EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1915

1915/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1915/2005 ta’ l- 24 ta' Novembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1982/2004 dwar is-simplifikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-kwantità u l-ispeċifikazzjonijiet relatata ma’ moviment partikolari ta’ merkanzija

ĠU L 307, 25.11.2005, p. 8–9 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 125–126 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R1197

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1915/oj

2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

125


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1915/2005

ta’ l-24 ta' Novembru 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1982/2004 dwar is-simplifikazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-kwantità u l-ispeċifikazzjonijiet relatata ma’ moviment partikolari ta’ merkanzija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara l-kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar l-istatistika Komunitarja relatata mal-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 3(4) u (5), 9, 10 u 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1982/2004 tat-18 ta’ Novembru 2004 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja relatata mal-kummerċ ta' merkanzija bejn l-Istati Membri u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1901/2000 u (KEE) Nru 3590/92 (2) jiddetermina d-dispożizzjonijiet għal xi elementi tad-data u xi merkanzija speċifika. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu adattati biex jiffaċilitaw il-ġbir ta’ data u biex isiru aktar preċiżi dwar xi tranżazzjonijiet kummerċjali partikolari.

(2)

Bil-ħsieb li jitnaqqas il-piż tar-rappurtar għall-partijiet responsabbli biex jipprovdu t-tagħrif, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jeżentaw il-kumpaniji milli jipprovdu tagħrif dwar il-kwantità f'massa netta għall-merkanzija kollha li għaliha jridu jiġu kkwotati unitajiet supplementari fl-istess ħin.

(3)

Biex jintlaħqu r-rekwiżiti tad-data nazzjonali l-Istati Membri għandhom jingħataw aktar flessibiltà dwar il-ġbir tal-kodiċijiet tan-Natura tat-Tranżazzjoni sakemm it-tagħrif mgħoddi lill-Kummissjoni ma jiġix affettwat.

(4)

Bl-għan li tiġi armonizzata l-istatistika Komunitarja relatata mal-kummerċ ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru bejn l-Istati Membri, it-trażmissjoni tad-data dwar il-kummerċ mal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru għandha tkun limitata għal tranżazzjonijiet reġistrati fir-reġistru nazzjonali tal-bastimenti jew l-inġenji tal-ajru u li jinvolvu kumpaniji stabbiliti fl-Istat Membru li jirrapporta.

(5)

Għandhom jiġu speċifikati dispożizzjonijiet addizzjonali dwar is-sorsi tad-data biex l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jiġbru tagħrif aktar preċiż mal-wasla u t-tluq fir-rigward ta' kummerċ bil-bastimenti u bl-inġenji tal-ajru, ta’ prodotti tal-baħar, ta’ elettriku u ta’ gass naturali.

(6)

Teħtieġ ukoll kjarifika rigward il-partijiet ta’ tibdil li jintużaw għat-tiswija.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1982/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-istatistika relatata mal-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1982/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 9 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Il-kwantità tal-merkanzija

1.   Il-massa netta għandha tingħata f’kilogrammi. Madankollu, fejn tissemma unità supplimentari skont il-paragrafu 2, mhuwiex obbligatorju li tintalab speċifikazzjoni tal-massa netta mill-partijiet responsabbli li jipprovdu t-tagħrif.

2.   L-unitajiet supplementari għandhom jissemmew skont it-tagħrif stipulat fin-Nomenklatura Maqgħuda minn issa ’l quddiem imsejħa l-‘NM’ kif stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (*), faċċata tas-sottotitoli kkonċernati, li l-lista tagħhom hija ppubblikata f’Parti I ‘Dispożizzjonijiet preliminari’ tar-Regolament imsemmi.

(*)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 493/2005 (ĠU L 082, 31.3.2005, p. 1).”"

(2)

Fl-Artikolu 10, tiddaħħal is-sentenza li ġejja:

“L-Istati Membri jistgħu jiġbru n-numri ta’ kodiċi għal għanijiet nazzjonali fil-kolonna B sakemm in-numri tal-kodiċi tal-kolonna A biss jingħaddu lill-Kummissjoni.”

