(3)
|
l-Annessi għandhom jiġu sostitwiti bi: “
ANNESS I
Standard Komuni dwar ir-Rappurtar Komplementari u d-Diliġenza Dovuta għal informazzjoni ta' kont finanzjarju (‘Standard Komuni ta' Rappurtar’)
TAQSIMA I
OBBLIGI ĠENERALI TA' RAPPURTAR
A.
|
Soġġett għall-paragrafi C sa E, kull Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta lill-Awtorità Kompetenti tal-ġurisdizzjoni tagħha (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) din l-informazzjoni li ġejja f'dak li jirrigwarda kull Kont Rapportabbli ta' tali Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti:
1.
|
l-isem, l-indirizz, il-ġurisdizzjoni(jiet) ta' residenza, in-NIT u d-data u l-post tat-twelid (f'każ ta' individwu) ta' kull Persuna Rapportabbli li tkun Detentur ta' Kont ta' kont u, fil-każ ta' kwalunkwe Entità li tkun Detentur ta' Kont u li, wara l-applikazzjoni tal-proċedura ta' diliġenza dovuta konsistenti mat-Taqsimiet V, VI u VII, tkun identifikata bħala li għandha Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li tkun Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz, il-ġurisdizzjoni(jiet) (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) ta' residenza u n-NIT tal-Entità u l-isem, l-indirizz, il-ġurisdizzjoni(jiet) (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) ta' residenza, in-NIT u d-data u l-post tat-twelid ta' kull Persuna Rapportabbli;
|
2.
|
in-numru tal-kont (jew l-ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta' numru ta' kont);
|
3.
|
l-isem u n-numru ta' identifikazzjoni (jekk ikun hemm) tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;
|
4.
|
il-bilanċ jew il-valur tal-kont (inkluż, fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju, il-Valur fi Flus jew il-valur ta' ċessjoni) fl-aħħar tas-sena kalendarja rilevanti jew ta' perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor jew, jekk il-kont ikun ingħalaq matul tali sena jew perjodu, meta jkun ingħalaq il-kont;
|
5.
|
fil-każ ta' kwalunkwe Kont ta' Kustodja:
(a)
|
l-ammont gross totali ta' interessi, l-ammont gross totali ta' dividendi, u l-ammont gross totali ta' dħul ieħor iġġenerat fir-rigward tal-assi miżmuma fil-kont, f'kull każ imħallas jew ikkreditat lill-kont (jew fir-rigward tal-kont) matul is-sena kalendarja jew perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor; u
|
(b)
|
ir-rikavat gross totali mill-bejgħ jew mill-amortizzazzjoni ta' Assi Finanzjarji mħallas jew ikkreditat lill-kont matul is-sena kalendarja jew il-perjodu ta' rapportar xieraq ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti aġixxiet bħala kustodju, intermedjarju, persuna nominata, jew inkella bħala aġent tad-Detentur ta' Kont;
|
|
6.
|
fil-każ ta' kwalunkwe Kont Depożitarju, l-ammont gross totali ta' interessi mħallsa jew ikkreditati lill-kont matul is-sena kalendarja jew matul perjodu ta' rapportar xieraq ieħor; u
|
7.
|
fil-każ ta' kwalunkwe kont mhux deskritt fis-subparagrafu A(5) jew (6), l-ammont gross totali mħallas jew ikkreditat lid-Detentur ta' Kont fir-rigward tal-kont matul is-sena kalendarja jew perjodu ta' rapportar xieraq ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun l-obbligant jew id-debitur, inkluż l-ammont aggregat ta' kwalunkwe pagamenti ta' tifdija magħmula lid-Detentur ta' Kont matul is-sena kalendarja jew matul perjodu ta' rapportar xieraq ieħor.
|
|
B.
|
L-informazzjoni rrapportata għandha tidentifika l-munita li fiha jkun iddenominat kull ammont.
|
C.
|
Minkejja s-subparagrafu A(1), fir-rigward ta' kull Kont Rapportabbli li jkun Kont Preeżistenti, ma hemmx għalfejn jiġu rrapportati n-NIT jew id-data ta' twelid jekk tali NIT jew data ta' twelid ma tkunx fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u ma jkunx meħtieġ li din l-informazzjoni tinġabar b'mod ieħor minn tali Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont il-liġi nazzjonali jew kwalunkwe strument legali tal-Unjoni Ewropea (jekk applikabbli). Madankollu, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tagħmel sforzi raġonevoli biex tikseb in-NIT u d-data ta' twelid fir-rigward ta' Kontijiet Preeżistenti sal-aħħar tat-tieni sena kalendarja wara s-sena li fiha Kontijiet Preeżistenti jkunu ġew identifikati bħala Kontijiet Rapportabbli.
|
D.
|
Minkejja s-subparagrafu A(1), ma hemmx għalfejn jiġi rrapportat in-NIT jekk ma jinħariġx NIT mill-Istat Membru rilevanti, mill-Iżvizzera jew minn ġurisdizzjoni oħra ta' residenza.
|
E.
|
Minkejja s-subparagrafu A(1), ma hemmx għalfejn jiġi rrapportat il-post ta' twelid sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx obbligata tiksbu u tirrapportah b'mod ieħor skont il-liġijiet nazzjonali u sakemm dan ma jkunx disponibbli fid-data li jistgħu jsiru tfittxijiet fiha b'mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti.
|
TAQSIMA II
REKWIŻITI ĠENERALI TA' DILIĠENZA DOVUTA
A.
|
Kont għandu jibda jiġi ttrattat bħala Kont Rapportabbli mid-data li fiha jiġi identifikat bħala tali skont il-proċeduri ta' diliġenza dovuta fit-Taqsimiet II sa VII u, sakemm mhux previst mod ieħor, informazzjoni fir-rigward ta' Kont Rapportabbli għandha tiġi rapportata annwalment fis-sena kalendarja wara s-sena li għaliha tirreferi l-informazzjoni.
|
B.
|
Il-bilanċ jew il-valur ta' kont jiġi ddeterminat fl-aħħar jum tas-sena kalendarja jew perjodu ta' rapportar xieraq ieħor.
|
C.
|
Fejn livell ta' bilanċ jew valur għandu jiġi ddeterminat fl-aħħar jum ta' sena kalendarja, il-bilanċ jew valur rilevanti għandu jiġi ddeterminat fl-aħħar jum tal-perjodu ta' rapportar li jintemm fl-aħħar ta', jew waqt, dik is-sena kalendarja.
|
D.
|
Kull Stat Membru jew l-Iżvizzera jista' jippermetti lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti li jużaw fornituri ta' servizz biex jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar u ta' diliġenza dovuta imposti fuq tali Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti, kif stipulati fil-liġijiet nazzjonali, iżda dawk l-obbligi għandhom jibqgħu r-responsabbiltà tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti.
|
E.
|
Kull Stat Membru jew l-Iżvizzera jista' jippermetti lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti japplikaw il-proċeduri ta' diliġenza dovuta għall-Kontijiet Ġodda lil Kontijiet Preeżistenti, u l-proċeduri ta' diliġenza dovuta għal Kontijiet ta' Valur Għoli lil Kontijiet ta' Valur Aktar Baxx. Fejn Stat Membru jew l-Iżvizzera jippermetti li proċeduri ta' diliġenza dovuta ta' Kont Ġdid jintużaw għal Kontijiet Preeżistenti, għandhom ikomplu japplikaw ir-regoli applikabbli mod ieħor għal Kontijiet Preeżistenti.
|
TAQSIMA III
DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET INDIVIDWALI PREEŻISTENTI
Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost Kontijiet Individwali Preeżistenti.
A.
|
Kontijiet li ma Jeħtieġux Reviżjoni, Identifikazzjoni jew Rapportar. Kont Individwali Preeżistenti li huwa Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju m'għandux għalfejn jiġi rivedut, identifikat jew rapportat, sakemm il-liġi tipprevjeni b'mod effettiv lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti milli tbiegħ tali Kuntratt lil residenti ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli.
|
B.
|
Kontijiet ta' Valur Aktar Baxx. Il-proċeduri li ġejjin japplikaw fir-rigward ta' Kontijiet ta' Valur Aktar Baxx.
1.
|
Indirizz tar-Residenza. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollha fir-rekords tagħha indirizz tar-residenza attwali għad-Detentur ta' Kont individwali bbażat fuq Evidenza Dokumentata, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tittratta lid-Detentur ta' Kont individwali bħala resident għal finijiet ta' taxxa tal-Istat Membru jew l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra li fiha jkun jinsab l-indirizz biex jiġi ddetermint jekk it-tali Detentur ta' Kont individwali jkunx Persuna Rapportabbli.
|
2.
|
Tiftix ta' Rekords b'Mod Elettroniku. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tiddependix fuq indirizz ta' residenza attwali għad-Detentur ta' Kont individwali bbażat fuq Evidenza Dokumentarja kif stipulat fis-subparagrafu B(1), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha teżamina data li jistgħu jsiru tfittxijiet fiha b'mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għal kwalunkwe indicium li ġejja u tapplika s-subparagrafi B(3) sa (6):
(a)
|
identifikazzjoni tad-Detentur ta' Kont bħala resident ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli;
|
(b)
|
indirizz postali jew ta' residenza attwali (inkluż kaxxa postali) f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli;
|
(c)
|
numru tat-telefon wieħed jew aktar f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli u l-ebda numru tat-telefon fl-Iżvizzera jew fl-Istat Membru tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, skont kif jeħtieġ il-kuntest;
|
(d)
|
struzzjonijiet permanenti (ħlief fir-rigward ta' Kont Depożitarju) biex jiġu trasferiti fondi għal kont miżmum f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli;
|
(e)
|
prokura jew awtorità firmatarja attwalment effettiva mogħtija lil persuna b'indirizz f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli; jew
|
(f)
|
istruzzjoni ta' ‘hold mail’ jew indirizz ta' ‘in-care-of’ f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma jkollha l-ebda indirizz ieħor fir-rekord tagħha għad-Detentur ta' Kont.
|
|
3.
|
Jekk fit-tiftixa b'mod elettroniku ma jiġi skopert l-ebda indicium elenkat fis-subparagrafu B(2), ma tkun meħtieġa l-ebda azzjoni ulterjuri sakemm isseħħ bidla fiċ-ċirkostanzi li twassal biex jiġi assoċjat indicium wieħed jew aktar mal-kont, jew sakemm il-kont isir Kont ta' Valur Għoli.
|
4.
|
Jekk kwalunkwe wieħed mill-indicia elenkati fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) jiġi skopert fit-tiftixa b'mod elettroniku, jew jekk isseħħ bidla fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta fl-assoċjazzjoni ta' indicium wieħed jew aktar mal-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta d-Detentur ta' Kont bħala resident għal finijiet ta' taxxa ta' kull Ġurisdizzjoni Rapportabbli li għaliha jkun ġie identifikat indicium, sakemm ma tagħżilx li tapplika s-subparagrafu B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet f'dak is-subparagrafu tapplika fir-rigward ta' dak il-kont.
|
5.
|
Jekk struzzjoni ta' ‘hold mail’ jew indirizz ta' ‘in-care-of’ tiġi skoperta fit-tiftixa b'mod elettroniku u l-ebda indirizz ieħor u l-ebda indicium ieħor elenkat fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) ma jiġu identifikati għad-Detentur ta' Kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika, fl-ordni l-aktar xierqa għaċ-ċirkostanzi, it-tiftixa fl-arkivji fiżiċi tal-karta deskritta fis-subparagrafu C(2), jew tfittex li tikseb mingħand id-Detentur ta' Kont awtoċertifikazzjoni jew Evidenza Dokumentarja biex tistabbilixxi r-residenza/i għal finijiet ta' taxxa ta' tali Detentur ta' Kont. Jekk it-tiftixa analoga ma tistabbilixxix indicium u t-tentattiv ta' ksib tal-awtoċertifikazzjoni jew tal-Evidenza Dokumentata ma jirnexxix, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta l-kont lill-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru tagħha jew tal-Iżvizzera, kif jitlob il-kuntest, bħala kont mhux dokumentat.
|
6.
|
Minkejja s-sejba ta' indicia mniżżla fis-subparagrafu B(2), Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mhijiex obbligata li tittratta Detentur ta' Kont bħala resident ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli jekk:
(a)
|
l-informazzjoni dwar id-Detentur ta' Kont jkun fiha indirizz postali jew ta' residenza attwali fil-Ġurisdizzjoni Rapportabbli, numru tat-telefon wieħed jew aktar f'dik il-Ġurisdizzjoni Rapportabbli (u l-ebda numru tat-telefon fl-Iżvizzera jew fl-Istat Membru tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, skont kif jeħtieġ il-kuntest) jew struzzjonijiet permanenti (fir-rigward ta' Kontijiet Finanzjarji ħlief Kontijiet Depositorji) biex jiġu ttrasferiti fondi għal kont miżmum f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli, u l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tikseb, jew kienet eżaminat qabel u żżomm rekord ta':
(i)
|
awtoċertifikazzjoni mid-Detentur ta' Kont tal-ġurisdizzjoni(jiet) ta' residenza (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjonijiet oħrajn) ta' tali Detentur ta' Kont li ma tinkludix tali Ġurisdizzjoni Rapportabbli; u
|
(ii)
|
Evidenza Dokumentarja li tistabbilixxi l-istatus mhux rapportabbli tad-Detentur ta' Kont.
|
|
(b)
|
l-informazzjoni dwar id-Detentur ta' Kont fiha prokura effettiva attwali jew awtorità firmatarja mogħtija lil persuna b'indirizz fil-Ġurisdizzjoni Rapportabbli, u l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tikseb, jew tkun eżaminata minn qabel u żżomm rekord ta':
(i)
|
awtoċertifikazzjoni mid-Detentur ta' Kont tal-ġurisdizzjoni(jiet) ta' residenza (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjonijiet oħrajn) ta' tali Detentur ta' Kont li ma tinkludix tali Ġurisdizzjoni Rapportabbli; jew
|
(ii)
|
Evidenza Dokumentarja li tistabbilixxi l-istatus mhux rapportabbli tad-Detentur ta' Kont.
|
|
|
|
C.
|
Proċeduri ta' Eżami Mtejba għal Kontijiet ta' Valur Għoli. Il-proċeduri ta' eżami mtejba li ġejjin japplikaw fir-rigward ta' Kontijiet ta' Valur Għoli.
