Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R2580

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

    ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70–75 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 13/09/2024

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2580/oj

    32001R2580



    Official Journal L 344 , 28/12/2001 P. 0070 - 0075


    Ir-Regolament tal-kunsill (KE) Nru 2580/2001

    tas-27 ta’ Diċembru 2001

    dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikoli 60, 301 u 308 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex jiġi miġġieled it-terroriżmu [1], adottata mill-Kunsill fis-27 ta’ Diċembru 2001,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

    Billi:

    (1) Fil-laqgħa straordinarja tiegħu fil-21 ta’ Settembru 2001, il-Kunsill Ewropew iddikjara li t-terroriżmu huwa sfida reali għad-dinja u għall-Ewropa u li l-ġlieda kontra t-terroriżmu se tkun għan prijoritarju ta’ l-Unjoni Ewropea.

    (2) Il-Kunsill Ewropew iddikjara li, li jiġi miġġieled l-iffinanzjar tat-terroriżmu huwa aspett deċisiv tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u sejjaħ lill-Kunsill biex jieħu l-miżuri neċessarji biex jiġġieled kull forma ta’ ffinanzjar għal attivitajiet terroristiċi.

    (3) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu 1373(2001), il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda fit-28 ta’ Settembru 2001 li l-Istati kollha għandhom jimplimentaw friża tal-fondi u ta’ assi finanzjarji jew risorsi ekonomiċi oħra kontra persuni li jikkommettu, jew jippruvaw jikkommettu, atti terroristiċi jew li jipparteċipaw fi jew jiffaċilitaw it-twettiq ta’ atti ta’ din ix-xorta.

    (4) Minbarra dan, il-Kunsill tas-Sigurtà ddeċieda li miżuri għandhom jittieħdu biex jiġi pprojbit li fondi u assi finanzjarji jew risorsi ekonomiċi oħra jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew għall-benefiċċju ta’ persuni bħal dawn, u biex jipprojbixxu li servizzi finanzjarji jew servizzi oħra relatati jingħataw għall-benefiċċju ta’ persuni bħal dawn.

    (5) Azzjoni mill-Komunità hija neċessarja sabiex jiġu implimentati l-aspetti tal-PESK tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

    (6) Dan ir-Regolament huwa miżura meħtieġa fuq livell Komunitarju u komplimentarju għal proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji dwar organizzazzjonijiet terroristiċi fl-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi.

    (7) Territorju Komunitarju huwa miftiehem li jikkomprendi, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, it-territorji kollha ta’ l-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat.

    (8) Bl-għan li jkunu protetti l-interessi tal-Komunità, ċerti eċċezzjonijiet jistgħu jingħataw.

    (9) Għal dak li għandu x’jaqsam mal-proċedura biex tkun stabbilita u emendata l-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament, il-Kunsill għandu jeserċita huwa nnifsu l-poteri korrispondenti ta’ implimentazzjoni fid-dawl tal-mezzi speċifici disponibbli lill-membri tiegħu għal dak il-għan.

    (10) L-evitar minn dan ir-Regolament m’għandux jitħalla permezz ta’ sistema adegwata ta’ informazzjoni u, fejn approprjat, permezz ta’ miżuri ta’ rimedju, inkluż leġislazzjoni Komunitarja addizzjonali.

    (11) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom, fejn neċessarju, jingħataw il-poter li jiżguraw l-osservanza tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

    (12) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għal ksur tad-disposizzjonijet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li jkunu implimentati. Dawk is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    (13) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u dwar informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar dan ir-Regolament.

    (14) Il-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament tista’ tinkludi l-persuni u l-entitajiet marbutin jew relatati ma’ pajjiżi terzi kif ukoll dawk li b’xi mod ieħor huma fiċ-ċentru ta’ l-aspetti tal-PESK tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Għall-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament dwar dawn ta’ l-aħħar, it-Trattat ma jagħtix poteri ħlief dawk taħt l-Artikolu 308.

    (15) Il-Komunità Ewropea diġà implimentat UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) billi adottat ir-Regolament (KE) Nru 467/2001 [3] li jiffriża l-assi ta’ ċerti persuni u gruppi u għaldaqstant dawk il-persuni u gruppi mhumiex koperti minn dan ir-Regolament,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

    1. "Fondi, assi finanzjarji u risorsi ekonomiċi oħra" tfisser assi ta’ kull xorta, sew tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, akkwistati kif akkwistati, u dokumenti jew strumenti legali f’kull forma, inklużi elettroniċi jew diġitali, li jixhdu titolu għal, jew interess fi, assi ta’ din ix-xorta, inklużi, imma mhux limitati għal, krediti ta’ banek, travellers’ cheques, ċekkijiet tal-banek, money orders, azzjonijiet, sigurtajiet, bonds, drafts u ittri ta’ kreditu.

