This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0603
Eurodac: Sistema Ewropea għat-tqabbil tal-marki tas-swaba’ ta’ applikanti għall-ażil
Dan ilu japplika mill-20 ta’ Lulju 2015.
Il-protokoll mal-Liechtenstein u l-Iżvizzera daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2022. Il-protokoll mal-Iżlanda u n-Norveġja daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2022.
Il-Eurodac oriġinarjament inħolqot fl-2000 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000) u ilha topera mill-2003. Il-Kummissjoni tikkunsidra li hija għodda ta’ teknoloġija tal-informazzjoni ta’ suċċess.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, pp. 1-30).
Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera fir-rigward ta’ aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (ĠU L 240, 16.9.2022, p. 1).
Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew fin-Norveġja fir-rigward ta’ aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (ĠU L 240, 16.9.2022, p. 2).
Il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew fin-Norveġja fir-rigward ta’ aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (ĠU L 64, 3.3.2020, pp. 3-7).
Il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera fir-rigward ta’ aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (ĠU L 32, 4.2.2020, pp. 3-7).
Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-regolament tal-Eurodac rigward l-obbligu li jittieħdu l-marki tas-swaba’ (SWD(2015) 150 final, tas-27.5.2015).
Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, pp. 31-59).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 604/2013 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament 28.09.2022