Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1518

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1518 tad-9 ta' Ottubru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banco de España

ST/12208/2018/INIT

ĠU L 256, 12.10.2018, pp. 63–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1518/oj

12.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/63


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1518

tad-9 ta' Ottubru 2018

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banco de España

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta' Settembru 2018 tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España (BĊE/2018/22) (1),

Whereas:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Banco de España skada wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2017. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2018

(3)

Il-Banco de España għażel l-assoċjazzjoni temporanja tal-impriżi Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sa 2020, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2021 u 2022

(4)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE irrakkomanda li Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A, bħala assoċjazzjoni temporanja ta' impriżi, jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banco de España għas-snin finanzjarji 2018 sa 2020, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2021 u 2022.

(5)

Wara r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A., bħala assoċjazzjoni temporanja ta' impriżi, huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Banca de España għas-snin finanzjarji 2018 sa 2020.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊE.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. KÖSTINGER


(1)   ĠU C 325, 14.9.2018, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta' Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).


Top