Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1217

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1217/2002 tal-5 ta’ Lulju 2002 li jirrikjedi li l-importaturi u l-manifatturi ta’ ċerti sustanzi Einecs jagħtu ċerta informazzjoni u jwettqu ċerti testijiet skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93

ĠU L 177, 6.7.2002, pp. 6–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1217/oj

32002R1217



Official Journal L 177 , 06/07/2002 P. 0006 - 0008


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1217/2002

tal-5 ta’ Lulju 2002

li jirrikjedi li l-importaturi u l-manifatturi ta’ ċerti sustanzi Einecs jagħtu ċerta informazzjoni u jwettqu ċerti testijiet skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar l-evalwazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tiegħu,

Billi:

(1) Numru ta’ Stati Membri għarrfu lill-Kummissjoni b’raġunijiet validi għalfejn wieħed għandu jemmen li ċerti sustanzi fl-Inventarju Ewropew ta’ Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti (Einecs) [2] jistgħu, minħabba l-grad ta’ espożizzjoni nvoluta fil-produzzjoni jew l-użu tagħhom, jippreżentaw riskju serju għall-bnedmin jew għall-ambjent.

(2) Il-manifatturi u l-importaturi nvoluti għandhom għalhekk ikunu meħtieġa jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li jkollhom fil-pussess tagħhom dwar dawk is-sustanzi.

(3) Il-manifatturi u l-importaturi nvoluti għandhom ikunu meħtieġa wkoll li jittestjaw is-sustanzi in kwestjoni, li jagħmlu rapport dwar dawk it-testijiet u li jibagħtu dawn ir-rapporti, flimkien mar-riżultati tat-testijiet, lill-Kummissjoni, bla ħsara għall-possibiltà provduta mill-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 li, meta sustanza tkun prodotta jew importata kif inhi jew fi preparazzjoni minn diversi manufatturi jew importaturi, jistgħu jsiru testijiet ulterjuri minn manifattur jew importatur wieħed jew iżjed li jaġixxi f’isem l-oħrajn.

(4) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-manifatturi u l-importaturi ta’ waħda jew iżjed mis-sustanzi Einecs elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom:

(a) jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni speċifikata fl-Anness sa mhux aktar tard mit-termini ta’ skadenza stabbiliti fih;

(b) iwettqu, fir-rigward ta’ kull sustanza, it-testijiet indikati fl-Anness skond il-protokolli speċifikati fih;

(ċ) jipprovdu lill-Kummissjoni b’rapport dwar kull test, inklużi r-riżultati tiegħu, sa mhux aktar tard mit-termini ta’ skadenza stabbiliti fl-Anness.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjail tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Lulju 2002.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 84, tal-5.4.1993, p.1.

[2] ĠU C 146 A, tal-15.6.1990, p.1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Il-ħtiġiet ta’ prova/informazzjoni msemmija f’dan l-Anness għandhom ikunu indirizzati lil:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Ambjent

Direttorat C - Unità C.3 – Kimiċi

B-1049 Brussel

| Nru Einecs | Nru SAK | Isem is-sostanza | Raġuni(jiet) għat-tħassib | Ħtiġiet ta’ prova/informazzjoni | Xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament |

1 | 203-988-3 | 112-59-4 | Etere Dietilen gliċol monoieiil | Esposizzjoni umana matul il-produzzjoni u l-użu Użu dispersiv fil-kisi, linek għall-istampar u applikazzjonijiet għat-tindif. In-nuqqas ta’ disponibbilità ta’ studji fuq effetti fuq l-iżvilupp u l-fertilità tas-sostanza jqanqal tħassib minħabba r-reprotossiċità osservata fl-istudji fuq ir-rodituri u dawk li m’humiex b’xi derivati ta’ l-ester glikol etilin | Studju fuq il-Fertilità (KE B.34 / OECD TG 415 jew OECD TG 416) | 18 |

2 | 263-090-2 | 61789-80-8 | Ammonju kwartenarju komposti, bis(idroġenat alkil tat-tallow(xaħam) dimetili, kloruri | Żieda sinifikanti fil-volumi tal-konsum tas-sostanza li toħloq riskju potenzali għall-ambjent | Rapporti annwali mill-industrija tal-produzzjoni totali u volumi ta’ użu tas-sostanza (perjodu 2000-2002) | 6 ( volumi sena 2000) 18 (volumi sena 2001) 24 (volumi sena 2002) |

3 | 203-481-7 | 107-31-3 | Format metili | Kimika prodotta f’volum għoli l-esposizzjoni għall-inalazzjoni akuta ta’ annimali sperimentali għas-sostanza rriżultat f’irritazzjoni fl-għajnejn u l-apparat respiratorju Inċertezza u impossibbilità li tkun stabbilita xjentifikament OEL (SCOEL) minħabba nuqqas ta’ data Nuqqas ta’ data fuq l-esposizzjoni fit-tul biex ikun stabbilit il-livell sigur ta’ esposizzjoni | Studju fuq l-Inalazzjoni subkronika ta’ Tossiċità studju dwar doża ripetuta ta’ 90-jum (KE B.29/OECD TG 413) | 18 |

4 | 200-864-0 | 75-35-4 | 1,1-dikloroetan | Kimika prodotta f’volum għoli Is-sistema nervuża tkun disfunzjonali meta jkun hemm esposizzjoni fit-tul anqas sew il-Limiti ta’ Esposizzjoni Okkupazzjonali attwali (OELs) | Studju fuq l-Inalazzjoni subkronika ta’ Tossiċità studju dwar doża ripetuta ta’ 90-jum (perjodu ta’ irkupru ta’ 4-6 ġimgħat) b’parametri newroloġiċi speċjali (KE B.29/OECD TG 413 u OECD TG 424). Il-patoloġija ġenerali tista’ titwarrab jekk din l-informazzjoni hija disponibbli fi studji oħra. | 18 |

Paramentri speċjali newroloġiċi: Valutazzjoni ta’ osservanza funzjonali ta’ grupp u attività motorjaValutazzjoni tal-prestazzjoni fl-aġir (eż. prestazzjoni f’diskriminazzjoni viżiva);Valutazzjoni ta’ funzjonijiet konjittivi (eż. alternazzjoni mtawwla, labirint ta’ l-ilma ta’ Morris) |

L-informazzjoni rilevanti kollha u rapporti sħaħ ta’ l-istudju meħtieġa għall-valutazzjoni tal-potenzal ta’ riskju tas-sostanza |

5 | 211-309-7 | 637-92-3 | 2-etossi-2-metilpropan | Sustanza b’data fqar Potenzal li jikber għall-użu wiesa’ dispsersiv tas-sostanza minħabba l-użu potenzali tagħha bħala sostitut għall-MTBE jista’ jkun hemm effetti ħżiena wara esposizzjoni fit-tul | Informazzjoni fuq il-produzzjoni ta’ kull sena u volumi ta’ importazzjoni Tossiċità Akuta għad-Dafnija (KE C.2/OECD TG 202 Prova ta’ l-inibizzjoni tat-tkabbir ta’ l-Algi (KE C.3/OECD TG 201) Studju fuq it-Tossiċità ta’ l-Iżvilupp (OECD TG 414) L-informazzjoni kollha rilevanti u rapporti sħaħ meħtieġa għall-valutazzjoni tal-potenzal ta’ perikolu tas-sostanza | 18 |

Studju tal-Fertilità (OECD TG 416) | 24 |

--------------------------------------------------

Top