This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999D0527
1999/527/EC: Commission Decision of 14 July 1999 laying down special conditions governing imports of fishery and aquaculture products originating in Oman (notified under document number C(1999) 2059) (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 1999 li tistipula kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjoni ta’ ħut u prodotti ta’ akwakultura li joriġinaw fl-Oman (notifikata skond id-dokument numru C(1999) 2059)Test b’rilevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 1999 li tistipula kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjoni ta’ ħut u prodotti ta’ akwakultura li joriġinaw fl-Oman (notifikata skond id-dokument numru C(1999) 2059)Test b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 203, 3.8.1999, pp. 63–67
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Imħassar b' 32006R1664
Official Journal L 203 , 03/08/1999 P. 0063 - 0067
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 1999 li tistipula kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjoni ta’ ħut u prodotti ta’ akwakultura li joriġinaw fl-Oman (notifikata skond id-dokument numru C(1999) 2059) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (1999/527/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it- Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 Lulju 1991 li tistipula kundizzjonijiet ta’ saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fuq is-suq ta’ prodotti ta’ ħut [1], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 97/79/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha, (1) Billi tim ta’ esperti tal-Kummissjoni għamel żjara ta’ ispezzjoni fl-Oman biex jivverifika l-kundizzjonijiet li bihom prodotti ta’ ħut huma prodotti, maħzuna u mibgħuta lill-Komunità; (2) Billi d-disposizzjonijiet tal-liġijiet tal-Oman dwar ispezzjoni ta’ saħħa u tħaris ta’ prodotti tas-sajd jistgħu jkunu kunsidrati ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 91/493/KEE; (3) Billi, fl-Oman id-Direttorat Ġenerali tar-Rizorsi ta’ Sajd (DGFR) tal-Ministeru ta’ Agrikoltura u Sajd huwa kapaċi illi jivverifika effettivament l-applikazzjonijiet tal-liġijiet fis-seħħ; (4) Billi l-proċedura sabiex jinkiseb iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 11(4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE għandha tapplika wkoll għad-definizzjoni ta’ ċertifikat mudell, il-ħtiġiet minimi li jirrigwardaw il-lingwa jew lingwi li bihom għandhom ikunu abbozzati u l-kariga tal-persuna li tista tiffirmah; (5) Billi, skond l-artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandu jkun hemm marka fuq il-pakketti fuq prodotti ta’ ħut li jagħtu l-isem tal-pajjiz terz u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment fabbrika, ħażna kiesħa jew bastiment friza ta’ oriġini; (6) Billi, skond l-artikolu 11(4)(ċ) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha ssir lista ta’ stabbilimenti ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni, bastimenti-fabbrika, jew ħazna kiesħa; billi għandha ssir lista ta’ bastimenti-friza reġistrati skond il-provvedimenti tad-Direttiva 92/48/KEE [3]; billi dawn il-listi għandhom isiru fuq bazi ta’ komunikazzjoni minn DGFR lill-Kummissjoni; billi huwa għaldaqstant għad-DGFR biex jiżgura konformità mad-disposizzjonijiet imnizzla għal dak il-fini fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE; (7) Billi id-DGFR ipprovda assigurazzjonijiet uffiċjali dwar konformità mar-regoli stipulati fil-Kapitolu V ta’ l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE, u fir-rigward tat-twettiq tal-ħtiġiet ekwivalenti għal dawk stipulati f’dik id-Direttiva għall-approvazzjoni jew reġistrazzjoni ta’ l-istabbilimenti, bastimenti-fabbrika, mħazen kiesħa, jew bastimenti-friza ta’ oriġini; (8) Billi l-mizuri msemmija f’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Direttorat Ġenerali tar-Rizorsi ta’ Sajd (DGFR) tal-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Sajd għandu tkun l-awtorità kompetenti fl-Oman biex tivverifika u tiċċertifika konformità ta’ prodotti ta’ sajd u akwakultura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE. Artikolu 2 Prodotti ta’ sajd u akwakultura li joriġinaw fl-Oman għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet segwenti. 1. Kull kunsinna għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat orġinali innumerat ta’ saħħa, mimli, iffirmat, idattat u li fih folja waħda skond il-mudell f’L-Anness A. 2. Il-prodotti għandhom jiġu minn stabbilimenti approvati, bastimenti-fabbrika, mħazen ksaħ jew bastimenti-friza reġistrati elenkati f’dan l-Anness B. 3. Hlief fil-kaz ta’ prodotti ta’ ħut iffrizati bil-qabda u ntiżi għall-immanifatturar ta’ ikel priservat, il-pakketti kollha għandhom iġibu l-kelma ‘Oman’ u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment-fabbrika, maħzen kiesaħ jew bastiment-friza ta’ oriġini b’ittri li ma jistgħux jitħassru. Artikolu 3 1. Ċertifikati kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandhom isiru ta’ l-inqas b’lingwa uffiċjali waħda fl-Istat Membru fejn l-ispezzjonijiet isiru. 2. Ċertifikati għandhom iġibu l-isem, kariga u firma tar-rappreżentant tad-DGFR u t-timbru uffiċjali ta’ dan ta’ l-aħħar b’kulur differenti minn dik ta’ firem oħra. Artikolu 4 Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Lulju 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15. [2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31. [3] ĠU L 187, tas-7.7.1992, p. 41. -------------------------------------------------- ANNESS A +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS B LISTA TA’ STABBILIMENTI APPROVATI Numru | Isem | Indirizz | QC92/1 | Oman Fisheries Co Muscat (Ghala) | Ruwi | QC92/10 | Al Arkan Trading Co. Sohar | Sohar | QC92/20 | Annes Trad. Centre LLC Muscat (Darseit) | Muttrah | QC92/33 | Al-Muqalla Trading Est. Sur | Sur | --------------------------------------------------