Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R2083

2083/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2083/2005 tad- 19 ta’ Diċembru 2005 li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-ammonti minimi ta’ applikazzjoni għall-proċeduri għal għoti ta’ kuntratti Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 333, 20.12.2005, pp. 28–29 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 321M, 21.11.2006, pp. 381–382 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/04/2016; Imħassar b' 32014L0025

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/2083/oj

21.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

381


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2083/2005

tad-19 ta’ Diċembru 2005

li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-ammonti minimi ta’ applikazzjoni għall-proċeduri għal għoti ta’ kuntratti

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' xiri ta' entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 69 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-koordinament ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' xogħlijiet pubbliċi, kuntratti ta' provvista pubblika u kuntratti ta' servizz pubbliku (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 78 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi,

Billi:

(1)

Bid-deċiżjoni 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, inkwantu kwistjonijiet fil-kompetenza tagħha, tal-ftehim milħuq fin-negozjati multilaterali tal-Uruguay Round (1986-1994) (3) il-Kunsill approva l-Ftehim fuq kuntratti tal-gvern, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, muri f’Annex 4 għal dik id-deċiżjoni. Taħt it-termini tal-Ftehim, il-liġijiet li jippreskrivi għandhom jiġu mħarsa kif il-kuntratti li jkunu qed jiġu trattati jilħqu jew jaqbżu l-ammonti, minn hawn ’il quddiem imsejjħin “limiti”, stabbiliti fil-Ftehim u espressi bħala drittijiet speċjali ta' preljev.

(2)

Id-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE għandhom bħala wieħed mill-oġġettivi tagħhom l-għan li jħallu lill-entitajiet kuntrattwali u lill-awtoritajiet kuntrattwali li japplikawhom li fl-istess ħin ikunu konformi ma’ l-obligazzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni trid tikkontrolla l-limiti stabbiliti mid-Direttivi li jikkorrispondu mal-Ftehim u, fejn hemm bżonn, tirrevedihom billi iżżidhom jew tnaqqashom biex tiżgura li jikkorrispondu ma’ l-ekwivalenti fl-euro, sa l-eqreb elf, tal-limiti stabbiliti fil-Ftehim. Il-valuri tal-limiti taħt id-Direttivi m’humiex l-istess bħall-valuri tal-limiti taħt il-Ftehim, ikkalkulati mill-ġdid biex ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2007. Għalhekk għandhom ikunu irreveduti.

(3)

Barra minn hekk, fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE, biex jitnaqqas in-numru tal-limiti li għandhom jiġu mħarsa, dawk il-limiti li huma indipendenti mill-Ftehim ġew allineati fuq dawk li jirriżultaw minnu. B’hekk huwa xieraq li wieħed jirrevedihom ukoll.

(4)

L-emendi ma jaffettwawx id-dispożizzjonijiet nazzjonalili jimplimentaw id-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE li jibdew minn limiti iktar baxxi minn dawk speċifikati fid-Direttivi.

(5)

Id-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE għandhom għalhekk jiġu emendati

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2004/17/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

f’punt (a), l-ammont “EUR 473 000” jiġi mibdul fi “EUR 422 000”,

(b)

f’punt (b), l-ammont “EUR 5 923 000” jiġi mibdul fi “EUR 5 278 000”,

2.

L-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:

(a)

f’paragrafu 1, l-ammont “EUR 473 000” jiġi mibdul fi “EUR 422 000”,

(b)

f’paragrafu 2, l-ammont “EUR 473 000” jiġi mibdul fi “EUR 422 000”.

Artikolu 2

Id-Direttiva 2004/18/KE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

f’punt (a), l-ammont “EUR 154 000” jiġi mibdul fi “EUR 137 000”,

(b)

f’punt (b), l-ammont “EUR 236 000” jiġi mibdul fi “EUR 211 000”,

(ċ)

f’punt (ċ), l-ammont “EUR 5 923 000” jiġi mibdul fi “EUR 5 278 000”,

2.

L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

f’punt (a), l-ammont “EUR 5 923 000” jiġi mibdul fi “EUR 5 278 000”,

(b)

f’punt (b), l-ammont “EUR 154 000” jiġi mibdul fi “EUR 211 000”,

3.

(a) fl-Artikolu 56, l-ammont “EUR 5 923 000” jiġi mibdul fi “EUR 5 278 000”,

4.

(a) fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 63(1), l-ammont “EUR 5 923 000” jiġi mibdul fi “EUR 5 278 000”,

5.

L-Artikolu 67(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

(a) f’punt (a), l-ammont “EUR 154 000” jiġi mibdul fi “EUR 137 000”,

(b)

(a) f’punt (a), l-ammont “EUR 236 000” jiġi mibdul fi “EUR 211 000”,

(ċ)

(a) f’punt (a), l-ammont “EUR 236 000” jiġi mibdul fi “EUR 211 000”.

Artikolu 3

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1874/2004 (4) huwa b’dan revokat mill-1 ta' Jannar 2006.

Referenzi magħmula għar-Regolament revokat għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar id-19 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 134 tat-30.4.2004, p. 1, korrett mill-ĠU L 358, 3.12.2004. Direttiva kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni 2005/51/KE (ĠU L 257, 1.10.2005, p. 127).

(2)   ĠU L 134 tat-30.4.2004, p. 114, korrett mill-ĠU L 351, 26.11.2004. Direttiva kif emendat l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/75/KE (ĠU L 323, tad-9.12.2005, p. 55).

(3)   ĠU L 336, tat-23.12.1994, p. 1.

(4)   ĠU L 326, 29.10.2004, p. 17.


Top