EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0011

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 11/2009 tal- 5 ta’ Frar 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 73, 19.3.2009, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/11(1)/oj

19.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 11/2009

tal-5 ta’ Frar 2009

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 129/2008 tas-5 ta’ Diċembru 2008 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/386/KE tat-23 ta’ April 2008 li timmodifika l-Anness A għad-Deċiżjoni 2006/679/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbilità fir-rigward tas-subsistema ta’ kontroll u ta’ sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea u l-Anness A għad-Deċiżjoni 2006/860/KE l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbilità fir-rigward tas-subsistema ta’ kontroll u ta’ sinjalar tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punti 37i (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/679/KE) u 37j (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/860/KE) tal-Anness XIII għall-Ftehim:

“—

32008 D 0386: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/386/KE tas-23 ta’ April 2008 (ĠU L 136, 24.5.2008, p. 11).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2008/386/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta’ Frar 2009, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Frar 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 25, 29.1.2009, p. 36.

(2)  ĠU L 136, 24.5.2008, p. 11.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top