    2. "L-iffriżar ta’ fondi, assi finanzjarji u risorsi ekonomiċi oħra" tfisser li ma jitħalliex kull moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta’ jew innegozjar f’fondi f’kull mod li jirriżulta f’xi bidla fil-volum, ammont, lok, proprjetà, pussess, karattru, jew destinazzjoni tagħhom jew bidla oħra li jagħmilha possibbli li l-fondi jiġu użati, inkluż l-amministrazzjoni ta’ portafoll.

    3. "Servizzi finanzjarji" tfisser kull servizz ta’ natura finanzjarja, inklużi s-servizzi kollha ta’ l-assigurazzjoni u dawk relatati ma’ l-assigurazzjoni, u s-servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni) kif ġej:

    Is-servizzi ta’ l-assigurazzjoni u dawk relatati ma’ l-assigurazzjoni

    (i) Assigurazzjoni diretta (inkluża l-ko-assigurazzjoni):

    (A) assigurazzjoni fuq il-ħajja;

    (B) mhux fuq il-ħajja;

    (ii) Assigurazzjoni mill-ġdid u retroċessjoni;

    (iii) Intermedjazzjoni għall-assigurazzjoni, bħas-senserija u l-mandat;

    (iv) Is-servizzi awżiljarji għall-assigurazzjoni, bħall-konsulenza, l-attwarju, u servizzi ta’ stima tar-riskju u ta’ ftehim fuq claims.

    Servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni)

    (v) Aċċettazzjoni ta’ depożiti u fondi li jerġgħu jitħallsu oħra;

    (vi) Self ta’ kull tip, inkluż kreditu lill-konsumatur, kreditu ipotekarju, bejgħ ta’ dejn u ffinanzjar ta’ transazzjonijiet kummerċjali;

    (vii) Kera finanzjarja;

    (viii) Is-servizzi kollha ta’ trasmissjoni ta’ ħlas u ta’ flus, inkluż il-kreditu, karti ta’ ħlas u ta’ debitu, travellers’ cheques u drafts tal-bankarji;

    (ix) Garanziji u impenji;

    (x) Innegozjar għalih innifsu jew għal klijenti, kemm jekk fuq tpartit, ġewwa suq bil-miftuħ jew b’mod ieħor, dawn li ġejjin:

    (A) Strumenti ta’ flus tas-suq (inklużi ċekkijiet, karti tal-flus, ċertifikati ta’ depożitu);

    (B) kambju barrani;

    (Ċ) Prodotti derivattivi inklużi, imma mhux limitati għal, futures u options;

    (D) strumenti ta’ rati tal-kambju u ta’ l-imgħax, inklużi prodotti bħat-tpartit u l-ftehim dwar forward rate;

    (E) titoli trasferibbli;

    (F) strumenti negozzjabbli oħra u assi finanzjarji, inkluż is-suq tad-deheb;

    (xi) Parteċipazzjoni fil-ħruġ ta’ kull tip ta’ titoli, inkluż underwriting u tqegħid bħala aġent (kemm jekk pubblikament jew privatament) u l-forniment ta’ servizzi relatati ma’ ħruġ ta’ din ix-xorta;

    (xii) Senserija tal-flus;

    (xiii) Amministrazzjoni ta’ l-assi, bħall-amministrazzjoni ta’ flus kontanti jew ta’ portafoll, il-forom kollha ta’ amministrazzjoni ta’ investiment kollettiv, amministrazzjoni ta’ fondi għall-pensjoni, servizzi ta’ kustodja, depositarji u ta’ trust;

    (xiv) Servizzi ta’ konklużjoni u ta’ clearing għal assi finanzjarji, inklużi titoli, prodotti derivattivi, u strumenti oħra negozzjabbli;

    (xv) Il-fornizzjoni u t-trasferiment ta’ informazzjoni finanzjarja, u l-ipproċessar ta’ data finanzjarja u software relatat minn fornituri ta’ servizzi finanzjarji oħra;

    (xvi) Servizzi ta’ konsulenza, intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljarji oħra dwar l-attivitajiet kollha mniżżla minn (v) sa (xv), inklużi referenzi u analiżi ta’ kreditu, investiment u riċerka u pariri dwar portafolli, pariri fuq akkwisti u fuq strateġija u ristrutturazzjoni korporattiva.