1.
|
Tiftix ta' Rekords b'Mod Elettroniku. Fir-rigward ta' Kontijiet ta' Valur Għoli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha teżamina data li jistgħu jsiru tfittxijiet fiha b'mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għal kwalunkwe indicium deskritt fis-subparagrafu B(2).
|
2.
|
Tiftix fl-Arkivji Fiżiċi tal-Karta. Jekk id-databases tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li jistgħu jsiru tfittxijiet fihom b'mod elettroniku jinkludu oqsma għal, u jinkludu l-informazzjoni kollha deskritta fis-subparagrafu C(3), ma jkunx meħtieġ li ssir tiftixa ulterjuri fl-arkivji fiżiċi tal-karta. Jekk id-databases elettroniċi ma jinkludux dik l-informazzjoni kollha, fir-rigward ta' Kont ta' Valur Għoli l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha teżamina wkoll il-fajl prinċipali attwali tal-klijenti u, sa fejn ma jinsabux fil-fajl prinċipali attwali tal-klijenti, id-dokumenti li ġejjin li huma assoċjati mal-kont u li jkunu ġew miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tul l-aħħar ħames snin, għal kwalunkwe indicium deskritt fis-subparagrafu B(2):
(a)
|
l-Evidenza Dokumentata l-aktar reċenti miġbura fir-rigward tal-kont;
|
(b)
|
il-kuntratt jew id-dokumentazzjoni ta' ftuħ ta' kont l-aktar reċenti;
|
(c)
|
id-dokumentazzjoni l-aktar reċenti miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont il-Proċeduri tal-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus (AML/KYC) jew għal finijiet regolatorji oħra;
|
(d)
|
kwalunkwe dokumenti ta' prokura jew ta' awtorità firmatarja attwalment fis-seħħ; u
|
(e)
|
kwalunkwe struzzjoni permanenti (ħlief fir-rigward ta' Kont Depożitarju) biex jiġu ttrasferiti fondi attwalment fis-seħħ.
|
|
3.
|
Eċċezzjoni Għall-Punt Li Databases Ikun Fihom Informazzjoni Suffiċjenti. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mhijiex mitluba twettaq it-tiftixa fl-arkivji fiżiċi tal-karta deskritta fis-subparagrafu C(2) sa fejn l-informazzjoni li tista' tiġi mfittxija b'mod elettroniku tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tinkludi dawn li ġejjin:
(a)
|
l-istatus ta' residenza tad-Detentur ta' Kont;
|
(b)
|
l-indirizz postali u l-indirizz ta' residenza ta' Detentur ta' Kont attwalment fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;
|
(c)
|
in-numru(i) tat-telefon ta' Detentur ta' Kont attwalment fir-rekords, jekk ikun hemm, tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;
|
(d)
|
fil-każ ta' Kontijiet Finanzjarji għajr Kontijiet Depożitarji, jekk ikun hemm struzzjonijiet permanenti biex jiġu ttrasferiti fondi fil-kont għal kont ieħor (inkluż kont f'fergħa oħra tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jew Istituzzjoni Finanzjarja oħra);
|
(e)
|
jekk ikun hemm struzzjoni attwali ta' ‘in-care-of’ jew ‘hold mail’ jew għad-Detentur ta' Kont; u
|
(f)
|
jekk ikun hemm kwalunkwe prokura jew awtorità firmatarja għall-kont.
|
|
4.
|
Rikjesta tal-Maniġer tal-Kuntatti għal Għarfien Attwali. Minbarra t-tiftix b'mod elettroniku u t-tiftix fl-arkivji fiżiċi tal-karta deskritti fis-subparagrafi C(1) u (2), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta bħala Kont Rapportabbli kwalunkwe Kont ta' Valur Għoli assenjat lil maniġer tal-kuntatti (inkluż kwalunkwe Kont Finanzjarju aggregat ma' dak il-Kont ta' Valur Għoli) jekk il-maniġer tal-kuntatti jkollu għarfien attwali li d-Detentur ta' Kont ikun Persuna Rapportabbli.
|
5.
|
Effett ta' Sejbien ta' Indicia.
(a)
|
Jekk l-ebda indicium elenkat fis-subparagrafu B(2) ma jiġi skopert fir-rieżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritt fil-paragrafu C, u jekk il-kont ma jiġix identifikat bħala li hu miżmum minn Persuna Rapportabbli skont is-subparagrafu C(4), ma tkunx meħtieġa azzjoni ulterjuri sakemm ma jkunx hemm bidla fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta fl-assoċjazzjoni ta' indicium wieħed jew aktar mal-kont.
|
(b)
|
Jekk kwalunkwe indicium elenkat fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) jiġi skopert fir-rieżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritt fil-paragrafu C, jew jekk ikun hemm bidla sussegwenti fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta fl-assoċjazzjoni ta' indicium wieħed jew aktar mal-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli fir-rigward ta' kull Ġurisdizzjoni Rapportabbli li għalih indicium ikun ġie identifikat sakemm ma tagħżilx li tapplika s-subparagrafu B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet f'dak is-subparagrafu tapplika fir-rigward ta' dak il-kont.
|
(c)
|
Jekk struzzjoni ta' ‘hold mail’ jew indirizz ta' ‘in-care of’ jiġi skopert fir-rieżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritt fil-paragrafu C, u l-ebda indirizz ieħor u l-ebda indicium ieħor elenkati fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) ma jiġu identifikati għad-Detentur ta' Kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikseb minn tali Detentur ta' Kont awtoċertifikazzjoni jew Evidenza Dokumentarja biex tistabbilixxi r-residenza/i għal finijiet ta' taxxa tad-Detentur ta' Kont. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx tista' tikseb tali awtoċertifikazzjoni jew Evidenza Dokumentarja, din għandha tirrapporta l-kont lill-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru tagħha jew tal-Iżvizzera, skont kif jeħtieġ il-kuntest, bħala kont mhux dokumentat.
|
|
6.
|
Jekk Kont Individwali Preeżistenti ma jkunx Kont ta' Valur Għoli fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, iżda jsir Kont ta' Valur Għoli fl-aħħar jum ta' sena kalendarja sussegwenti, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikkompleta l-proċeduri mtejba ta' rieżami deskritti fil-paragrafu C fir-rigward ta' tali kont fis-sena kalendarja wara s-sena li fiha l-kont isir Kont ta' Valur Għoli. Jekk, abbażi ta' dak ir-rieżami, tali kont ikun identifikat bħala Kont Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta l-informazzjoni meħtieġa dwar tali kont fir-rigward tas-sena li fiha jkun identifikat bħala Kont Rapportabbli u fis-snin sussegwenti fuq bażi annwali, sakemm id-Detentur tal-Kont ma jibqax Persuna Rapportabbli.
|
7.
|
Ladarba Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tapplika l-proċeduri mtejba ta' rieżami deskritti fil-paragrafu C għall-Kont ta' Valur Għoli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx meħtieġa tapplika tali proċeduri mill-ġdid, minbarra r-rikjesta tal-maniġer għall-kuntatti deskritta fis-subparagrafu C(4), għall-istess Kont ta' Valur Għoli fi kwalunkwe sena sussegwenti sakemm il-kont ikun mhux dokumentat, f'liema każ l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha terġa' tapplikahom mill-ġdid kull sena sakemm tali kont ma jibqax mhux dokumentat.
|
8.
|
Jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward ta' Kont ta' Valur Għoli li twassal biex wieħed jew aktar indicia deskritti fis-subparagrafu B(2) jiġu assoċjati mal-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli fir-rigward ta' kull Ġurisdizzjoni Rapportabbli li għaliha jkun ġie indikat indicium, sakemm ma tagħżilx li tapplika s-subparagrafu B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet f'dak is-subparagrafu tapplika fir-rigward ta' dak il-kont.
|
9.
|
Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha timplimenta proċeduri biex tiżgura li maniġer tal-kuntatti jidentifika kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi ta' kont. Pereżempju, jekk maniġer tal-kuntatti jiġi nnotifikat li d-Detentur tal-Kont ikollu indirizz postali ġdid f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun meħtieġa tittratta l-indirizz il-ġdid bħala bidla fiċ-ċirkostanzi u, jekk tagħżel li tapplika s-subparagrafu B(6), tkun meħtieġa tikseb id-dokumentazzjoni xierqa mingħand id-Detentur tal-Kont.
|
|
D.
|
Ir-rieżami ta' Kontijiet Individwali Preeżistenti ta' Valur Għoli għandu jitlesta fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015. Ir-rieżami ta' Kontijiet Individwali Preeżistenti ta' Valur Inqas għandu jitlesta fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015.
|
E.
|
Kwalunkwe Kont Individwali Preeżistenti li jkun ġie identifikat bħala Kont Rapportabbli skont din it-Taqsima għandu jiġi trattat bħala Kont Rapportabbli fis-snin sussegwenti kollha, sakemm id-Detentur tal-Kont ma jibqax Persuna Rapportabbli.
|
TAQSIMA IV
DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET INDIVIDWALI ĠODDA
Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost Kontijiet Individwali Ġodda.
A.
|
Fir-rigward ta' Kontijiet Individwali Ġodda, malli jinfetaħ il-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikseb awtoċertifikazzjoni, li tista' tkun parti mid-dokumentazzjoni tal-ftuħ tal-kont, li tippermetti lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tiddetermina r-residenza/i tad-Detentur tal-Kont għal finijiet ta' taxxa u tikkonferma r-raġonevolezza ta' tali awtoċertifikazzjoni bbażata fuq l-informazzjoni miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti b'konnessjoni mal-ftuħ tal-kont, inkluża kwalunkwe dokumentazzjoni miġbura skont il-Proċeduri tal-AML/KYC.
|
B.
|
Jekk l-awtoċertifikazzjoni tistabbilixxi li d-Detentur tal-Kont huwa residenti għal finijiet ta' taxxa f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli u l-awtoċertifikazzjoni trid tinkludi wkoll in-NIT tad-Detentur tal-Kont fir-rigward ta' tali Ġurisdizzjoni Rapportabbli (soġġett għall-paragrafu D tat-Taqsima I) u d-data tat-twelid.
|
C.
|
Jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward ta' Kont Individwali Ġdid li tikkawża lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li tkun taf, jew li jkollha raġuni biex tkun taf, li l-awtoċertifikazzjoni oriġinali hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax tiddependi fuq l-awtoċertifikazzjoni oriġinali u għandha tikseb awtoċertifikazzjoni valida li tistabbilixxi r-residenza(i) għal finijiet ta' taxxa tad-Detentur tal-Kont.
|
TAQSIMA V
DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET TA' ENTITÀ PREEŻISTENTI
Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost il-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti.
A.
|
Kontijiet ta' Entità Mhux Meħtieġa li Jiġu Eżaminati, Identifikati jew Rapportati. Sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tiddeċidix mod ieħor, jew fir-rigward tal-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti kollha jew, separatament, fir-rigward ta' kwalunkwe grupp identifikat b'mod ċar ta' tali kontijiet, Kont ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont aggregat jew b'valur li ma jaqbiżx USD 250 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, mhuwiex meħtieġ li jiġi rieżaminat, identifikat, jew rappurtat bħala Kont Rapportabbli sakemm il-bilanċ tal-kont aggregat jew il-valur ma jaqbiżx dak l-ammont fl-aħħar jum ta' kwalunkwe sena kalendarja sussegwenti.
|
B.
|
Kontijiet ta' Entità soġġetti għal Eżami. Kontijiet ta' Entità Preeżistenti li għandhom bilanċ tal-kont jew valur aggregat akbar minn USD 250 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, u Kontijiet ta' Entità Preeżistenti li ma jaqbżux, fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, dak l-ammont iżda l-bilanċ tal-kont jew il-valur aggregat tagħhom jaqbeż tali ammont mill-aħħar jum ta' kwalunkwe sena kalendarja sussegwenti, għandhom jiġu eżaminati skont il-proċeduri stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu D.
|
C.
|
Kontijiet ta' Entità li fir-Rigward Tagħhom Hu Meħtieġ Rappurtar. Fir-rigward tal-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti deskritti fil-paragrafu B, huma biss dawk il-kontijiet li huma miżmuma minn Entità waħda jew aktar li huma Persuni Rapportabbli, jew minn NFEs Passivi b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli, li għandhom jiġu ttrattati bħala Kontijiet Rapportabbli.
|
D.
|
Proċeduri ta' Rieżami biex jiġu Identifikati Kontijiet tal-Entità li fir-Rigward Tagħhom Jeħtieġ Rappurtar. Għall-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti deskritti fil-paragrafu B, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika l-proċeduri ta' eżami li ġejjin biex jiġi ddeterminat jekk il-kont huwiex miżmum minn Persuna Rapportabbli waħda jew aktar, jew minn NFEs Passivi b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli:
1.
|
Determinazzjoni Dwar Jekk l-Entità Tkunx Persuna Rapportabbli.
(a)
|
L-informazzjoni tal-eżami li tinżamm għal finijiet regolatorji jew ta' kuntatt mal-klijent (inkluża informazzjoni miġbura skont il-proċeduri tal-AML/KYC) biex jiġi ddeterminat jekk l-informazzjoni tindikax li d-Detentur tal-Kont huwiex residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli. Għal dan il-għan, l-informazzjoni li tindika li d-Detentur ta' Kont ikun residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli tinkludi post ta' inkorporazzjoni jew organizzazzjoni, jew indirizz f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli.
|
(b)
|
Jekk l-informazzjoni tindika li d-Detentur ta' Kont ikun residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli sakemm ma tiksibx awtoċertifikazzjoni mid-Detentur tal-Kont, jew b'mod raġonevoli tiddetermina, abbażi tal-informazzjoni li jkollha jew li tkun pubblikament disponibbli, li d-Detentur tal-Kont mhuwiex Persuna Rapportabbli.
|
|
2.
|
Determinazzjoni Dwar Jekk l-Entità tkunx NFE Passiva bi Persuna Kontrollanti Waħda jew Aktar li Jkunu Persuni Rapportabbli. Fir-rigward ta' Detentur ta' Kont ta' Entità Preeżistenti (inkluż Entità li tkun Persuna Rapportabbli), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tiddetermina jekk id-Detentur tal-Kont huwiex NFE Passiva bi Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli. Jekk kwalunkwe waħda mill-Persuni Kontrollanti ta' NFE Passiva tkun Persuna Rapportabbli, il-kont għandu jiġi ttrattat bħala Kont Rapportabbli. Meta tagħmel dawn id-determinazzjonijiet, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha ssegwi l-gwida fis-subparagrafi D(2)(a) sa (c) fl-ordni l-aktar xierqa għaċ-ċirkostanzi.
