja

100 %

312 000

Il-Litwanja

100 %

645 000

Il-Lussemburgu

100 %

146 000

L-Ungerija

100 %

784 000

Malta

100 %

90 000

L-Olanda

100 %

5 112 000

L-Awstrija

100 %

1 759 000

Il-Polonja

100 %

3 744 000

Il-Portugall

100 %

2 115 000

Is-Slovenja

100 %

308 000

Is-Slovakkja

100 %

1 088 000

Il-Finlandja

100 %

839 000

L-Iżvezja

100 %

2 020 000

Ir-Renju Unit

100 %

6 781 000

Ir-Rumanija

100 %

2 370 000

Total

91 833 000

ANNESS V

Lista ta' programmi għall-qerda ta' l-iscrapie kif imsemmija fl-Artikolu 5(1)

Ir-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità

Marda

Stat Membru

Rata

Ammont massimu

(EUR)

Scrapie

Il-Belġju

50 % qatla; 50 % genotyping

99 000

Ir-Repubblika Ċeka

50 % qatla; 50 % genotyping

107 000

Il-Ġermanja

50 % qatla; 50 % genotyping

927 000

L-Estonja

50 % qatla; 50 % genotyping

13 000

Il-Greċja

50 % qatla; 50 % genotyping

1 306 000

Spanja

50 % qatla; 50 % genotyping

5 374 000

Franza

50 % qatla; 50 % genotyping

8 862 000

L-Irlanda

50 % qatla; 50 % genotyping

629 000

L-Italja

50 % qatla; 50 % genotyping

3 076 000

Ċipru

50 % qatla; 50 % genotyping

2 200 000

Il-Lussemburgu

50 % qatla; 50 % genotyping

28 000

L-Ungerija

50 % qatla; 50 % genotyping

332 000

L-Olanda

50 % qatla; 50 % genotyping

543 000

L-Awstrija

50 % qatla; 50 % genotyping

14 000

Il-Portugall

50 % qatla; 50 % genotyping

716 000

Is-Slovenja

50 % qatla; 50 % genotyping

83 000

Is-Slovakkja

50 % qatla; 50 % genotyping

279 000

Il-Finlandja

50 % qatla; 50 % genotyping

11 000

L-Iżvezja

50 % qatla; 50 % genotyping

6 000

Ir-Renju Unit

50 % qatla; 50 % genotyping

9 178 000

Ir-Rumanija

50 % qatla; 50 % genotyping

980 000

Total

34 763 000


(1)  Ir-Renju Unit fir-rigward biss ta' l-Irlanda ta' Fuq.

(2)  Il-marda ta' l-ilma fil-qalb, il-babesijożi u l-anaplasmożi trażmessi minn insetti li jservu ta' vetturi ta' tixrid fid-dipartimenti Franċiżi ta' barra.

(3)  Franza fir-rigward tal-Guadaloupe, Martinique u Réunion biss.


Top