    4. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjoni ta’ "att terroristiku" għandha tkun dik li tinsab fl-Artikolu 1(3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

    5. "Proprjetà ta’ persuna, grupp jew entità legali" tfisser li tkun fil-pussess ta’ 50 % jew iktar tad-drittijiet proprjetarji ta’ persuna, grupp jew entità legali, jew li jkollok interess maġġoritarju fihom.

    6. "Kontroll ta’ persuna, grupp jew entità legali" tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

    (a) li wieħed ikollu d-dritt li jaħtar jew ineħħi maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv ta’ tmexxija jew ta’ sorveljanza ta’ l-istess persuna, grupp jew entità legali;

    (b) li wieħed ikun ħatar biss bħala riżultat tad-drittijiet tiegħu tal-vot, maġġoranza tal-membri tal-korpi amministrattivi, ta’ tmexxija jew ta’ sorveljanza ta’ persuna, grupp jew entità legali li kellu kariga matual s-sena finanzjarja preżenti u dik ta’ qabel;

    (ċ) li wieħed jikkontrolla waħdu, skond ftehim ma’ azzjonisti oħra fi jew membri ta’ persuna, grupp jew entità legali, maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta’ l-azzjonisti jew tal-membri f’dik il-persuna, grupp jew entità legali;

    (d) li wieħed ikollu d-dritt li jeżerċita influenza dominanti fuq il-peruna legali, grupp jew entità, skond ftehim li jkun daħal fih ma’ dik il-persuna, grupp jew entità legali, jew skond dispożizzjoni fil-Memorandum jew fl-Artikoli ta’ l-Assoċjazzjoni tagħha, fejn il-liġi li tirregola dik il-persuna, grupp jew entità legali tippermetti li tkun soġġetta għal ftehim jew dispożizzjoni ta’ dik ix-xorta;

    (e) li wieħed ikollu l-poter li jeżerċita d-dritt li jeżerċita influenza dominanti msemmija fil-punt (d), mingħajr ma jkun id-detentur ta’ dak id-dritt;

    (f) li wieħed ikollu d-dritt li juża l-assi kollha jew parti minnhom ta’ persuna, grupp jew entità legali;

    (g) li wieħed jamministra n-negozju ta’ persuna, grupp jew entità legali fuq bażi unitarja, filwaqt li jippubblika kontijiet konsolidati;

    (h) li jidħol għar-responsabbiltajiet tal-persuna, grupp jew entità legali in solidum jew jiggarantihom.

    Artikolu 2

    1. Ħlief kif permess taħt l-Artikoli 5 u 6:

    (a) Il-fondi, assi finanzjarji oħra u riżorsi ekonomiċi kollha, li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta’jew miżmuma minn, persuna naturali jew legali, grupp jew entità inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu ffriżati;

    (b) L-ebda fondi, assi finanzjarji oħra u risorsi ekonomiċi m’għandhom jiġu magħmula disponibbli, direttament jew indirettament, lil, jew għall-benefiċċju ta’, persuna naturali jew legali, grupp jew entità inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 3.

    2. Ħlief kif permess taħt l-Artikoli 5 u 6, għandu jkun projbit li tipprovdi servizzi finanzjarji lil, jew għall-benefiċċju ta’, persuna naturali jew legali, grupp jew entità inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 3.

    3. Il-Kunsill, jaġixxi b’unanimità, għandu jistabbilixxi, jirrevedi u jemenda l-lista ta’ persuni, gruppi jew entitajiet li għalihom japplika dan ir-Regolament, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(4), (5) u (6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK; din il-lista għandha tinkludi:

    (i) persuni naturali li jikkommettu, jew jippruvaw jikkommettu, jipparteċipaw fi jew jiffaċilitaw l-għamil ta’ xi att ta’ terroriżmu;

    (ii) persuni legali, gruppi jew entitajiet li jikkommettu, jew jippruvaw jikkommettu, jipparteċipaw fi jew jiffaċilitaw l-għamil ta’ xi att ta’ terroriżmu;

    (iii) persuni legali, gruppi jew entitajiet li huma ta’ jew kontrollati minn persuna naturali jew legali, grupp jew entità waħda jew iktar imsemmija fil-punti (i) u (ii); jew

    (iv) persuni naturali legali, gruppi jew entitajiet li jaġixxu fl-interess ta’ jew fuq id-direzzjoni ta’ persuna naturali jew legali, grupp jew entità waħda jew iktar imsemmija fil-punti (i) u (ii).