(a)
|
Determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikseb awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont biex jiġi stabbilit l-istatus tiegħu, sakemm ma tiddeterminax b'mod raġonevoli abbażi ta' informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun pubblikament disponibbli, li d-Detentur tal-Kont ikun NFE Attiva jew Istituzzjoni Finanzjarja li ma tkunx Entità tal-Investiment deskritta fis-subparagrafu A(6)(b) tat-Taqsima VIII li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Parteċipanti tal-Ġurisdizzjoni.
|
(b)
|
Id-determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq l-informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri tal-AML/KYC.
|
(c)
|
Id-determinazzjoni dwar jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq:
(i)
|
informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri tal-AML/KYC fil-każ ta' Kont ta' Entità Preeżistenti miżmum minn NFE waħda jew aktar b'bilanċ jew valur aggregat tal-kont li ma jaqbiżx USD 1 000 000, jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera; jew
|
(ii)
|
awtoċertifikazzjoni mid-Detentur tal-Kont jew tali Persuna Kontrollanti tal-ġurisdizzjoni(jiet) (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjonijiet oħrajn) fejn il-Persuna Kontrollanti tkun residenti għal finijiet ta' taxxa.
|
|
|
|
E.
|
It-twaqqit taż-żmien tar-Rieżami u ta' Proċeduri Addizzjonali Applikabbli għall-Kontijiet tal-Entità Preeżistenti.
1.
|
L-eżami ta' Kontijiet ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont jew valur aggregat li jaqbeż USD 250 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera, fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, irid jitlesta fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ.
|
2.
|
L-eżami ta' Kontijiet ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont jew valur aggregat li ma jaqbiżx USD 250 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera, fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, iżda li jaqbeż dak l-ammont mill-31 ta' Diċembru ta' sena sussegwenti, irid jitlesta fis-sena kalendarja ta' wara s-sena li fiha l-bilanċ jew valur aggregat tal-kont jaqbeż tali ammont.
|
3.
|
Jekk isseħħ bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward ta' Kont ta' Entità Preeżistenti li bħala riżultat tagħha l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ssir taf, jew ikollha raġuni li tkun taf, li l-awtoċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni oħra assoċjata ma' kont hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha terġa' tiddetermina l-istatus tal-kont skont il-proċeduri stipulati fil-paragrafu D.
|
|
TAQSIMA VI
DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET TA' ENTITÀ ĠODDA
Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finiijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost il-Kontijiet ta' Entità Ġodda.
A.
|
Proċeduri ta' Rieżami biex jiġu Identifikati Kontijiet ta' Entità li fir-Rigward Tagħhom Hu Meħtieġ Rappurtar. Għal Kontijiet ta' Entità Ġodda, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika l-proċeduri ta' eżami li ġejjin biex jiġi determinat jekk il-kont ikunx miżmum minn Persuna Rapportabbli waħda jew aktar, jew minn NFEs Passivi b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli:
1.
|
Determinazzjoni Dwar Jekk l-Entità Tkunx Persuna Rapportabbli.
(a)
|
Għandha tinkiseb awtoċertifikazzjoni, li tista' tkun parti mid-dokumentazzjoni għall-ftuħ tal-kont, li biha l-Istituzzjoni finanzjarja Rapportanti tkun tista' tiddetermina r-residenza(i) tad-Detentur tal-Kont għal finijiet ta' taxxa u tikkonferma r-raġonevolezza ta' tali awtoċertifikazzjoni abbażi tal-informazzjoni miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti b'rabta mal-ftuħ tal-kont, inkluża kwalunkwe dokumentazzjoni miġbura skont il-Proċeduri tal-AML/KYC. Jekk l-entità tiċċertifika li ma għandha l-ebda residenza għal finijiet ta' taxxa, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità biex tiġi determinata r-residenza tad-Detentur tal-Kont.
|
(b)
|
Jekk l-awtoċertifikazzjoni tindika li d-Detentur ta' Kont ikun residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli, sakemm hija ma tiddeterminax b'mod raġonevoli abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun disponibbli pubblikament, li d-Detentur tal-Kont huwa Persuna Rapportabbli fir-rigward ta' tali Ġurisdizzjoni Rapportabbli.
|
|
2.
|
Determinazzjoni Dwar Jekk l-Entità tkunx NFE Passiva bi Persuna Kontrollanti Waħda jew Aktar li Jkunu Persuni Rapportabbli. Fir-rigward ta' Detentur ta' Kont ta' Entità Ġdid (inkluż Entità li tkun Persuna Rapportabbli), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tiddetermina jekk id-Detentur tal-Kont huwiex NFE Passiva b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli. Jekk kwalunkwe waħda mill-Persuni Kontrollanti ta' NFE Passiva tkun Persuna Rapportabbli, il-kont għandu jiġi ttrattat bħala Kont Rapportabbli. Meta tagħmel dawn id-determinazzjonijiet l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha ssegwi l-gwida fis-subparagrafi A(2)(a) sa (c) fl-ordni l-aktar xierqa għaċ-ċirkostanzi.
(a)
|
Id-determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha toqgħod fuq awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont biex jiġi stabbilit l-istatus tiegħu, sakemm ma jkollhiex informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun pubblikament disponibbli, li abbażi tagħha tista' tiddetermina b'mod raġonevoli li d-Detentur tal-Kont ikun NFE Attiva jew Istituzzjoni Finanzjarja li ma tkunx Entità tal-Investiment deskritta fis-subparagrafu A(6)(b) tat-Taqsima VIII li ma tkunx Istituzzjoni Finanzjarja ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti.
|
(b)
|
Id-Determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq l-informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri tal-AML/KYC.
|
(c)
|
Id-Determinazzjoni dwar jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli. Għal finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont jew tali Persuna Kontrollanti.
|
|
|
TAQSIMA VII
REGOLI SPEĊJALI DWAR ID-DILIĠENZA DOVUTA
Ir-regoli addizzjonali li ġejjin japplikaw fl-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' diliġenza dovuta deskritti hawn fuq:
A.
|
Dipendenza fuq Awtoċertifikazzjonijiet u Evidenza Dokumentata. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax toqgħod fuq l-awtoċertifikazzjoni jew fuq l-Evidenza Dokumentata jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun taf jew għandha raġuni biex tkun taf li l-awtoċertifikazzjoni jew l-Evidenza Dokumentata hija żbaljata jew mhux affidabbli.
|
B.
|
Proċeduri alternattivi għal Kontijiet Finanzjarji Miżmuma minn Benefiċjarji Individwali ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju u għal Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Vitalizju ta' Grupp. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tippreżumi li benefiċjarju individwali (għajr is-sid) ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju li jirċievi benefiċċju tal-mewt ma jkunx Persuna Rapportabbli u tista' tittratta tali Kont Finanzjarju bħala differenti minn Kont Rapportabbli sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ikollha għarfien dwar il-fatt, jew ikollha raġuni biex tkun taf, li l-benefiċjarju jkun Persuna Rapportabbli. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollha raġuni biex tkun taf li benefiċjarju ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju jkun Persuna Rapportabbli jekk l-informazzjoni miġbura mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u assoċjata mal-benefiċjarju jkun fiha indicia kif deskritt fil-paragrafu B tat-Taqsima III. Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun taf biċ-ċert, jew ikollha raġuni biex tkun taf, li l-benefiċjarju jkun Persuna Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha ssegwi l-proċeduri stipulati fil-paragrafu B tat-Taqsima III.
Stat Membru jew l-Iżvizzera għandu jkollhom l-għażla li jippermettu lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti jittrattaw Kont Finanzjarju li jkun l-interess ta' membru f'Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Vitalizju ta' Grupp bħala Kont Finanzjarju li ma jkunx Kont Rapportabbli qabel id-data li fiha jkun pagabbli ammont lill-impjegat/lid-detentur taċ-ċertifikat jew lill-benefiċjarju, jekk il-Kont Finanzjarju li jkun l-interess ta' membru f'Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Vitalizju ta' Grupp jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
|
il-Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Vitalizju jinħareġ lil impjegatur u jkopri 25 impjegat/detentur ta' ċertifikat jew aktar;
|
(b)
|
l-impjegat/id-detenturi ta' ċertifikat huma intitolati li jirċievu kwalunkwe valur tal-kuntratt relatat mal-interessi tagħhom u li jinnominaw benefiċjarji għall-benefiċċju pagabbli mal-mewt tal-impjegat; u
|
(c)
|
l-ammont aggregat pagabbli lil kwalunkwe impjegat/detentur taċ-ċertifikat jew benefiċjarju ma jaqbiżx USD 1 000 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew l-Iżvizzera.
|
‘Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp’ tfisser Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus li (i) jipprovdi kopertura għal individwi li jkunu affiljati permezz ta' impjegatur, assoċjazzjoni kummerċjali, union tal-ħaddiema, jew assoċjazzjoni jew grupp ieħor; u li (ii) jimponi primjum fuq kull membru tal-grupp (jew membru ta' klassi fi ħdan grupp) li jkun determinat bla ma jiġu kkunsidrati l-karatteristiki individwali tas-saħħa għajr l-età, is-sess, u d-drawwiet tat-tipjip ta' membru (jew klassi ta' membri) tal-grupp.
‘Kuntratt ta' Vitalizju ta' Grupp’ tfisser Kuntratt ta' Vitalizju skont liema l-interessati huma individwi li jkunu affiljati permezz ta' impjegatur, assoċjazzjoni kummerċjali, union tal-ħaddiema, jew assoċjazzjoni jew grupp ieħor.
Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Iżvizzera u l-Iżvizzera għandha tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea jekk eżerċitawx l-opzjoni prevista f'dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkoordina t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mingħand l-Istati Membri lill-Iżvizzera u l-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat il-komunikazzjoni mingħand l-Iżvizzera lill-Istati Membri kollha. Kwalunkwe bidla oħra fl-eżerċitar ta' dik l-għażla minn Stat Membru jew mill-Iżvizzera għandha tiġi kkomunikata bl-istess mod.
|
C.
|
Aggregat tal-Bilanċ tal-Kont u Regoli tal-Munita.
1.
|
Aggregat ta' Kontijiet Individwali. Bl-għan li jiġi ddeterminat il-bilanċ jew il-valur aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma minn individwu, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha l-obbligu li tiġbor flimkien il-Kontijiet Finanzjarji kollha miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, jew minn Entità Relatata, iżda biss sa fejn is-sistemi kompjuterizzati tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollhom konnessjoni mal-Kontijiet Finanzjarji permezz ta' referenza għal element ta' data bħal numru tal-klijent jew NIT, u li jippermettu li l-bilanċi jew il-valuri tal-kont jiġu aggregati. Kull detentur ta' Kont Finanzjarju miżmum b'mod konġunt għandu jiġi attribwit il-bilanċ jew il-valur totali tal-Kont Finanzjarju miżmum b'mod konġunt għall-fini li jiġu applikati r-rekwiżiti ta' aggregazzjoni deskritti f'dan is-subparagrafu.
|
2.
|
Aggregazzjoni tal-Kontijiet ta' Entità. Bl-għan li jiġi determinat il-bilanċ jew il-valur aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma minn Entità, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha l-obbligu li tikkunsidra l-Kontijiet Finanzjarji kollha miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, jew minn Entità Relatata, iżda biss sal-punt li s-sistemi kompjuterizzati tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollhom konnessjoni mal-Kontijiet Finanzjarji permezz ta' referenza għal element ta' data bħal numru tal-klijent jew NIT, u li jippermettu li l-bilanċi jew il-valuri tal-kont jiġu aggregati. Kull detentur ta' Kont Finanzjarju miżmum b'mod konġunt għandu jiġi attribwit il-bilanċ jew il-valur totali tal-Kont Finanzjarju miżmum b'mod konġunt għall-fini li jiġu applikati r-rekwiżiti ta' aggregazzjoni deskritti f'dan is-subparagrafu.
|
3.
|
Regola ta' Aggregazzjoni Speċjali Applikabbli għal Maniġers tal-Kuntatti. Bl-għan li jiġi ddeterminat il-bilanċ jew il-valur aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma minn persuna biex jiġi ddeterminat jekk Kont Finanzjarju huwiex Kont ta' Valur Għoli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha wkoll, fil-każ ta' kwalunkwe Kont Finanzjarju li dwaru maniġer tal-kuntatti jkun jaf jew ikollu raġuni biex ikun jaf, li dan ikun jappartjeni b'mod dirett jew indirett lil, jew li jkun ikkontrollat, jew stabbilit (ħlief f'kapaċità fiduċjarja) mill-istess persuna, tiġbor flimkien dawn il-kontijiet kollha.
|
4.
|
Ammonti Moqrija bħala li Jinkludu l-Ekwivalenti f'Muniti Oħra. L-ammonti kollha denominati fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera għandhom jinqraw bħala li jinkludu ammonti ekwivalenti f'muniti oħrajn, kif iddeterminat mil-liġijiet nazzjonali.
|
|
TAQSIMA VIII
TERMINI MFISSRA
Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom it-tifsiriet stipulati hawn taħt:
A.
|
Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti
1.
|
‘Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti’ tfisser kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja ta' Stat Membru jew Istituzzjoni Finanzjarja Żvizzera, skont kif jitlob il-kuntest, li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti.
|
2.
|
‘Istituzzjoni Finanzjarja ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti’ tfisser (i) kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja li hija residenti f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti, iżda t-terminu jeskludi kwalunkwe fergħa ta' dik l-Istituzzjoni Finanzjarja li tinsab barra dik il-Ġurisdizzjoni Parteċipanti, u (ii) kwalunkwe fergħa ta' Istituzzjoni Finanzjarja li mhijiex residenti f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti, jekk dik il-fergħa tkun tinsab f'dik il-Ġurisdizzjoni Parteċipanti.
