Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0432

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 432/2004 tal-5 ta' Marzu 2004 li jaddatta għat-tmien darba għall-progress tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar it-tagħmir ta' rrekordjar fit-trasport stradaliTest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 71, 10.3.2004, p. 3–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2014; Imħassar b' 32014R0165

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/432/oj

    32004R0432



    Official Journal L 071 , 10/03/2004 P. 0003 - 0004


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 432/2004

    tal-5 ta' Marzu 2004

    li jaddatta għat-tmien darba għall-progress tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar it-tagħmir ta' rrekordjar fit-trasport stradali

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar it-tagħmir ta' rrekordjar fit-trasport stradali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikulari l-Artikolu 17 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness I B tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3821/85 jiġbor l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kostruzzjoni, ittestjar, istallazzjoni u spezzjoni ta' tagħmir ta' rrekordjar ta' trasport stradali.

    (2) Waqt li tittieħed attenzjoni speċjali għas-sigurta ġenerali tas-sistema u ta' l-interoperabilita bejn it-tagħmir ta' rrekordjar u l-karti tat-takografu, ċerti speċifikazzjonijiet techniċi, miġbura fl-Anness 1 B mar-Regolament (KE) Nru 3821/85 għandhom ikunu emendati.

    (3) Il-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 3821/85,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I B tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 huwa emendat kif ġej:

    1. fil-Kapitlu IV, il-paragrafu 1, ir-rekwiżit 172, il-kelmiet "ΚΑΡΤΑ ΟΔΗΟΥ" għandhom ikunu ssostitwiti bi "ΚΑΡΤΑ ΟΔΗΓΟΥ";

    2. fil-Kapitlu IV, il-paragrafu 5.3.9, ir-rekwiżit 227, il-kelmiet "għan ta' kalibrazzjoni (l-ewwel istallazzjoni, istallazzjoni, spezzjoni perjodika)" għandhom ikunu ssostitwiti bi "għan ta' kalibrazzjoni (attivazzjoni, l-ewwel istallazzjoni, istallazzjoni, spezzjoni perjodika)";

    3. fl-Appendiċi 1, il-paragrafu 2.29, l-aħħar żewġ linji għandhom ikunu ssostitwiti b'li ġej:

    ""

    aa

    "

    H

    "

    bb

    "

    H

    Indiċi għal tibdiliet dwar l-użu ta' l-elementi tad-data ddifiniti għall-istruttura mogħtija bil-byte għolja, "00h" għal din il-versjoni."

    4. fl-Appendiċi 1, fl-aħħar tal-paragrafu 2.67, in-nota li ġejja f'qiegħ il-paġna għandha tiżdied:"Nota f'qiegħ il-paġna: Lista aġġornata ta' kodiċijiet li jidentifikaw il-manifatturi għandha tkun disponibbli fuq il-website ta' l-Awtorita Ewropea ta' Ċertifikazzjoni."

    5. fl-Appendiċi 2, il-paragrafu 3.6.3, ir-rekwiżit TCS_333, il-ħames inċiż, il-formola "(Offset + Le < EF qies)" għandha tkun issostitwita bi "(Offset + Lc < EF qies)";

    6. fl-Appendiċi 2, il-paragrafu 3.6.7, ir-rekwiżit TCS_348, it-tielet kolonna, il-valur "Ceh" għandu jkun issostitwit bi "C2h";

    7. fl-Appendiċi 7, il-paragrafu 2.2.2, fir-raba' linja tat-tmien kolonna d-data ""8F""EA"" għandha tkun issostitwita bi ""EA""8F"";

    8. fl-Appendiċi 7, il-paragrafu 2.2.2.2, ir-rekwiżit DDP_006, ir-referenza għal ""8F""EA"" għandha tkun issostitwita bi ""EA""8F"";

    9. fl-Appendiċi 7, il-paragrafu 2.2.6.5, ir-rekwiżit DDP_033, it-Tul (Bytes) "(164)" għandu jkun issostitwit bi "(167)";

    10. fl-Appendiċi 8, il-paragrafu 8.2, ir-rekwiżit CPR_075:

    a) fl-intestatura tat-tabella 40 ir-referenza "rekord-Identifikur tad-Data valur # F00B" għandha tkun issostitwita bi "rekord-Identifikatur tad-Data valur # F90B";

    b) fit-tielet kolonna tat-tabella 40 (Ambitu ta' opera) ir-referenza għal"-59 sa 59 min" għandha tkun issostitwita bi "-59 sa + 59 min";

    11. fl-Appendiċi 8, il-paragrafu 8.2, ir-rekwiżit CPR_076, fl-intestatura tat-tabella 41 ir-referenza "rekord Identifikatur tad-Data valur # F022" għandha tkun issostitwita bi "rekord Identifikatu tad-Data valur # F922";

    12. fl-Appendiċi 8, il-paragrafu 8.2, ir-rekwiżit CPR_078, fl-intestatura tat-tabella 42 ir-referenza "rekord Identifikatur tad-Data valur # F07E" għandha tkun issostitwita bi "rekord Identifikatur tad-Data valur # F97E";

    13. fl-Appendiċi 10, il-paragrafu 4.2, il-kelmiet "u karta tal-kumpanija" għandha tkun inserita wara l-kelmiet "karta ta' kontroll";

    14. fl-Appendiċi 10, il-paragrafu 4.2.3, il-kelmiet "L-assenjamenti li ġejjin" għandhom ikunu ssostitwiti bi "Addizzjonalment l-assejnamenti li ġejjin";

    15. fl-Appendiċi 10, il-paragrafu 4.3.2, il-kelmiet "GENERAL_READ: Id-data ta' l-utent tista' tinqara mit-TOE minn kull utent, ħlief data ta' identifikazzjoni tal-possessur tal-karta li tista' tinqara mill-karti ta' kontroll mill-VEHICLE_UNIT biss." Għandhom ikunu ssostitwiti bi "GENERAL_READ: Id-data ta' l-utent tista' tinqara mit-TOE minn kull utent, ħlief data ta' identifikazzjoni tal-possessur tal-karta li tista' tinqara mill-karti ta' kontroll u karti tal-kumpanija bi VEHICLE_UNIT biss.";

    16. fl-Appendiċi 11, il-paragrafu 2.2.1, ir-rekwiżit CSM_003, il-kelmiet "Esponent pubbliku, e, għal kalkulazzjonijiet RSA għandu jkun differenti minn 2 innallgeneratedRSAkeys." Għandhom ikunu ssositwiti bi "Esponent pubbliku, e, għal kalkulazzjonijiet RSA huwa integer bejn 3 u n-1 satisfyinggcd(e, lcm(p-1, q-1))=1.";

    17. fl-Appendiċi 11, il-paragrafu 3.3.1, ir-rekwiżit CSM_017, nota 5, 5.1, it-tieni tabella, fit-tieni kolonna il-kelmiet "ikkodifikar BCD" għandhom ikunu ssostitwiti bi "Integer";

    18. fl-Appendiċi 11, 3.3.2, ir-rekwiżit CSM_018, il-kelmiet "ħlief għall-Anness A.4 tiegħu," għandhom ikunu inseriti wara l-kelmiet "skond ISO/IEC 9796-2,";

    19. fl-Appendiċi 11, il-paragrafu 4, ir-rekwiżit CSM_020, fuq in-naħa tax-xellug tat-tieni dijagramma, fl-għaxar kaxxa, il-kelma "firma" għandha tkun issostitwita bi "firma*".

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' Marzu 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Loyola De Palacio

    Viċi-President

    [1] ĠU L 370, tal-31.12.1985, p. 8.

    [2] ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top