    Artikolu 3

    1. Il-parteċipazzjoni, b’mod konxju u intenzjonalment, f’attivitajiet, li l-oġġett jew effett tagħhom hu, direttament jew indirettament, li taħrab mill-Artikolu 2 għandhom ikunu projbiti.

    2. Kull informazzjoni li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament qed ikunu, jew kienu, maħruba minnhom għandha tkun notifikata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri mniżżla fl-Anness u lill-Kummissjoni.

    Artikolu 4

    1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rapurtar, kunfidenzalità u segretezza professjonali u għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 284 tat-Trattat, banek, istituzzjonijiet finanzjarji oħra, kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni, u entitajiet u persuni oħra għandhom:

    - jipprovdu immedjatament kull informazzjoni li tkun se tifffaċilita l-osservanza ta’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skond l-Artikolu 2 u transazzjonijiet esegwiti skond l-Artikoli 5 u 6:

    - lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri elenkati fl-Anness fejn huma residenti jew qiegħdin, u

    - permezz ta’ dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni,

    - jikkooperaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness f’kull verifikazzjoni ta’ din l-informazzjoni.

    2. Kull informazzjoni provduta jew riċevuta skond dan l-Artikolu għandha tkun użata biss għall-għanijiet li għaliha kienet provduta jew riċevuta.

    3. Kull informazzjoni direttamenmt riċevuta mill-Kummissjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati u tal-Kunsill.

    Artikolu 5

    1. L-Artikolu 2(1)(b) m’għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’ imgħax dovut fuq dawn il-kontijiet. Dan l-imgħax għandu jkun iffriżat ukoll.

    2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri elenkati fl-Anness jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet speċifiċi, taħt dawk il-kondizzjonijiet li jikkunsidraw xierqa, sabiex ma jitħalliex l-iffinanzjar ta’ atti ta’ terroriżmu, għal

    1. l-użu ta’ fondi ffriżati għall-bżonnijiet umani essenzali ta’ persuna naturali inkluża fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) jew membru tal-familja tiegħu, inkluż b’mod partikolari ħlas għal ikel, mediċini, il-kera jew pagament għar-residenza familjari u tariffi jew ħlasijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ trattament mediku ta’ membri ta’ dik il-familja, li għandhom jitwettqu ġewwa l-Komunità;

    2. pagamenti minn kontijiet iffriżat għall-għanijiet li ġejjin:

    (a) pagamenti ta’ taxxi, premiums ta’ l-assigurazzjoni obbligatorji u tariffi għal servizzi ta’ utilità pubblika bħall-gass, l-ilma, l-elettriku u telekomunikazzjonijiet li għandhom jitħallsu fil-Komunità; u

    (b) pagamenti ta’ ħlasijiet dovuti lil istituzzjoni finanzjarja fil-Komunità għall-manteniment ta’ kontijiet;

    3. pagamenti lil persuna, entità jew grupp inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(3), dovuti taħt kuntratti, ftehim jew obbligazzjonijiet li kienu konklużi jew li qamu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament iżda li dawk il-pagamenti jsiru lil kont iffriżat ġewwa l-Komunità.

    3. Talbiet għal awtorizzazzjonijiet għandhom isiru lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-fondi, l-assi finanzjarji oħra jew risorsi ekonomiċi oħra ġew iffriżati.

    Artikolu 6

    1. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2 u sabiex jiġu protetti l-interessi tal-Komunità, li jinkludu l-interessi taċ-ċittadini u r-residenti tagħha, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet speċifiċi:

    - biex fondi, assi finanzjarji oħra jew risorsi ekonomiċi oħra ma jibqgħux iffriżati,

    - biex jitqiegħdu fondi, assi finanzjarji oħra jew risorsi ekonomiċi oħra għad-dispożizzjoni ta’ persuna, entità jew enti inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(3), jew

    - biex jingħataw servizzi finanzjarji lil dik il-persuna, entità jew enti,

    wara konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri, il-Kunsill u l-Kummissjoni skond il-paragrafu 2.

    2. Awtorità kompetenti li tirċievi talba għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu1 għandha tinnotifika l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif elenkat fl-Anness, bil-bażijiet li fuqhom għandha l-intenzjoni li jew tiċħad it-talba jew li tagħti awtorizzazzjoni speċifika, u tinformahom bil-kondizzjonijiet li hi tqis neċessarji sabiex ma jitħalliex l-iffinanzjar ta’ atti ta’ terroriżmu.