|
3.
|
‘Istituzzjoni Finanzjarja’ tfisser Istituzzjoni ta' Kustodja, Istituzzjoni Depożitorja, Entità ta' Investiment, jew Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata.
|
4.
|
‘Istituzzjoni ta' Kustodja’ tfisser Entità li żżomm Assi Finanzjarji akkont ta' oħrajn bħala porzjon sostanzjali tan-negozju tagħha. Entità żżomm Assi Finanzjarji akkont ta' oħrajn bħala porzjon sostanzjali tan-negozju tagħha jekk l-introjtu gross tal-Entità attribwibbli għaż-żamma ta' Assi Finanzjarji u servizzi finanzjarji relatati jkun ugwali jew jaqbeż l-20 % tal-introjtu gross tal-Entità matul l-iqsar wieħed minn: (i) il-perjodu ta' tliet snin li jintemm fil-31 ta' Diċembru (jew l-aħħar jum ta' perjodu tal-kontabilità ta' sena mhux kalendarja) qabel is-sena li fiha ssir id-determinazzjoni; jew (ii) il-perjodu li matulu l-Entità tkun ilha teżisti.
|
5.
|
‘Istituzzjoni Depożitorja’ tfisser kwalunkwe Entità li taċċetta depożiti bħala parti mit-twettiq ordinarju ta' negozju bankarju jew ta' negozju simili.
|
6.
|
‘Entità tal-Investiment’ tfisser kwalunkwe entità:
(a)
|
li primarjament twettaq bħala negozju wieħed jew aktar mill-attivitajiet jew operazzjonijiet li ġejjin għal jew f'isem klijent:
(i)
|
kummerċ fi strumenti tas-suq monetarju (ċekkijiet, kambjali, ċertifikati tad-depożitu, derivati, eċċ.); kambju barrani, kambju, rati tal-imgħax u strumenti tal-indiċi; titoli trasferibbli; jew negozju f'futuri tal-komoditajiet;
|
(ii)
|
ġestjoni individwali jew kollettiva ta' portafolji; jew
|
(iii)
|
investiment, amministrar, jew maniġġar mod ieħor ta' Assi Finanzjarji jew flus f'isem persuni oħra;
|
jew
|
(b)
|
li l-introjtu gross tagħha jkun attribwibbli primarjament għall-investiment, l-investiment mill-ġdid jew in-negozjar f'Assi Finanzjarji, jekk l-Entità hija ġestita minn Entità oħra li tkun Istituzzjoni Depożitorja, Istituzzjoni ta' Kustodja, Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata, jew Entità tal-Investiment kif deskritt fis-subparagrafu A(6)(a).
|
Entità tiġi trattata bħala li primarjament tkun qed tmexxi bħala negozju waħda jew aktar mill-attivitajiet tagħha deskritti fis-subparagrafu A(6)(a), jew introjtu gross ta' Entità jiġi primarjament attribwibbli għal investiment, investiment mill-ġdid, jew negozju f'Assi Finanzjarji għall-finijiet tas-subparagrafu A(6)(b), jekk l-introjtu gross tal-Entità attribwibbli għall-attivitajiet rilevanti jkun ugwali jew jaqbeż il-50 % tal-introjtu gross tal-Entità matul l-iqsar wieħed minn: (i) il-perjodu ta' tliet snin li jintemm fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel is-sena li fiha ssir id-determinazzjoni; jew (ii) il-perjodu li matulu l-Entità tkun ilha teżisti. ‘Entità tal-Investiment’ ma tinkludix Entità li tkun NFE Attiva għaliex dik l-Entità tissodisfa kwalunkwe kriterju fis-subparagrafi D(9)(d) sa (g).
Dan il-paragrafu għandu jiġi interpretat b'mod konsistenti mal-lingwaġġ simili stipulat fid-definizzjoni ta' ‘istituzzjoni finanzjarja’ fir-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja.
|
7.
|
It-terminu ‘Assi Finanzjarju’ jinkludi titolu (pereżempju, sehem minn stokk f'korporazzjoni; sħubija jew interess fuq sjieda benefiċjarja fi sħubija jew fiduċjarja korporattiva miżmuma b'mod wiesa' jew innegozjata pubblikament; kambjala, bond, obbligazzjoni, jew evidenza oħra ta' pożizzjoni ta' dejn), interess fi sħubija, prodotti, swap (pereżempju, swaps tar-rata ta' interess, swaps ta' munita, basis swaps, limiti fuq ir-rati ta' imgħax, rati ta' imgħax minimi (interest rate floors), swaps ta' komoditajiet, swaps ta' ekwità, swaps tal-indiċi ta' ekwità, u ftehimiet simili), Kuntratt tal-Assigurazzjoni jew Kuntratt ta' Vitalizju, jew kwalunkwe interess (inkluż kuntratt tal-futuri jew forward, jew opzjoni forward) f'titolu, interess fi sħubija, prodott, swap, Kuntratt tal-Assigurazzjoni, jew Kuntratt ta' Vitalizju. It-terminu ‘Assi Finanzjarju’ ma jinkludix interess dirett mingħajr dejn fi proprjetà immobbli.
|
8.
|
‘Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata’ tfisser Entità li tkun kumpanija tal-assigurazzjoni (jew il-kumpanija azzjonarja ta' kumpanija tal-assigurazzjoni) li toħroġ, jew li tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward ta', Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju.
|
|
B.
|
Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti
1.
|
‘Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti’ tfisser kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja li tkun:
(a)
|
Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali, ħlief fir-rigward ta' pagament li huwa derivat minn obbligu li jkun hemm f'konnessjoni ma' attività finanzjarja kummerċjali tat-tip li tkun attiva fiha Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata, Istituzzjoni ta' Kustodja, jew Istituzzjoni Depożitorja;
|
(b)
|
Fond għall-Irtirar b'Parteċipazzjoni Wiesgħa; Fond għall-Irtirar b'Parteċipazzjoni Limitata; Fond għall-Pensjonijiet ta' Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali; jew Emittent Kwalifikat tal-Karti ta' Kreditu;
|
(c)
|
kwalunkwe Entità oħra li tippreżenta riskju baxx li tintuża għall-evażjoni tat-taxxa, b'karatteristiki sostanzjalment simili għal kwalunkwe waħda mill-Entitajiet deskritti fis-subparagrafi B(1)(a) u (b), u li hija definita fil-liġijiet nazzjonali bħala Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti, u, fil-każ tal-Istati Membri, hija pprovduta fl-Artikolu 8(7)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u kkomunikata lill-Iżvizzera u fil-każ tal-Iżvizzera, hija kkomunikata lill-Kummissjoni Ewropea, sakemm l-istatus ta' tali Entità bħala Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti ma jfixkilx l-għanijiet ta' dan il-Ftehim;
|
(d)
|
Veikolu ta' Investiment Kollettiv Eżentat; jew
|
(e)
|
trust sal-punt li l-fiduċjarju tat-trust ikun Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u jirrapporta l-informazzjoni kollha li għandha tiġi rrappurtata skont it-Taqsima I fir-rigward tal-Kontijiet Rapportabbli kollha tat-trust.
|
|
2.
|
‘Entità Governattiva’ tfisser il-gvern ta' Stat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' ġurisdizzjoni oħra, kwalunkwe suddiviżjoni politika ta' Stat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' ġurisdizzjoni oħra (li, biex jiġi evitat id-dubju, jinkludi stat, provinċja, kontea, jew muniċipalità), jew kwalunkwe aġenzija jew mezz strumentali akkwiżita totalment ta' Stat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' ġurisdizzjoni oħra jew ta' kwalunkwe wieħed jew iktar ta' dan ta' qabel (kull waħda minnhom, ‘Entità Governattiva’). Din il-kategorija hi magħmula mill-partijiet integrali, l-entitajiet ikkontrollati, u s-suddiviżjonijiet politiċi ta' Stat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' ġurisdizzjoni oħra.
(a)
|
‘Parti integrali’ ta' Stat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' ġurisdizzjoni oħra tfisser kwalunkwe persuna, organizzazzjoni, aġenzija, bureau, fond, strument, jew korp ieħor, jissemma kif jissemma, li jikkostitwixxi awtorità governattiva ta' Stat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' ġurisdizzjoni oħra. Il-qligħ nett tal-awtorità governattiva għandu jiġi akkreditat lill-kont proprju jew lil kontijiet oħra tal-Istat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' ġurisdizzjoni oħra, u ebda sehem ma għandu jkun għall-benefiċċju ta' xi persuna privata. Parti integrali ma tinkludi ebda individwu li huwa sovran, uffiċjal, jew amministratur li jaġixxi f'kapaċità privata jew personali.
|
(b)
|
‘Entità kkontrollata’ tfisser Entità li fil-forma tagħha hija separata mill-Istat Membru, mill-Iżvizzera jew minn ġurisdizzjoni oħra, jew li inkella tikkostitwixxi entità ġuridika separata, diment li:
(i)
|
l-Entità hija akkwiżita totalment u hija kkontrollata direttament minn Entità Governattiva waħda jew aktar, jew minn entità kkontrollata waħda jew aktar;
|
(ii)
|
il-qligħ nett tal-Entità jkun akkreditat fil-kont proprju jew fil-kontijiet ta' Entità Governattiva waħda jew aktar, filwaqt li ebda sehem tal-introjtu tagħha ma għandu jkun għall-benefiċċju ta' xi persuna privata; u
|
(iii)
|
mal-likwidazzjoni, l-assi tal-Entità huma vestiti f'Entità Governattiva waħda jew aktar.
|
|
(c)
|
L-introjtu ma jkunx għall-benefiċċju ta' persuni privati jekk tali persuni jkunu l-benefiċjarji intenzjonati ta' programm governattiv, u l-attivitajiet tal-programm jitwettqu għall-pubbliku inġenerali fir-rigward tal-benesseri komuni jew jirrigwardaw l-amministrazzjoni ta' xi fażi tal-gvern. Minkejja dan ta' hawn fuq, l-introjtu jitqies bħala li jkun għall-benefiċċju ta' persuni privati jekk l-introjtu jkun derivat mill-użu ta' Entità Governattiva għat-tmexxija ta' negozju kummerċjali, bħal negozju bankarju kummerċjali, li jipprovdi servizzi finanzjarji lil persuni privati.
|
|
3.
|
‘Organizzazzjoni Internazzjonali’ tfisser kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali jew aġenzija akkwiżita totalment jew mezz strumentali tagħha. Din il-kategorija tinkludi kull organizzazzjoni intergovernattiva (inkluża organizzazzjoni supranazzjonali) (i) li hi primarjament magħmula minn gvernijiet; (ii) li għandha fil-fatt kwartieri ġenerali jew ftehim sostanzjalment simili mal-Istat Membru, mal-Iżvizzera jew mal-ġurisdizzjoni l-oħra; u (iii) li l-introjtu tagħha ma jkunx għall-benefiċċju ta' persuni privati.
|
4.
|
‘Bank Ċentrali’ tfisser istituzzjoni li, bil-liġi jew sanzjoni tal-gvern, hija l-awtorità prinċipali, minbarra l-gvern tal-Istat Membru, tal-Iżvizzera jew tal-ġurisdizzjoni l-oħra stess, li toħroġ strumenti maħsuba biex jiċċirkolaw bħala munita. Tali istituzzjoni tista' tinkludi strument li jkun separat mill-gvern tal-Istat Membru, tal-Iżvizzera jew tal-ġurisdizzjoni l-oħra, irrispettivament minn jekk tkunx akkwiżita totalment jew parzjalment mill-Istat Membru, mill-Iżvizzera jew mill-ġurisdizzjoni l-oħra.
|
5.
|
‘Fond għall-Irtirar bi Parteċipazzjoni Wiesgħa’ tfisser fond stabbilit biex jipprovdi benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn, għal benefiċjarji li attwalment huma, jew qabel kienu, impjegati (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati) ta' wieħed jew aktar impjegaturi f'konsiderazzjoni għal servizzi mogħtija, sakemm il-fond:
(a)
|
ma jkollux benefiċjarju wieħed bi dritt għal aktar minn 5 % tal-assi tal-fond;
|
(b)
|
huwa soġġett għal regolamentazzjoni mill-gvern u jipprovdi r-rappurtar ta' informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa; u
|
(c)
|
jissodisfa mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
(i)
|
il-fond ġeneralment huwa eżentat mit-taxxa fuq l-introjtu mill-investiment, jew it-tassazzjoni ta' tali introjtu tkun differita jew intaxxata b'rata mnaqqsa, minħabba l-istatus tiegħu ta' pjan tal-irtirar jew tal-pensjoni;
|
(ii)
|
il-fond jirċievi tal-anqas 50 % tat-total ta' kontribuzzjonijiet tiegħu (minbarra trasferimenti ta' assi minn pjanijiet oħra deskritti fis-subparagrafi B(5) sa (7) jew minn kontijiet ta' rtirar u tal-pensjoni deskritti fis-subparagrafu C(17)(a)) mill-impjegaturi li jkun qed jisponsorjaw;
|
(iii)
|
id-distribuzzjonijiet jew il-ġbid ta' flus mill-fond huma permessi biss meta jseħħu avvenimenti speċifiċi relatati ma' rtirar, diżabbiltà, jew mewt (ħlief għal distribuzzjonijiet imġedda għal fondi oħrajn tal-irtirar deskritti fis-subparagrafi B(5) sa (7) jew kontijiet ta' rtirar u tal-pensjoni deskritti fis-subparagrafu C(17)(a)), jew japplikaw penali għal distribuzzjonijiet jew għal ġbid ta' flus li jseħħu qabel tali avvenimenti speċifikati; jew
|
(iv)
|
il-kontribuzzjonijiet (minbarra ċerti kontribuzzjonijiet make-up li jkunu permessi) mill-impjegati għall-fond huma limitati b'referenza għall-introjtu ggwadanjat tal-impjegat, jew ma jistgħux ikunu ta' aktar minn USD 50 000 fis-sena, jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera, bl-applikazzjoni tar-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-aggregazzjoni tal-kont u tal-qlib tal-munita.