(3)

L-Artikolu 17 qed jiġi emendat b’dan l-ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b) qed jinbidlu b’dan li ġej:

“(a)

it-trasferiment tal-pussess ta' bastiment jew ta’ inġenju tal-ajru, minn persuna naturali jew legali stabbilita fi Stat Membru ieħor għal persuna naturali jew legali stabbilita fl-Istat Membru li qed jirrapporta u rreġistrata fir-reġistru nazzjonali tal-bastimenti u tal-inġenji tal-ajru. Din it-tranżazzjoni għandha tiġi ttrattata bħala wasla;

(b)

it-trasferiment tal-pussess ta' bastiment jew ta’ inġenju tal-ajru, minn persuna naturali jew legali stabbilita fl-Istat Membru li qed jirrapporta u rreġistrata fir-reġistru nazzjonali tal-bastimenti u tal-inġenju tal-ajru għal persuna naturali jew legali stabbilita fi Stat Membru ieħor. Din it-tranżazzjoni għandha tiġi ttrattata bħala tluq.

Jekk il-bastiment jew l-inġenju tal-ajru huwa ġdid it-tluq għandu jiġi rreġistrat fl-Istat Membri tal-kostruzzjoni.”

(b)

il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Sakemm ma jeżisti l-ebda konflitt ma’ xi leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, l-awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom aċċess għas-sorsi addizzjonali disponibbli kollha tad-data għajr għal dawk tas-Sistema Intrastat jew tad-Dokument Amministrattiv Waħdieni għad-dwana u għall-għanijiet fiskali, bħal tagħrif minn reġistri nazzjonali ta’ bastimenti u ta’ inġenji tal-ajru li għandhom mnejn jintalbu jidentifikaw it-trasferiment ta’ pussess ta’ merkanzija bħal din.”

(4)

Fl-Artikolu 21 il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Sakemm ma jeżisti l-ebda konflitt ma’ xi leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, l-awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom aċċess għas-sorsi addizzjonali disponibbli kollha tad-data għajr għal dawk tas-Sistema Intrastat jew tad-Dokument Amministrattiv Waħdieni għad-dwana jew għall-għanijiet fiskali, bħal tagħrif dwar dikjarazzjonijiet ta’ bastimenti nazzjonali rreġistrati dwar merkanzija bil-baħar li tasal fi Stati Membri oħra.”

(5)

Fl-Artikolu 22 il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Sakemm ma jeżisti l-ebda konflitt ma’ xi leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, l-awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom aċċess għas-sorsi addizzjonali disponibbli kollha tad-data għajr għal dawk tas-Sistema Intrastat jew tad-Dokument Amministrattiv Waħdieni għad-dwana jew għall-għanijiet fiskali li għandhom mnejn ikunu jeħtieġu biex japplikaw dan l-Artikolu.”

(6)

L-Artikolu 23 qed jiġi emendat b’dan l-ġej:

(a)

it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

“Elettriku u gass”

(b)

il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej:

“1.   L-istatistika relatata mal-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri għandha tkopri t-tluq u l-wasla tal-elettriku u ta’ gass naturali.

2.   Sakemm ma jeżisti l-ebda konflitt ma’ xi leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, l-awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom aċċess għas-sorsi addizzjonali disponibbli kollha tad-data għajr għal dawk tas-Sistema Intrastat jew tad-Dokument Amministrattiv Waħdieni għad-dwana jew għall-għanijiet fiskali li għandhom mnejn ikunu jeħtieġu biex jittrażmettu d-data msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni (Eurostat). L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbu li t-tagħrif jiġi pprovdut direttament mill-operaturi li jippossiedu jew li jħaddmu n-netwerk nazzjonali ta’ trażmissjoni għall-elettriku u għall-gass naturali u li huma stabbiliti fl-Istat Membru li qed jirrapporta.”

(7)

Fl-Anness I, il-punt (h) jinbidel b'dan li ġej:

“h)

Merkanzija għal u wara t-tiswija u l-partijiet inkorporati ta’ tibdil. Tiswija tinkludi r-restawr ta’ merkanzija għall-funzjoni jew għall-kundizzjoni oriġinali tagħha. L-għan ta’ din il-ħidma hija sempliċement li l-merkanzija tinżamm f'ordni operattiva; dan jista’ jinvolvi xi bini mill-ġdid jew xi titjib iżda bl-ebda mod ma jista’ jbiddel in-natura tal-merkanzija.”

(8)

L-Anness II jitħassar

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2006.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta' Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 102, 7.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 343, 19.11.2004, p. 3.


Top