    L-awtorità kompetenti li għandha l-intenzjoni li tagħti awtorizzazzjoni speċifika għandha tagħti l-konsiderazzjoni dovuta ta’ kummenti magħmula fi żmien ġimgħatejn mill-Istati Membri l-oħra, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

    Artikolu 7

    Il-Kummissjoni għandha tingħata l-poter, fuq il-bażi ta’ informazzjoni provduta mill-Istati Membri, li temenda l-Anness.

    Artikolu 8

    L-Istati Membri, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u jfornu lil xulxin bl-informazzjoni rilevanti fid-dispożizzjoni tagħhom f’konnessjoni ma’ dan ir-Regolament, notevolment informazzjoni riċevuta skond l-Artikoli 3 u 4, u għal dak li għandu x’jaqsam ma’ problemi ta’ vjolazzjoni u infurzar jew ġudizzji mgħotija minn qrati nazzjonali.

    Artikolu 9

    Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi s-sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti meta d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jinkisru. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, u dissważivi.

    Artikolu 10

    Dan ir-Regolament għandu japplika:

    1. ġewwa t-territorju tal-Komunità, inkluż l-ispazju ta’ l-ajru tagħha,

    2. fuq xi inġenji ta’ l-ajru jew xi bastimenti taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru,

    3. lil kull persuna f’kull post ieħor li hu ċittadin ta’ Stat Membru,

    4. lil kull persuna, grupp jew entità legali inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru,

    5. lil kull persuna, grupp jew entità legali li tagħmel kummerċ ġewwa l-Komunità.

    Artikolu 11

    1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    2. Fi żmien perjodu ta’ sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-impatt ta’ dan ir-Regolament u, jekk neċessarju, tagħmel proposti biex jiġi emendat.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fis-27 ta’ Diċembru 2001.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. Michel

    [1] Ara paġna 93 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [2] Opinjoni mogħtija fit-13 ta’ Diċembru 2001 (għandha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 67, tad-9.3.2001, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    LISTA TA’ AWTORITAJIET KOMPETENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 3, 4 U 5

    IL-BELĠJU

    Ministère des finances

    Trésorerie

    avenue des Arts 30

    B - 1040 Bruxelles Fax (32-2) 233 75 18

    ID-DANIMARKA

    Erhvervsfremmestyrelsen

    Dahlerups Pakhus

    Langelinie Alle 17

    DK - 2100 København Ø

    Tel. (45) 35 46 60 00

    Fax (45) 35 46 60 01

    IL-ĠERMANJA

    - dwar l-iffriżar ta’ fondi:

    Deutsche Bundesbank

    Wilhelm Eppsteinstr. 14

    D - 60431 Frankfurt/Main

    Tel. (00-49-69) 95 66

    - dwar l-assigurazzjonijiet:

    Bundesaufsichtsamt für das Versicherungswesen (BAV)