|
|
|
6.
|
‘Fond għall-Irtirar bi Parteċipazzjoni Limitata’ tfisser fond stabbilit biex jipprovdi benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt lil benefiċjarji li attwalment huma, jew qabel kienu, impjegati (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati) ta' sid wieħed jew aktar f'konsiderazzjoni għal servizzi mogħtija, sakemm:
(a)
|
il-fond ikollu inqas minn 50 parteċipant;
|
(b)
|
il-fond huwa sponsorjat minn wieħed jew aktar impjegaturi li mhumiex Entitajiet tal-Investiment jew NFEs passivi;
|
(c)
|
il-kontribuzzjonijiet tal-impjegati u ta' impjegatur għall-fond (għajr trasferimenti ta' assi minn kontijiet ta' rtirar u tal-pensjoni deskritti fis-subparagrafu C(17)(a)) huma limitati b'referenza għall-introjtu ggwadanjat u l-kumpens tal-impjegati, rispettivament;
|
(d)
|
il-parteċipanti li mhumiex residenti tal-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) li fiha huwa stabbilit il-fond mhumiex intitolati għal aktar minn 20 % tal-assi tal-fond; u
|
(e)
|
il-fond huwa soġġett għal regolamentazzjoni mill-gvern u jipprovdi r-rappurtar tal-informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa.
|
|
7.
|
‘Fond għall-Pensjonijiet ta' Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali’ tfisser fond stabbilit minn Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali għall-provvediment ta' benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt lil benefiċjarji jew parteċipanti li attwalment huma, jew qabel kienu impjegati (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati), jew li attwalment mhumiex, jew qabel ma kinux impjegati, jekk il-benefiċċji pprovduti lil tali benefiċjarji jew parteċipanti huma b'konsiderazzjoni ta' servizzi personali mwettqa għall-Entità Governattiva, l-Organizzazzjoni Internazzjonali jew il-Bank Ċentrali.
|
8.
|
‘Emittent Kwalifikat tal-Karti ta' Kreditu’ tfisser Istituzzjoni Finanzjarja li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
|
l-Istituzzjoni Finanzjarja tkun Istituzzjoni Finanzjarja unikament għaliex tkun emittenti ta' karti tal-kreditu li taċċetta depożiti biss meta konsumatur jagħmel pagament f'eċċess ta' bilanċ dovut fir-rigward tal-karta u l-pagament żejjed ma jiġix irritornat lill-klijent immedjatament; u
|
(b)
|
mad-dħul fis-seħħ, jew qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, l-Istituzzjoni Finanzjarja timplimenta politiki u proċeduri jew biex timpedixxi lil klijent milli jagħmel pagament żejjed ogħla minn USD 50 000 jew ta' ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera, jew biex tiżgura li kwalunkwe pagament żejjed ta' klijent ogħla minn dak l-ammont jitħallas lura lill-klijent fi żmien 60 jum, filwaqt li f'kull każ tapplika r-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għal aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita. Għal din il-fini, pagament żejjed ta' klijent ma jirreferix għal bilanċi tal-kreditu sal-punt ta' imposti kkontestati iżda jinkludi bilanċi tal-kreditu li jirriżultaw mir-redditu minn merkanzija.
|
|
9.
|
‘Veikolu ta' Investiment Kollettiv Eżentat’ tfisser Entità tal-Investiment li tkun regolata bħala veikolu ta' investiment kollettiv, sakemm l-interessi kollha fil-veikolu ta' investiment kollettiv huma miżmuma minn jew permezz ta' individwi jew Entitajiet li ma jkunux Persuni Rapportabbli, ħlief NFE Passiva b'Persuni li Jikkontrollaw li jkunu Persuni Rapportabbli.
Entità tal-Investiment li hija rregolata bħala veikolu ta' investiment kollettiv ma għandhiex ma tikkwalifikax skont is-subparagrafu B(9) bħala Veikolu ta' Investiment Kollettiv Eżentat, unikament minħabba li l-veikolu ta' investiment kollettiv ikun ħareġ ishma fiżiċi f'forma ta' portatur, sakemm:
(a)
|
il-veikolu ta' investiment kollettiv, ma jkunx ħareġ, u ma joħroġx, xi ishma fiżiċi f'forma ta' portatur wara l-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015;
|
(b)
|
il-veikolu ta' investiment kollettiv jirtira l-ishma kollha ta' dan it-tip maċ-ċessjoni;
|
(c)
|
il-veikolu ta' investiment kollettiv iwettaq il-proċeduri ta' diliġenza dovuta stipulati iktar 'il quddiem fit-Taqsimiet II sa VII u jirrapporta kwalunkwe informazzjoni li għandha tiġi rrapportata fir-rigward ta' kwalunkwe sehem bħal dan meta tali ishma jkunu ppreżentati għal amortizzazzjoni jew pagament ieħor; u
|
(d)
|
il-veikolu ta' investiment kollettiv ikollu fis-seħħ politiki u proċeduri biex jiġi żgurat li tali ishma jinfdew jew jiġu mmobilizzati kemm jista' jkun malajr, u fi kwalunkwe każ fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015.
|
|
|
C.
|
Kont Finanzjarju
1.
|
‘Kont Finanzjarju’ tfisser kont miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja, u t-terminu jinkludi Kont Depożitarju, Kont ta' Kustodja u:
(a)
|
fil-każ ta' Entità tal-Investiment, kwalunkwe interess ta' ekwità jew ta' dejn fl-Istituzzjoni Finanzjarja. Minkejja dan ta' hawn fuq, it-terminu ‘Kont Finanzjarju’ ma jinkludi l-ebda interess fuq ekwità jew dejn f'Entità li tkun Entità tal-Investiment unikament minħabba li (i) tagħti pariri dwar l-investiment, u taġixxi f'isem, jew (ii) timmaniġġja portafolji għal klijent u taġixxi f'ismu għall-finijiet ta' investiment, maniġġjar, jew amministrar ta' Assi Finanzjarji depożitati f'isem il-klijent ma' Istituzzjoni Finanzjarja għajr dik l-Entità;
|
(b)
|
fil-każ ta' Istituzzjoni Finanzjarja mhux deskritta fis-subparagrafu C(1)(a), kwalunkwe interess ta' ekwità jew ta' dejn fl-Istituzzjoni Finanzjarja, jekk il-klassi ta' interessi kienet stabbilita għall-fini li jiġi evitat ir-rappurtar li għandu jsir skont it-Taqsima I; u
|
(c)
|
kwalunkwe Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u kwalunkwe Kuntratt ta' Vitalizju maħruġ jew miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja, għajr annwalità immedjata tal-ħajja mhux marbuta ma' investiment u mhux trasferibbli li tinħareġ lil individwu u tiffissal-valur fi flus ta' pensjoni jew benefiċċju ta' diżabbiltà previst bħala parti minn kont li jkun Kont Eskluż.
|
It-terminu ‘Kont Finanzjarju’ ma jinkludi l-ebda kont li jkun Kont Eskluż.
|
2.
|
It-terminu ‘Kont Depożitarju’ jinkludi kwalunkwe kont kummerċjali, taċ-ċekkijiet, ta' tifdil, fiss, jew thrift, jew kont li huwa evidenzjat minn ċertifikat ta' depożitu, ċertifikat ta' tifdil għall-irtirar, ċertifikat ta' investiment, ċertifikat ta' dejn, jew strument ieħor simili miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja matul negozju ordinarju bankarju jew wieħed simili. Kont Depożitarju jinkludi wkoll ammont miżmum minn kumpanija tal-assigurazzjoni skont kuntratt ta' investiment garantit jew ftehim simili biex jitħallas jew jiġi akkreditat interess fuqu.
|
3.
|
‘Kont ta' Kustodja’ tfisser kont (minbarra Kuntratt ta' Assigurazzjoni jew Kuntratt ta' Vitalizju) li jkollu Assi Finanzjarju wieħed jew aktar għall-benefiċċju ta' persuna oħra.
|
4.
|
‘Interess fuq Ekwità’, fil-każ ta' sħubija li hija Istituzzjoni Finanzjarja, tfisser jew interess fuq kapital jew interess fuq il-qligħ fi sħubija. Fil-każ ta' trust li tkun Istituzzjoni Finanzjarja, interess fuq Ekwità hu meqjus li jkun miżmum minn kwalunkwe persuna ttrattata bħala settlor jew benefiċjarju tat-trust kollha jew ta' parti minnha, jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv aħħari fuq it-trust. Persuna Rapportabbli tiġi ttrattata bħala benefiċjarju ta' trust jekk tali Persuna Rapportabbli jkollha d-dritt li tirċievi direttament jew indirettament (pereżempju, permezz ta' nominat) distribuzzjoni mandatorja jew tista' tirċievi, direttament jew indirettament, distribuzzjoni diskrezzjonarja mit-trust.
|
5.
|
‘Kuntratt ta' Assigurazzjoni’ tfisser kuntratt (minbarra Kuntratt ta' Vitalizju) skont liema l-emittent jaqbel li jħallas ammont mal-okkorrenza ta' kontinġenza speċifikata li tinvolvi mortalità, morbożità, inċident, responsabbiltà, jew riskju tal-proprjetà.
|
6.
|
‘Kuntratt ta' Vitalizju’ tfisser kuntratt li bih l-emittent jaqbel li jagħmel pagamenti għal perjodu ta' żmien determinat bis-sħiħ jew b'mod parzjali b'referenza għall-istennija tal-ħajja ta' individwu wieħed jew aktar. It-terminu jinkludi wkoll kuntratt li huwa meqjus bħala kull Kuntratt ta' Vitalizju skont il-liġi, ir-regolament jew il-prattika tal-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) li fiha nħareġ il-kuntratt, u li skont liema l-emittent jaqbel li jagħmel pagamenti għal terminu ta' snin.
|
7.
|
‘Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus’ tfisser Kuntratt tal-Assigurazzjoni (minbarra kuntratt tar-riassigurazzjoni ta' indennizz bejn żewġ kumpanniji tal-assigurazzjoni) li għandu Valur fi Flus.
|
8.
|
‘Valur fi Flus’ tfisser l-ikbar minn (i) l-ammont li d-detentur tal-polza huwa intitolat li jirċievi meta sseħħ iċ-ċessjoni jew it-terminazzjoni tal-kuntratt (determinat mingħajr tnaqqis għal kwalunkwe ħlas għaċ-ċediment jew self għall-polza), u (ii) l-ammont li d-detentur tal-polza jista' jissellef skont jew fir-rigward tal-kuntratt. Minkejja dan ta' hawn fuq, it-terminu ‘Valur fi Flus’ ma jinkludix ammont pagabbli skont Kuntratt tal-Assigurazzjoni:
(a)
|
unikament minħabba l-mewt ta' individwu assigurat skont kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja;
|
(b)
|
bħala benefiċċju għal korriment personali jew għall-mard jew bħala benefiċċju ieħor li jipprovdi indennizz ta' telf ekonomiku mġarrab malli jseħħ l-avveniment kopert mill-assigurazzjoni;
|
(c)
|
bħala rifużjoni ta' primjum imħallas qabel (nieqes l-ispiża tal-ħlasijiet tal-assigurazzjoni kemm jekk attwalment imposti jew le) skont kuntratt tal-Assigurazzjoni (minbarra kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja marbut ma' investiment jew kuntratt ta' Vitalizju) minħabba kanċellazzjoni jew terminazzjoni tal-kuntratt, tnaqqis fl-espożizzjoni tar-riskju matul il-perjodu effettiv tal-kuntratt, jew b'riżultat tal-korrezzjoni ta' kollokament jew żball simili rigward il-primjum għall-kuntratt;
|
(d)
|
bħala dividend ta' dententur tal-polza (minbarra dividend tat-terminazzjoni) sakemm id-dividend jirrigwarda Kuntratt tal-Assigurazzjoni skont liema l-uniċi benefiċċji pagabbli huma deskritti fis-subparagrafu C(8)(b); jew
|
(e)
|
bħala redditu ta' primjum bil-quddiem jew depożitu tal-primjum għal Kuntratt tal-Assigurazzjoni li għalih il-primjum għandu jitħallas mill-inqas annwalment jekk l-ammont tal-primjum bil-quddiem jew id-depożitu tal-primjum ma jaqbiżx il-primjum annwali li jmiss li se jkun pagabbli skont il-kuntratt.
|
|
9.
|
‘Kont Preeżistenti’ tfisser:
(a)
|
Kont Finanzjarju miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mill-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju 27 ta' Mejju 2015.
|
(b)
|
Stat Membru jew l-Iżvizzera għandu jkollhom l-għażla li jestendu t-terminu ‘Kont Preeżistenti’ sabiex ikun tfisser ukoll kwalunkwe Kont Finanzjarju ta' Detentur ta' Kont, irrispettivament mid-data li fiha nfetaħ dan il-Kont Finanzjarju, jekk:
(i)
|
id-Detentur tal-Kont iżomm ukoll mal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jew ma' Entità Relatata fl-istess ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) bħall-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, Kont Finanzjarju li huwa Kont Preeżistenti skont is-subparagrafu C(9)(a);
|
(ii)
|
l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u, kif applikabbli, l-Entità Relatata fl-istess ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) bħall-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, tittratta ż-żewġ Kontijiet Finanzjarji msemmijin hawn fuq, u kwalunkwe Kont Finanzjarju ieħor tad-Detentur tal-Kont li jiġi ttrattat bħala Kont Preeżistenti skont il-punt (b), bħala Kont Finanzjarju uniku sabiex jiġu ssodisfati l-istandards tar-rekwiżiti ta' għarfien stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu A tat-Taqsima VII, u sabiex jiġi determinat il-bilanċ jew il-valur ta' kwalunkwe wieħed mill-Kontijiet Finanzjarji meta jiġi applikat kwalunkwe wieħed mil-limiti tal-kont;
|
(iii)
|
fir-rigward ta' Kont Finanzjarju li huwa soġġett għall-Proċeduri tal-AML/KYC, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti hija permessa tissodisfa dawn il-Proċeduri tal-AML/KYC għall-Kont Finanzjarju billi toqgħod fuq il-Proċeduri tal-AML/KYC mwettqa għall-Kont Preeżistenti deskritt fis-subparagrafu C(9)(a); u
|
(iv)
|
il-ftuħ tal-Kont Finanzjarju ma jeħtieġx l-għoti ta' informazzjoni ġdida, addizzjonali jew emendata tal-klijent mid-Detentur tal-Kont ħlief għall-finijiet ta' dan il-Ftehim.
