EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990L0119

Dirrettiva tal-kunsill tal-5 ta’ Marzu 1990 dwar it-tnissil minn razza differenti tal-majjali ta’ l-ifrat

ĠU L 71, 17.3.1990, p. 36–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2018; Imħassar b' 32016R1012

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1990/119/oj

31990L0119



Official Journal L 071 , 17/03/1990 P. 0036 - 0036
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 32 P. 0084
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 32 P. 0084


Dirrettiva tal-kunsill

tal-5 ta’ Marzu 1990

dwar it-tnissil minn razza differenti tal-majjali ta’ l-ifrat

(90/119/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1988 dwar il-livelli żootekniċi applikabbli għall-annimali ta’ l-ifrat tar-razza tal-majjali [1] u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi d-Direttiva 88/661/KEE kienet partikolarment maħsuba biex tilliberalizza gradwalment Il-kummerċ intra-Kommunitarju fil-majjali ta’ l-ifrat ta’ razez differenti; billi, għal dan l-iskop, hija meħtiġa l-armonizzazzjoni addizzjonali fir-rigward ta’ l-aċċettazzjoni ta’ tali annimali, għall-iskopijiet tat-trobbija.

Billi d-disposizzjonijiet li jikkonċernaw l-aċċettazzjoni għall-ifrat li għandu x’jaqsam kemm ma’ l-annimali kif ukoll mas-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom;

Billi, f’dan ir-rigward, huwa maħtieġ biex jiġu evitati disposizzjonijiet nazzjonali għall-aċċettazzjoni għall-iskopijiet ta’ l-ifrat ta’ majjali ta’ l-irfat ta’ razez differenti u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom, illi jikkostitwixxu ostaklu jew jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-kummerċ intra-Komuitarju fil-każ tas-servizz naturali, l-inseminazzjoni artifiċjali u t-teħid ta’ l-ova jew l-embrijuni;

Billi l-majjal ta’ razez differenti kemm femminili kif ukoll maskili, is-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom m’għandhomx ikunu soġġetti għall-projbizzjoni, restrizzjoni jew ostaklu fir-rigward tat-tnissil;

Billi d-disposizzjoni li s-semen, ova u embrijuni jridu jkunu manipulati minn staff approvat uffiċjalment li hu kapaċi jipprovdi li l-garanziji neċessarji għal ksib ta’ dan l-iskop aħħari;

Billi fid-dawl tal-kondizzjonijiet partikolari li jeżistu fil-preżent fi Spanja u fil-Portugal huwa meħtieġ illi jitwaqqaf perjodu itwal għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva f’dawk l-Istati Membri,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, mingħajr preġudizzju għar-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali, m’hemm l-ebda projbizzjoni ta’ jew ostaklu għal:

- l-aċċettazzjoni ta’ majjali femminili ta’ razez differenti għall-ifrat,

- l-aċċettazzjoni ta’ majjali maskili ta’ razez differenti għal servizz naturali,

- l-użu ta’ ova u embrijuni minn majjali femminili ta’ razez differenti ta’ l-ifrat.

- l-użu tas-semen ta’ l-annimali msemmijin fit-tielet inċiż,

- l-aċċettazzjoni, għal testijiet uffiċjali, ta’ majjali ta’ l-ifrat maskili ta’ razez differenti jew l-użu tas-semen ta’ tali majjali f’limiti kwantitattivi għat-testjijiet tas-sorveljanza ta’ l-andament u l-analiżi tal-valur ġenetiku tagħhom li għandhom isiru,

- l-użu ta’ l-ova u l-imbrijuni minn majjali femminili ta’ l-ifrat ta’ razez differenti.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi, bla ħsara għar-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali, għall-marketing, is-semen, l-ova u l-embrijuni jkunu miġbura, trattati u maħżuna minn ċentru approvat uffiċjalment jew persunal approvat uffiċjalment.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ, dawk ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex iħarsu din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 1991. Huma għandhom jinfurmaw mill-ewwel lill-Kummissjoni b’dawn minnufih.

Madanakollu, ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Portugiża għandu jkollhom il-perjodu addizzjonali taż-żmien ta’ sentejn f’liema għandhom iħarsu din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Marzu 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Walsh

[1] ĠU L 382, tal-31.12.1988, pġ. 36.

--------------------------------------------------

Top