    Graurheindorfer Str. 108

    D - 53117 Bonn

    Tel. (00-49-228) 42 28

    IL-GREĊJA

    Ministry of National Economy

    General Directorate of Economic Policy

    5 Nikis str.

    GR - 105 63 Athens

    Tel. (00-30-1) 333 27 81-2

    Fax (00-30-1) 333 27 93

    Υπουργείο Εζνικήs Οικονομίαs

    Γενική Διεύξυνση Οικονομικήs Πολιτικήs

    Νίκηs 5, 10562 ΑΘΗΝΑ

    Τηλ: (00-30-1) 333 27 81-2

    Φαξ: (00-30-1) 333 27 93

    SPANJA

    Dirección General de Comercio e Inversiones

    Subdirección General de Inversiores Exteriores

    Ministerio de Economía

    Paseo de la Castellana, 162

    E - 28046 Madrid

    Tel. (00-34) 91349 39 83

    Fax (00-34) 91349 35 62

    Dirección General del Tesoro y Política

    Subdirección General de Inspección y Control de Movimientos de Capitales

    Ministerio de Economía

    Paseo del Prado, 6

    E - 28014 Madrid

    Tel. (00-34) 91209 95 11

    Fax (00-34) 91209 96 56

    FRANZA

    Ministère de l’économie, des finances et de l’industrie

    Direction du Trésor

    Service des affaires européennes et internationales

    Sous-direction E

    139, rue du Bercy

    F - 75572 Paris Cedex 12

    Tel. (33-1) 44 87 17 17

    Fax (33-1) 53 18 36 15

    L-IRLANDA

    Central Bank of Ireland

    Financial Markets Departament

    PO Box 559

    Dame Street Dublin 2

    Tel. (353-1) 671 66 66

    Department of Foreign Affairs

    Bilateral Economic Relations Division

    76-78 Harcourt Street

    Dublin 2

    Tel. (353-1) 408 24 92

    L-ITALJA

    Ministero dell’Economia e delle Finanze

    IL-LUSSEMBURGU

    Ministère des affaires étrangères, du commerce extérieur, de la coopération, de l’action humanitaire et de la défense

    Direction des relations économiques internationales

    BP 1602

    L - 1016 Lussemburgu

    Tel. (352) 478-1 ou 478-2350

    Fax (352) 22 20 48

    Ministère des Finances

    3 rue de la Congrégation

    L - 1352 Lussemburgu

    Tel. (352) 478-2712

    Fax (352) 47 52 41

    L-OLANDA

    Ministerie van Directie Wetgeving, Juridische en Bestuurlijke Zaken Den Haag

    Postbus 20201

    2500 EE Den Haag

    Nederland

    Tel. (31-70) 342 82 27

    Fax (31-70) 342 79 05

    L-AWSTRIJA

    - l-Artikolu 3

    Bundesministerium für Inneres - Bundeskriminalamt

    A - 1090 Wien

    Josef-Holaubek-Platz 1

    Tel. (+ 431) 313 45-0

    Fax (431) 313 45-85290

    - l-Artikolu 4

    Oestereichische Nationalbank

    A - 1090 Wien

    Otto-Wagner-Platz 3

    Tel. +431) 404 20-0

    Fax (431) 404 20-73 99

    Bundesministerium für Inneres - Bundeskriminalamt

    A - 1090 Wien

    Josef-Holaubek-Platz 1

    Tel. (+ 431) 313 45-0

    Fax (431) 313 45-85290

    - l-Artikolu 5

    Oestereichische Nationalbank

    A - 1090 Wien

    Otto-Wagner-Platz 3

    Tel. + 431) 404 20-0

    Fax (431) 404 20-73 99

    IL-PORTUGALL

    Ministério das Financas

    Direcção Geral dos Assuntos Europeus e Relações Internacionais

    Avenida Infante D. Henrique, n.o 1, C 2.o

    P - 1100 Lisboa

    Tel.: (351-1) 882 32 40/47

    Fax (351-1) 882 32 49

    Ministério dos Negócios Estrangeiros

    Direcção Geral dos Assuntos Multilaterias/Direcção dos Servicos das Organizações Políticas Internacionais

    Largo do Rilvas

    P - 1350-179 Lisboa

    Tel.: (351 21) 394 60 72

    Fax (351 21) 394 60 73

    IL-FINLANDJA

    Ulkoasiainministeriö/Utrikesministeriet

    PL 176 SF - 00161 Helsinki

    Tel. (358-9) 13 41 51

    Fax. (358-9) 13 41 57 07 u (358-9) 62 98 40

    L-ISVEZJA

    - l-Artikolu 3

    Rikspolisstyrelsen (RPS)

    Box 12256

    102 26 Stockholm

    tfn 08-401 90 00

    fax 08-401 99 00

    - l-Artikoli 4 u 6

    Finanzinspektionen

    Box 7831

    103 98 Stockholm

    tfn 08-787 80 00

    fax 08-24 13 35

    - l-Artikolu 5

    Riksförsäkringsverket (RFV)

    103 51 Stockholm

    tfn 08-786 90 00

    fax 08-411 27 89

    IR-RENJU UNIT

    HM Treasury

    International Finanaial Services Team

    19 Allington Towers

    London SW1E 5EB

    United Kingdom

    Tel. (44-207) 270 55 50

    Fax (44-207) 270 43 65

    Bank of England

    Financial Sanctions Unit

    Threadneedle Street

    London EC2R 8AH

    United Kingdom

    Tel. (44-207) 601 46 07

    Fax (44-207) 601 43 09

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni

    Direttorat PESK

    Unità A.2/Mr A. de Vries

    Rue de la Loi/Wetstraat 200

    B - 1049 Bruxelles/Brussell

    Tel.: (32-2) 295 68 80

    Fax (32-2) 296 75 63

    E-mail: anthonius-de-vries@cec.eu.int

    --------------------------------------------------

    Top