|
|
Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Iżvizzera, u l-Iżvizzera għandha tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea, jekk eżerċitawx l-opzjoni prevista f'dan il-punt. Il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkoordina t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mingħand l-Istati Membri lill-Iżvizzera u l-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat il-komunikazzjoni mingħand l-Iżvizzera lill-Istati Membri kollha. Kwalunkwe bidla oħra fl-eżerċitar ta' dik l-għażla minn Stat Membru jew mill-Iżvizzera għandha tiġi kkomunikata bl-istess mod.
|
10.
|
‘Kont Ġdid’ tfisser Kont Finanzjarju miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti miftuħ mad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015 jew wara, sakemm ma jkunx ittrattat bħala Kont Preeżistenti skont id-definizzjoni estiża ta' Kont Preeżistenti fis-subparagrafu C(9).
|
11.
|
‘Kont Individwali Preeżistenti’ tfisser Kont Preeżistenti miżmum minn individwu wieħed jew aktar.
|
12.
|
‘Kont Individwali Ġdid’ tfisser Kont Ġdid miżmum minn individwu wieħed jew aktar.
|
13.
|
‘Kont ta' Entità Preeżistenti’ tfisser Kont Preeżistenti miżmum minn Entità waħda jew aktar.
|
14.
|
‘Kont ta' Valur Aktar Baxx’ tfisser Kont Individwali Preeżistenti b'bilanċ jew valur aggregat fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015 li ma jaqbiżx USD 1 000 000, jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera.
|
15.
|
‘Kont ta' Valur Għoli’ tfisser Kont Individwali Preeżistenti b'bilanċ jew valur aggregat li jaqbeż USD 1 000 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera fil-31 ta' Diċembru ta' qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015 jew mill-31 ta' Diċembru ta' kwalunkwe sena sussegwenti.
|
16.
|
‘Kont ta' Entità Ġdid’ tfisser Kont Ġdid miżmum minn Entità waħda jew aktar.
|
17.
|
‘Kont Eskluż’ tfisser kwalunkwe wieħed mill-kontijiet li ġejjin:
(a)
|
kont ta' rtirar jew tal-pensjoni li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(i)
|
il-kont huwa soġġett għal regolamentazzjoni bħala kont ta' rtirar personali jew huwa parti minn pjan ta' rtirar jew tal-pensjoni rreġistrat jew irregolat għall-provvediment ta' benefiċċji ta' rtirar jew tal-pensjoni (inklużi benefiċċji ta' diżabilità jew mewt);
|
(ii)
|
il-kont jibbenifika minn benefiċċji tat-taxxa (jiġifieri l-kontribuzzjonijiet għall-kont li jkunu soġġetti għat-taxxa mod ieħor jiġu mnaqqsa jew esklużi mill-introjtu gross tad-Detentur tal-Kont jew intaxxati b'rata mnaqqsa, jew it-tassazzjoni ta' introjtu minn investiment mill-kont tiġi differita jew intaxxata b'rata mnaqqsa);
|
(iii)
|
ir-rappurtar tal-informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa huwa meħtieġ fir-rigward tal-kont;
|
(iv)
|
il-ġbid tal-flus isir bil-kondizzjoni li tintlaħaq età ta' rtirar speċifika, id-diżabilità, jew il-mewt, jew penali japplikaw għall-ġbid tal-flus li jkun sar qabel dawn l-avvenimenti speċifiċi; u
|
(v)
|
jew (i) il-kontribuzzjonijiet annwali huma limitati għal USD 50 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera jew inqas, jew (ii) hemm limitu ta' kontribuzzjoni massima tul il-ħajja għall-kont ta' USD 1 000 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera jew inqas, f'kull każ japplikaw ir-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita.
|
Kont Finanzjarju li b'mod ieħor jissodisfa r-rekwiżit tas-subparagrafu C(17)(a)(v) mhux se jonqos milli jissodisfa dan ir-rekwiżit unikament minħabba li dan il-Kont Finanzjarju jista' jirċievi assi jew fondi trasferiti minn Kont Finanzjarju wieħed jew aktar li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-subparagrafu C(17)(a) jew (b) jew minn fond tal-irtirar jew tal-pensjoni wieħed jew aktar li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kwalunkwe wieħed mis-subparagrafi B(5) sa (7).
|
(b)
|
kont li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(i)
|
il-kont huwa soġġett għal regolamentazzjoni bħala strument ta' investiment għal finijiet oħra għajr għall-irtirar u jiġi nnegozjat b'mod regolari f'suq tat-titoli stabbilit, jew il-kont huwa soġġett għal regolamentazzjoni bħala strument ta' tfaddil għal finijiet oħra għajr għall-irtirar;
|
(ii)
|
il-kont jibbenifika minn benefiċċji tat-taxxa (jiġifieri, il-kontribuzzjonijiet għall-kont li jkunu soġġetti għat-taxxa mod ieħor jiġu mnaqqsa jew esklużi mill-introjtu gross tad-Detentur tal-Kont jew intaxxati b'rata mnaqqsa, jew it-tassazzjoni ta' introjtu minn investiment mill-kont tkun differita jew intaxxata b'rata mnaqqsa);
|
(iii)
|
il-ġbid tal-flus isir bil-kondizzjoni li jissodisfa kriterji speċifiċi dwar il-fini tal-kont ta' investiment jew ta' tfaddil (pereżempju, l-għoti ta' benefiċċji edukattivi jew mediċi), jew il-penali japplikaw għall-ġbid tal-flus li jsir qabel dawn il-kriterji jkunu ssodisfati; u
|
(iv)
|
il-kontribuzzjonijiet annwali huma limitati għal USD 50 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera jew inqas, billi jiġu applikati r-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita.
|
Kont Finanzjarju li b'mod ieħor jissodisfa r-rekwiżit tas-subparagrafu C(17)(b)(iv) mhux se jonqos milli jissodisfa dan ir-rekwiżit unikament minħabba li dan il-Kont Finanzjarju jista' jirċievi assi jew fondi trasferiti minn wieħed jew aktar kontijiet finanzjarji li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-subparagrafu C(17)(a) jew (b) jew minn wieħed jew aktar fondi tal-irtirar jew tal-pensjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kwalunkwe wieħed mis-subparagrafi B(5) sa (7).
|
(c)
|
kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja b'perjodu ta' kopertura li jintemm qabel ma l-individwu assigurat jilħaq l-età ta' 90 sena, sakemm il-kuntratt jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(i)
|
primjums perjodiċi, li ma jonqsux matul iż-żmien, ikunu pagabbli mill-inqas kull sena matul il-perjodu li l-kuntratt ikun fis-seħħ jew sakemm l-assigurat jilħaq l-età ta' 90 sena, skont liema jkun l-iqsar;
|
(ii)
|
il-kuntratt ma għandu l-ebda valur tal-kuntratt li kwalunkwe persuna tista' taċċessa (permezz ta' ġbid ta' flus, self, jew mod ieħor) mingħajr ma jintemm il-kuntratt;
|
(iii)
|
l-ammont (minbarra benefiċċju tal-mewt) pagabbli malli jiġi kkanċellat jew malli jintemm il-kuntratt ma jistax jaqbeż l-aggregat ta' primjums imħallsa għall-kuntratt, wara li jitnaqqsu l-ammonti tal-ispejjeż ta' mortalità, morbożità, u l-ħlasijiet għal spejjeż (jekk effettivament imposti jew le) għall-perjodu jew għall-perjodi tal-eżistenza tal-kuntratt u kwalunkwe ammont imħallas qabel il-kanċellazzjoni jew it-terminazzjoni tal-kuntratt; u
|
(iv)
|
il-kuntratt ma jinżammx minn ċessjonarju għal valur.
|
|
(d)
|
kont li jinżamm biss minn patrimonju jekk id-dokumentazzjoni għal kont ta' dan it-tip tinkludi kopja tat-testment jew iċ-ċertifikat tal-mewt tal-persuna mejta.
|
(e)
|
kont stabbilit b'konnessjoni ma' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
|
ordni jew sentenza tal-qorti.
|
(ii)
|
bejgħ, skambju, jew kiri ta' proprjetà immobbli jew personali, sakemm il-kont jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
—
|
il-kont huwa ffinanzjat biss bi ħlas parzjali, kapparra, depożitu f'ammont xieraq biex jiġi żgurat obbligu direttament marbut mat-tranżazzjoni, jew ħlas simili, jew huwa ffinanzjat b'Assi Finanzjarju li hu ddepożitat fil-kont b'konnessjoni mal-bejgħ, l-iskambju, jew il-kiri tal-proprjetà;
|
—
|
il-kont huwa stabbilit u użat biss biex jiġi żgurat l-obbligu tax-xerrej li jħallas il-prezz għax-xiri tal-proprjetà, li l-bejjiegħ iħallas kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti, jew li s-sid jew il-kerrej iħallas għal kwalunkwe dannu li jirrigwarda l-proprjetà mikrija kif miftiehem skont il-kuntratt tal-kera;
|
—
|
l-assi tal-kont, inkluż l-introjtu rikavat fuqhom, jitħallsu jew b'xi mod ieħor jitqassmu għall-benefiċċju tax-xerrej, il-bejjiegħ, is-sid, jew il-kerrej (inkluż biex jiġi ssodisfat l-obbligu ta' din il-persuna) meta tinbiegħ, tiġi skambjata jew ċeduta l-proprjetà, jew meta tintemm il-kirja;
|
—
|
il-kont mhuwiex marġni jew kont simili stabbilit b'rabta ma' bejgħ jew skambju ta' Assi Finanzjarju; u
|
—
|
il-kont mhuwiex assoċjat ma' kont deskritt fis-subparagrafu C(17)(f).
|
|
(iii)
|
obbligu ta' Istituzzjoni Finanzjarja li tagħti servizz ta' self garantit minn proprjetà immobbli biex jitwarrab fil-ġenb porzjon ta' pagament biss sabiex jiġi ffaċilitat il-ħlas ta' taxxi jew assigurazzjoni relatata ma' proprjetà immobbli aktar tard.
|
(iv)
|
obbligu ta' Istituzzjoni Finanzjarja biss sabiex jiġi ffaċilitat il-ħlas ta' taxxi aktar tard.
|
|
(f)
|
Kont Depożitarju li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(i)
|
il-kont jeżisti biss minħabba li klijent jagħmel pagament żejjed minn bilanċ dovut fir-rigward ta' karta ta' kreditu jew ta' faċilità ta' kreditu rinnovabbli oħra u l-pagament żejjed ma jmurx immedjatament lura għand il-klijent; u
|
(ii)
|
mad-dħul fis-seħħ, jew qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju fis-27 ta' Mejju 2015, l-Istituzzjoni Finanzjarja timplimenta linji politiċi u proċeduri jew biex timpedixxi lil klijent milli jagħmel pagament żejjed ogħla minn USD 50 000 jew ta' ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera, jew biex tiżgura li kwalunkwe pagament żejjed ta' klijent ogħla minn dak l-ammont jitħallas lura lill-klijent fi żmien 60 jum, filwaqt li f'kull każ tapplikat r-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għal aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita. Għal din il-fini, pagament żejjed ta' klijent ma jirreferix għal bilanċi tal-kreditu sal-punt ta' imposti kkontestati iżda jinkludi bilanċi tal-kreditu li jirriżultaw mir-redditu minn merkanzija.
|
|
(g)
|
kwalunkwe kont ieħor li jippreżenta riskju baxx li jintuża għall-evażjoni tat-taxxa, għandu sostanzjalment karatteristiki simili għal kwalunkwe wieħed mill-kontijiet deskritti fis-subparagrafi C(17)(a) sa (f), u huwa definit fil-liġijiet nazzjonali bħala Kont Eskluż u, fil-każ tal-Istati Membri, huwa previst fl-Artikolu 8(7)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u kkomunikat lill-Iżvizzera u fil-każ tal-Iżvizzera, huwa kkomunikat lill-Kummissjoni Ewropea, diment li l-istatus ta' tali kont bħala Kont Eskluż ma jfixkilx l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.
|
|
|
D.
|
Kont Rapportabbli
1.
|
‘Kont Rapportabbli’ tfisser kont miżmum minn Persuni Rapportabbli jew minn NFE Passiva b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li hija Persuna Rapportabbli, sakemm dan ikun ġie identifikat bħala tali skont il-proċeduri ta' diliġenza dovuta deskritti fit-Taqsimiet II sa VII.
|
2.
|
‘Persuna Rapportabbli’ tfisser Persuna ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli minbarra: (i) korporazzjoni li l-istokk tagħha jiġi nnegozjat b'mod regolari f'wieħed jew aktar swieq tat-titoli stabbiliti; (ii) kwalunkwe korporazzjoni li hija Entità Relatata ta' korporazzjoni deskritta fil-klawsola (i); (iii) Entità Governattiva; (iv) Organizzazzjoni Internazzjonali; (v) Bank Ċentrali; jew (vi) Istituzzjoni Finanzjarja.
|
3.
|
‘Persuna ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli’ tfisser individwu jew Entità li hija residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli skont il-liġijiet tat-taxxa ta' dik il-ġurisdizzjoni, jew patrimonju ta' persuna deċeduta li kienet residenti ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli. Għal din il-fini, Entità bħal sħubija, sħubija b'responsabbiltà limitata jew arranġament legali simili, li m'għandhiex residenza għall-finijiet tat-taxxa għandha tkun ittrattata bħala residenti fil-ġurisdizzjoni fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha.
|
4.
|
‘Ġurisdizzjoni Rapportabbli’ tfisser l-Iżvizzera fir-rigward ta' Stat Membru jew Stat Membru fir-rigward tal-Iżvizzera fil-kuntest tal-obbligu li tingħata l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima I.
|
5.
|
It-terminu ‘Ġurisdizzjoni Parteċipanti’ fir-rigward ta' Stat Membru jew l-Iżvizzera jfisser:
(a)
|
kwalunkwe Stat Membru fir-rigward tar-rappurtar lill-Iżvizzera, jew
|
(b)
|
l-Iżvizzera fir-rigward tar-rappurtar lil Stat Membru, jew
|
(c)
|
kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra (i) li magħha l-Istat Membru rilevanti jew l-Iżvizzera, skont kif jitlob il-kuntest, għandu ftehim fis-seħħ skont liema dik il-ġurisdizzjoni tipprovdi l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima I, u (ii) li hija identifikata f'lista ppubblikata minn dak l-Istat Membru jew mill-Iżvizzera u nnotifikata lill-Iżvizzera, rispettivament lill-Kummissjoni Ewropea;
|
(d)
|
fir-rigward tal-Istati Membri, kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra (i) li magħha l-Unjoni Ewropea għandha ftehim fis-seħħ skont liema dik il-ġurisdizzjoni tipprovdi l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima I, u (ii) li hija identifikata f'lista ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea.
|
|
6.
|
‘Persuni Kontrollanti’ tfisser il-persuni fiżiċi li jeżerċitaw kontroll fuq Entità. Fil-każ ta' trust, dak it-terminu jfisser is-settlor(s), il-fiduċjarju(i), il-protettur(i) (jekk ikun hemm), il-benefiċjarju(i) jew klassi(jiet) ta' benefiċjarji, u kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv aħħari fuq it-trust, u fil-każ ta' arranġament legali għajr trust, dan it-terminu jfisser persuni f'pożizzjonijiet ekwivalenti jew simili. It-terminu ‘Persuni Kontrollanti’ għandu jiġi interpretat b'mod konsistenti mar-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja.
|
7.
|
‘NFE’ tfisser kwalunkwe Entità li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja.
|
8.
|
‘NFE Passiva’ tfisser kwalunkwe: (i) NFE li mhijiex NFE Attiva; jew (ii) Entità ta' Investiment deskritta fis-subparagrafu A(6)(b) li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Parteċipanti tal-Ġurisdizzjoni.
|
9.
|
‘NFE Attiva’ tfisser kwalunkwe NFE li tissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:
(a)
|
inqas minn 50 % tal-introjtu gross tal-NFE għas-sena kalendarja preċedenti jew perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor huwa introjtu passiv u inqas minn 50 % tal-assi miżmuma mill-NFE matul is-sena kalendarja preċedenti jew għall-perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor huma assi li jipproduċu jew jinżammu għall-produzzjoni ta' introjtu passiv;
|
(b)
|
l-istokk tal-NFE jiġi nnegozjat b'mod regolari f'suq tat-titoli stabbilit jew l-NFE hija Entità Relatata ta' Entità li l-istokk tagħha jiġi nnegozjat b'mod regolari f'suq tat-titoli stabbilit;
|
(c)
|
l-NFE hija Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali, Bank Ċentrali, jew Entità akkwiżita totalment ta' wieħed jew aktar minn ta' qabel;
|
(d)
|
sostanzjalment l-attivitajiet kollha tal-NFE jikkonsistu miż-żamma (b'mod totali jew parzjali) tal-istokk pendenti ta', jew mill-għoti ta' finanzjament u servizzi lil, waħda jew aktar sussidjarji li jidħlu f'kummerċ jew negozji oħra għajr in-negozju ta' Istituzzjoni Finanzjarja, ħlief li Entità ma tikkwalifikax għal dan l-istatus jekk l-Entità tiffunzjona (jew isservi) bħala fond ta' investiment, bħal fond ta' ekwità privata, fond ta' kapital ta' riskju, leveraged buyout fund, jew kwalunkwe strument ta' investiment li l-għan tiegħu hu li jakkwista jew jiffinanzja kumpaniji u mbagħad ikollu interessi f'dawk il-kumpaniji bħala assi kapitali għal finijiet ta' investiment;
|
(e)
|
l-NFE għadha mhux qed topera negozju u ma għandha l-ebda storja preċedenti ta' operat, iżda qiegħda tinvesti kapital f'assi bl-intenzjoni li topera negozju għajr dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja, sakemm l-NFE ma tikkwalifikax għal din l-eċċezzjoni wara d-data li hija 24 xahar wara d-data tal-organizzazzjoni inizjali tal-NFE;
|
(f)
|
l-NFE ma kinitx Istituzzjoni Finanzjarja f'dawn l-aħħar ħames snin, u tinsab fil-proċess li tillikwida l-assi tagħha jew qed torganizza lilha nnifisha mill-ġdid bl-intenzjoni li tkompli jew terġa' tibda l-operazzjonijiet f'negozju ieħor għajr dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja;
|
(g)
|
l-NFE primarjament tinvolvi ruħha fil-finanzjament u t-tranżazzjonijiet ta' hedging ma', jew għal, Entitajiet Relatati li mhumiex Istituzzjonijiet Finanzjarji, u ma tipprovdix finanzjament jew servizzi ta' hedging lil ebda Entità li mhijiex Entità Relatata, sakemm il-grupp ta' kwalunkwe tali Entità Relatata huwa primarjament involut f'negozju għajr dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja; jew
|
(h)
|
l-NFE tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(i)
|
hija stabbilita u topera fil-ġurisdizzjoni ta' residenza tagħha (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) esklussivament għal finijiet reliġjużi, ta' karità, xjentifiċi, artistiċi, kulturali, atletiċi, jew edukattivi; jew hija stabbilita u topera fil-ġurisdizzjoni ta' residenza tagħha (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) u hija organizzazzjoni professjonali, league tan-negozju, kamra tal-kummerċ, organizzazzjoni tax-xogħol, organizzazzjoni agrikola jew ortikulturali, league ċiviku jew organizzazzjoni mħaddma esklussivament għall-promozzjoni tal-benesseri soċjali;
|
(ii)
|
hija eżenti mit-taxxa fuq l-introjtu fil-ġurisdizzjoni ta' residenza tagħha (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra);
|
(iii)
|
ma għandha l-ebda azzjonist jew membru li għandu dritt jew interess benefiċjali fl-introjtu jew tal-assi tagħha;
|
(iv)
|
il-liġijiet applikabbli tal-ġurisdizzjoni ta' residenza tal-NFE (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) jew dokumenti tal-formazzjoni tal-NFE ma jippermettu li l-ebda introjtu jew assi tal-NFE jitqassmu lil, jew jiġu applikati għall-benefiċċju ta', persuna privata jew Entità mhux ta' karità għajr skont l-aġir tal-attivitajiet ta' karità tal-NFE, jew bħala ħlas ta' kumpens raġonevoli għal servizzi mogħtija, jew bħala ħlas li jirrappreżenta l-valur ġust tas-suq ta' proprjetà li tkun xtrat l-NFE; u
|
(v)
|
il-liġijiet applikabbli tal-ġurisdizzjoni ta' residenza tal-NFE (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) jew dokumenti tal-formazzjoni tal-NFE jeħtieġu li, mal-likwidazzjoni jew ix-xoljiment tal-NFE, l-assi kollha tagħha jitqassmu lil Entità Governattiva jew lil organizzazzjoni oħra mingħajr skop ta' qligħ, jew jiġu ttrasferiti lill-Gvern tal-ġurisdizzjoni ta' residenza tal-NFE (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) jew lil kwalunkwe suddiviżjoni politika tagħha.
|
|
|
|
E.
|
Mixxellanji
1.
|
‘Detentur ta' Kont’ tfisser il-persuna elenkata jew identifikata bħala d-detentur ta' Kont Finanzjarju mill-Istituzzjoni Finanzjarja li żżomm il-kont. Persuna, għajr Istituzzjoni Finanzjarja, li għandha Kont Finanzjarju għall-benefiċċju jew kont ta' persuna oħra bħala aġent, kustodju, persuna nominata, firmatarja, konsulent tal-investiment, jew intermedjarja, mhijiex trattata bħala detentur tal-kont għall-finijiet ta' dan l-Anness, filwaqt li din il-persuna oħra hija ttrattata bħala detentur tal-kont. Fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju, id-Detentur tal-Kont huwa kwalunkwe persuna intitolata li taċċessal-Valur fi Flus jew li tibdel il-benefiċjarju tal-kuntratt. Jekk l-ebda persuna ma tkun tista' taċċessal-Valur fi Flus jew tibdel il-benefiċjarju, id-Detentur tal-Kont huwa kwalunkwe persuna indikata bħala s-sid fil-kuntratt, u kwalunkwe persuna b'intitolament proprju għal pagament skont it-termini tal-kuntratt. Mal-maturità ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju, kull persuna intitolata li tirċievi pagament skont il-kuntratt hija ttrattata bħala Detentur tal-Kont.
|
2.
|
‘Proċeduri tal-AML/KYC’ tfisser proċeduri ta' diliġenza dovuta tal-klijent ta' Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont ir-rekwiżiti kontra l-ħasil tal-flus jew rekwiżiti simili li għalihom hija soġġetta din l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti.
|
3.
|
‘Entità’ tfisser persuna ġuridika jew arranġament legali, bħal korporazzjoni, sħubija, trust, jew fondazzjoni.
|
4.
|
Entità hija ‘Entità Relatata’ ta' Entità oħra jekk kwalunkwe Entità tikkontrolla lill-Entità l-oħra, jew iż-żewġ Entitajiet huma taħt kontroll komuni. Għal dan l-għan il-kontroll jinkludi sjieda diretta jew indiretta ta' aktar minn 50 % tal-votazzjoni u l-valur f'Entità. Stat Membru jew l-Iżvizzera għandu jkollhom l-opzjoni li jiddefinixxu Entità bħala ‘Entità Relatata’ ta' Entità oħra jekk (a) kwalunkwe Entità tikkontrolla lill-Entità l-oħra; (b) iż-żewġ Entitajiet huma taħt kontroll komuni; jew (c) iż-żewġ Entitajiet huma Entitajiet ta' Investiment deskritti fis-subparagrafu A(6)(b), taħt ġestjoni komuni, u din il-ġestjoni tissodisfa l-obbligi ta' diliġenza dovuta ta' dawn l-Entitajiet ta' Investiment. Għal dan l-għan il-kontroll jinkludi sjieda diretta jew indiretta ta' aktar minn 50 % tal-votazzjoni u l-valur f'Entità.
Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju fis-27 ta' Mejju 2015, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Iżvizzera u l-Iżvizzera għandha tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea jekk eżerċitawx l-opzjoni prevista f'dan is-subparagrafu. Il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkoordina t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mingħand l-Istati Membri lill-Iżvizzera u l-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat il-komunikazzjoni mingħand l-Iżvizzera lill-Istati Membri kollha. Kwalunkwe bidla oħra fl-eżerċitar ta' dik l-għażla minn Stat Membru jew mill-Iżvizzera għandha tiġi kkomunikata bl-istess mod.
|
5.
|
‘NIT’ tfisser in-Numru ta' Identifikazzjoni tal-Kontribwent (jew l-ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta' Numru ta' Identifikazzjoni tal-Kontribwent).
|
6.
|
It-terminu ‘Evidenza Dokumentata’ jinkludi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
|
ċertifikat ta' residenza maħruġ minn korp governattiv awtorizzat (pereżempju, gvern jew aġenzija tiegħu, jew muniċipalità) tal-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) li l-benefiċjarju jiddikjara li hu residenti fiha.
|
(b)
|
fir-rigward ta' individwu, kwalunkwe identifikazzjoni valida maħruġa minn korp governattiv awtorizzat (pereżempju, gvern jew aġenzija tiegħu, jew muniċipalità), li tinkludi l-isem tal-individwu tipikament tintuża għal finijiet ta' identifikazzjoni.
|
(c)
|
fir-rigward ta' Entità, kwalunkwe dokumentazzjoni uffiċjali maħruġa minn korp governattiv awtorizzat (pereżempju, gvern jew aġenzija tiegħu, jew muniċipalità) li tinkludi l-isem tal-Entità u jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tagħha fil-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) li fiha hija tiddikjara li hija residenti jew il-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) fejn l-Entità kienet inkorporata jew organizzata.
|
(d)
|
kwalunkwe dikjarazzjoni finanzjarja awditjata, rapport tal-kreditu minn partijiet terzi, dikjarazzjoni ta' falliment, jew rapport tar-regolatur tat-titoli.
|
Fir-rigward ta' Kont ta' Entità Preeżistenti, kull Stat Membru jew l-Iżvizzera għandu jkollhom l-opzjoni li jippermettu lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti li jużaw bħala Evidenza Dokumentata kwalunkwe klassifikazzjoni fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarj Rapportanti fir-rigward tad-Detentur ta' Kont li kien iddeterminat abbażi ta' sistema ta' kodiċi tal-industrija standardizzata, li kien irreġistrat minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti konsistenti mal-prattiki tan-negozju normali tagħha għal finijiet ta' Proċeduri tal-AML/KYC jew finijiet regolatorji oħra (ħlief għal finijiet tat-taxxa) u li ġiet implimentata minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti qabel id-data użata għall-klassifikazzjoni tal-Kont Finanzjarju bħala Kont Preeżistenti, sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx taf jew ma jkollhiex raġuni biex tkun taf li din il-klassifikazzjoni hija żbaljata jew mhux affidabbli. ‘Sistema standardizzata ta' kkowdjar tal-industrija’ tfisser sistema ta' kodiċi użata għall-klassifikazzjoni ta' stabbilimenti skont it-tip ta' negozju għal finijiet oħra li mhumiex finijiet tat-taxxa.
Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Iżvizzera u l-Iżvizzera għandha tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea jekk eżerċitawx l-opzjoni prevista f'dan is-subparagrafu. Il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkoordina t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mingħand l-Istati Membri lill-Iżvizzera u l-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat il-komunikazzjoni mingħand l-Iżvizzera lill-Istati Membri kollha. Kwalunkwe bidla oħra fl-eżerċitar ta' dik l-għażla minn Stat Membru jew mill-Iżvizzera għandha tiġi kkomunikata bl-istess mod.
|
|
TAQSIMA IX
IMPLIMENTAZZJONI EFFETTIVA
Kull Stat Membru u l-Iżvizzera għandu jkollhom regoli u proċeduri amministrattivi fis-seħħ sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta', u l-konformità mal-proċeduri ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta stabbiliti hawn fuq, inkluż:
1.
|
regoli li jipprevjenu kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja, persuni jew intermedjarji milli jadottaw prattiki maħsuba biex jiġu evitati l-proċeduri ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta;
|
2.
|
regoli li jeħtieġu li l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti żżomm rekords tal-passi li ttieħdu u kwalunkwe evidenza użata għat-twettiq tal-proċeduri ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta, u miżuri xierqa biex jinkisbu dawk ir-rekords;
|
3.
|
proċeduri amministrattivi biex tiġi vverifikata l-konformità tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti mal-proċeduri ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta; proċeduri amministrattivi biex isir segwitu ma' Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti meta jiġu rappurtati kontijiet mhux dokumentati;
|
4.
|
proċeduri amministrattivi biex jiġi żgurat li l-Entitajiet u l-kontijiet definiti fil-liġi domestika bħala Istituzzjonijiet Finanzjarji mhux Rapportanti u Kontijiet Esklużi jibqa' jkollhom riskju baxx li jintużaw għall-evażjoni tat-taxxa; u
|
5.
|
dispożizzjonijiet ta' infurzar effettivi biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' konformità.
|
ANNESS II
Regoli ta' Rappurtar Komplementari u ta' Diliġenza Dovuta għal Informazzjoni ta' Kont Finanzjarju
1. Bidla fiċ-ċirkostanzi
‘Bidla fiċ-ċirkostanzi’ tinkludi kwalunkwe bidla li tirriżulta fiż-żieda ta' informazzjoni rilevanti għall-istatus ta' persuna jew li b'xi mod ieħor tkun f'kunflitt mal-status ta' dik il-persuna. Barra minn hekk, bidla fiċ-ċirkostanzi tinkludi kwalunkwe bidla jew żieda ta' informazzjoni fil-kont tad-Detentur tal-Kont (inkluż iż-żieda, is-sostituzzjoni, jew bidla oħra ta' Detentur tal-Kont) jew kwalunkwe bidla jew żieda ta' informazzjoni fi kwalunkwe kont assoċjat ma' tali kont (bl-applikazzjoni tar-regoli ta' aggregazzjoni tal-kont deskritti fis-subparagrafi C(1) sa (3) tat-Taqsima VII tal-Anness I) jekk tali bidla jew żieda ta' informazzjoni taffettwa l-istatus tad-Detentur tal-Kont.
Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun ibbażat ruħha fuq it-test tal-indirizz tar-residenza deskritt fis-subparagrafu B(1) tat-Taqsima III tal-Anness I u jkun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi li tikkawża lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li tkun taf jew ikollha raġuni biex tkun taf li l-Evidenza Dokumentata oriġinali (jew dokumentazzjoni ekwivalenti oħra) hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha, sal-iktar tard mill-aħħar jum tas-sena kalendarja rilevanti jew perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor, jew 90 jum kalendarju wara l-avviż jew l-iskoperta ta' tali bidla fiċ-ċirkostanzi, tikseb awtoċertifikazzjoni u Evidenza Dokumentata ġdida biex tiġi stabbilita r-residenza(i) għal finijiet ta' taxxa tad-Detentur tal-Kont. Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax tikseb l-awtoċertifikazzjoni u Evidenza Dokumentata ġdida sa tali data, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika l-proċedura tat-tiftix ta' rekords b'mod elettroniku deskritta fis-subparagrafi B(2) sa (6) tat-Taqsima III tal-Anness I.
2. Awtoċertifikazzjoni għal Kontijiet tal-Entità Ġodda
Fir-rigward tal-Kontijiet ta' Entità Ġodda, għall-finijiet tad-determinazzjoni jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva hijiex Persuna Rapportabbli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tibbaża ruħha biss fuq awtoċertifikazzjoni jew mingħand id-Detentur tal-Kont jew il-Persuna Kontrollanti.
3. Residenza ta' Istituzzjoni Finanzjarja
Istituzzjoni Finanzjarja hija ‘residenti’ fi Stat Membru, fl-Iżvizzera jewf' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra jekk hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra (jiġifieri l-Ġurisdizzjoni Parteċipanti tista' tinforza r-rappurtar mill-Istituzzjoni Finanzjarja). B'mod ġenerali, meta Istituzzjoni Finanzjarja tkun residenti għall-finijiet ta' taxxa fi Stat Membru, fl-Iżvizzera jew f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra, hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra u hija, għalhekk, Istituzzjoni Finanzjarja tal-Istat Membru, Istituzzjoni Finanzjarja Żvizzera jew Istituzzjoni Finanzjarja ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra. Fil-każ ta' trust li tkun Istituzzjoni Finanzjarja (irrispettivament minn jekk hijiex residenti għall-finijiet ta' taxxa fi Stat Membru, fl-Iżvizzera jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra), it-trust hija meqjusa li hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra jekk wieħed jew aktar mill-fiduċjarji tagħha huma residenti f'dak l-Istat Membru, fl-Iżvizzera jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra ħlief jekk it-trust tirrapporta l-informazzjoni kollha meħtieġa li għandha tiġi rrapportata skont dan il-Ftehim jew ftehim ieħor li jimplimenta l-Istandard Globali fir-rigward ta' Kontijiet Rapportabbli miżmuma mit-trust lil Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra), għax hija residenti għall-finijiet ta' taxxa f'tali Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra. Madankollu, meta Istituzzjoni Finanzjarja (għajr trust) ma għandhiex residenza għal finijiet ta' taxxa (pereżempju, għax tiġi ttrattata bħala fiskalment trasparenti, jew tinsab f'ġurisdizzjoni li ma għandhiex taxxa fuq l-introjtu), din hija meqjusa bħala li hi soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra, u għalhekk hija Istituzzjoni Finanzjarja ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra jekk:
(a)
|
hija inkorporata skont il-liġijiet tal-Istat Membru, tal-Iżvizzera jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra;
|
(b)
|
għandha l-post ta' ġestjoni tagħha (inkluża l-ġestjoni effettiva) fl-Istat Membru, fl-Iżvizzera jew f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra; jew
|
(c)
|
hija soġġetta għal superviżjoni finanzjarja fl-Istat Membru, fl-Iżvizzera jew f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra.
|
Meta Istituzzjoni Finanzjarja (għajr trust) hija residenti f'żewġ Ġurisdizzjonijiet Parteċipanti jew aktar (li jkunu Stat Membru, l-Iżvizzera jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra), tali Istituzzjoni Finanzjarja tkun soġġetta għall-obbligi ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta tal-Ġurisdizzjoni Parteċipanti li fiha żżomm Kont(ijiet) Finanzjarju/i.
4. Kont miżmum
B'mod ġenerali, kont jitqies bħala li huwa miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja kif ġej:
(a)
|
fil-każ ta' Kont ta' Kustodja, mill-Istituzzjoni Finanzjarja li jkollha kustodja fuq l-assi fil-kont (inkluża Istituzzjoni Finanzjarja li żżomm assi f'isem ta' triq għal Detentur ta' Kont f'tali istituzzjoni).
|
(b)
|
fil-każ ta' Kont Depożitarju, mill-Istituzzjoni Finanzjarja li tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward tal-kont (bl-esklużjoni ta' aġent ta' Istituzzjoni Finanzjarja irrispettivament minn jekk tali aġent huwiex Istituzzjoni Finanzjarja).
|
(c)
|
fil-każ ta' kwalunkwe ekwità jew ta' interess ta' dejn f'Istituzzjoni Finanzjarja li tikkostitwixxi Kont Finanzjarju, minn tali Istituzzjoni Finanzjarja.
|
(d)
|
fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew kwalunkwe Kuntratt ta' Vitalizju, mill-Istituzzjoni Finanzjarja li tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward tal-kuntratt.
|
5. Trusts li huma NFEs Passivi
Entità bħal sħubija, sħubija b'responsabbiltà limitata jew arranġament legali simili li m'għandha l-ebda residenza għal finijiet ta' taxxa, skont is-subparagrafu VIII(3) tat-Taqsima I tal-Anness I, għandha tiġi ttrattata bħala residenti f'ġurisdizzjoni fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha. Għal dawn il-finijiet, persuna ġuridika jew arranġament legali huma meqjusa bħala li huma ‘simili’ għal sħubija u sħubija b'responsabbiltà limitata fejn din ma tiġix trattata bħala unità taxxabbli f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli skont il-liġijiet dwar it-taxxa ta' dik il-Ġurisdizzjoni Rapportabbli. Madankollu, sabiex jiġi evitat rapportar doppju (minħabba l-ambitu wiesgħa tat-terminu ‘Persuni Kontrollanti’ fil-każ ta' trusts), trust li huwa NFE Passiva ma jistax jitqies bħala li hu arranġament legali simili.
6. Indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità
Wieħed mir-rekwiżiti deskritti fis-subparagrafu E(6)(c) tat-Taqsima VIII tal-Anness I huwa li, fir-rigward ta' Entità, id-dokumentazzjoni uffiċjali tinkludi jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità fl-Istat Membru, fl-Iżvizzera jew f'ġurisdizzjoni oħra li fiha hija tiddikjara li hija residenti jew l-Istat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra li fiha l-Entità kienet inkorporata jew organizzata. L-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità ġeneralment huwa l-post fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha. L-indirizz ta' Istituzzjoni Finanzjarja li magħha l-Entità żżomm kont, kaxxa postali, jew indirizz użati biss għal finijiet postali mhuwiex l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità sakemm dan l-indirizz ma jkunx l-uniku indirizz użat mill-Entità u jidher bħala l-indirizz reġistrat tal-Entità fid-dokumenti organizzattivi tal-Entità. Barra minn hekk, indirizz li jiġi pprovdut soġġett għall-istruzzjonijiet sabiex tinżamm il-posta kollha għal dak l-indirizz mhuwiex l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità.
ANNESS III
Lista tal-Awtoritajiet Kompetenti tal-partijiet kontraenti
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, l-Awtoritajiet Kompetenti huma:
(a)
|
fl-Iżvizzera, Le chef du Département fédéral des finances ou son représentant autorisé/Der Vorsteher oder die Vorsteherin des Eidgenössischen Finanzdepartements oder die zu seiner oder ihrer Vertretung bevollmächtigte Person/Il capo del Dipartimento federale delle finanze o la persona autorizzata a rappresentarlo,
|
(b)
|
fir-Renju tal-Belġju: De Minister van Financiën/Le Ministre des Finances jew rappreżentant awtorizzat,
|
(c)
|
fir-Repubblika tal-Bulgarija: Изпълнителният директор на Националната агенция за приходите jew rappreżentant awtorizzat,
|
(d)
|
fir-Repubblika Ċeka: Ministr financí jew rappreżentant awtorizzat,
|
(e)
|
fir-Renju tad-Danimarka: Skatteministeren jew rappreżentant awtorizzat,
|
(f)
|
fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja: Der Bundesminister der Finanzen jew rappreżentant awtorizzat,
|
(g)
|
fir-Repubblika tal-Estonja: Rahandusminister jew rappreżentant awtorizzat,
|
(h)
|
fir-Repubblika Ellenika: Ο Υπουργός Οικονομίας και Οικονομικών jew rappreżentant awtorizzat,
|
(i)
|
fir-Renju ta' Spanja: El Ministro de Economía y Hacienda jew rappreżentant awtorizzat,
|
(j)
|
fir-Repubblika Franċiża: Le Ministre chargé du budget jew rappreżentant awtorizzat,
|
(k)
|
fir-Repubblika tal-Kroazja: Ministar financija jew rappreżentant awtorizzat
|
(l)
|
fl-Irlanda: The Revenue Commissioners jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom,
|
(m)
|
fir-Repubblika Taljana: Il Capo del Dipartimento per le Politiche Fiscali jew rappreżentant awtorizzat,
|
(n)
|
fir-Repubblika ta' Ċipru: Υπουργός Οικονομικών jew rappreżentant awtorizzat,
|
(o)
|
fir-Repubblika tal-Latvja: Finanšu ministrs jew rappreżentant awtorizzat,
|
(p)
|
fir-Repubblika tal-Litwanja: Finansu ministras jew rappreżentant awtorizzat,
|
(q)
|
fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu: Le Ministre des Finances jew rappreżentant awtorizzat,
|
(r)
|
fl-Ungerija: A pénzügyminiszter jew rappreżentant awtorizzat,
|
(s)
|
fir-Repubblika ta' Malta: Il-Ministru responsabbli għall-Finanzi jew rappreżentant awtorizzat,
|
(t)
|
fir-Renju tan-Netherlands: De Minister van financiën jew rappreżentant awtorizzat,
|
(u)
|
fir-Repubblika tal-Awstrija: Der Bundesminister für Finanzen jew rappreżentant awtorizzat,
|
(v)
|
fir-Repubblika tal-Polonja: Minister Finansów jew rappreżentant awtorizzat,
|
(w)
|
fir-Repubblika Portugiża: O Ministro das Finanças jew rappreżentant awtorizzat,
|
(x)
|
fir-Rumanija: Președintele Agenției Naționale de Administrare Fiscală jew rappreżentant awtorizzat,
|
(y)
|
fir-Repubblika tas-Slovenja: Minister za finance jew rappreżentant awtorizzat,
|
(z)
|
fir-Repubblika Slovakka: Minister financií jew rappreżentant awtorizzat,
|
(aa)
|
fir-Repubblika tal-Finlandja: Valtiovarainministeriö/Finansministeriet jew rappreżentant awtorizzat,
|
(ab)
|
fir-Renju tal-Iżvezja: Chefen för Finansdepartementet jew rappreżentant awtorizzat,
|
(ac)
|
fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fit-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom huwa responsabbli r-Renju Unit: the Commissioners of Inland Revenue jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom u l-awtorità kompetenti f'Ġibilterra, li r-Renju Unit jaħtar skont l-Arranġamenti Miftiehma relatati mal-awtoritajiet ta' Ġibilterra fil-kuntest ta' strumenti tal-UE u tal-KE u trattati relatati nnotifikati lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta' April 2000, li kopja tagħhom għandha tiġi notifikata lill-Iżvizzera mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u li għandhom japplikaw għal dan il-Ftehim.
|
”. |