This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R2153
Commission Delegated Regulation (EU) 2020/2153 of 14 October 2020 amending Council Regulation (EU) 2017/1939 as regards the categories of operational personal data and the categories of data subjects whose operational personal data may be processed in the index of case files by the European Public Prosecutor’s Office
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2153 tas-14 ta’ Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 fir-rigward tal-kategoriji ta’ data personali operazzjonali u l-kategoriji ta’ suġġetti tad-data li d-data personali operazzjonali tagħhom tista’ tiġi pproċessata fl-indiċi tal-fajls tal-każijiet mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2153 tas-14 ta’ Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 fir-rigward tal-kategoriji ta’ data personali operazzjonali u l-kategoriji ta’ suġġetti tad-data li d-data personali operazzjonali tagħhom tista’ tiġi pproċessata fl-indiċi tal-fajls tal-każijiet mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
C/2020/6797
ĠU L 431, 21.12.2020, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/12/2020
21.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 431/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2153
tas-7 ta’ Ottubru 2020
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 fir-rigward tal-kategoriji ta’ data personali operazzjonali u l-kategoriji ta’ suġġetti tad-data li d-data personali operazzjonali tagħhom tista’ tiġi pproċessata fl-indiċi tal-fajls tal-każijiet mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 49(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) ġie stabbilit biex jinvestiga, jagħmel prosekuzzjoni u jressaq quddiem il-ġustizzja l-awturi u l-kompliċi ta’ reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
(2) |
Is-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tinkludi indiċi tal-fajls tal-każijiet kollha. Id-data personali operazzjonali fl-indiċi hija limitata għad-data meħtieġa biex jiġu identifikati każijiet jew biex jiġu stabbiliti rabtiet bejn il-fajls tal-każijiet differenti. |
(3) |
Jenħtieġ li jiġu identifikati l-kategoriji ta’ data personali operazzjonali u l-kategoriji ta’ suġġetti tad-data li d-data personali operazzjonali tagħhom tista’ tiġi pproċessata fl-indiċi. |
(4) |
Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1939 jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-grupp ta’ esperti msemmi fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament (UE) 2017/1939 ġie kkonsultat fit-8 ta’ Mejju 2020. |
(6) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta l-opinjoni tiegħu fil-31 ta’ Lulju 2020, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fir-Regolament (UE) 2017/1939, it-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
“ANNESS
Kategoriji ta’ suġġetti tad-data u kategoriji ta’ data personali operazzjonali msemmija fl-Artikolu 49(3)
A. Kategoriji ta’ suġġetti tad-data li d-data personali operazzjonali tagħhom tista’ tiġi pproċessata fl-indiċi:
(a) |
persuni suspettati jew akkużati fil-proċedimenti kriminali tal-UPPE; |
(b) |
persuni kkundannati wara l-proċedimenti kriminali tal-UPPE; |
(c) |
persuni fiżiċi li rrappurtaw jew li huma vittmi ta’ reati li jaqgħu fil-kompetenza tal-UPPE; |
(d) |
kuntatti jew assoċjati ta’ waħda mill-persuni msemmija fil-punti (a) jew (b). |
B. Kategoriji ta’ data personali operazzjonali tal-kategoriji ta’ suġġetti tad-data msemmija fil-punti (a) u (b) tat-taqsima A li tista’ tiġi pproċessata fl-indiċi:
(a) |
il-kunjom, il-kunjom ta’ xebba, l-ismijiet mogħtija u kwalunkwe psewdonimu jew isem assunt; |
(b) |
id-data u l-post tat-twelid; |
(c) |
in-nazzjonalità; |
(d) |
is-sess; |
(e) |
il-post ta’ residenza, il-professjoni u l-post fejn tinsab il-persuna konċernata; |
(f) |
in-numri tas-sigurtà soċjali, il-kodiċijiet tal-ID, il-liċenzji tas-sewqan, id-dokumenti ta’ identifikazzjoni, id-data tal-passaport, in-numru tad-dwana u ta’ identifikazzjoni tat-taxxa; |
(g) |
id-deskrizzjoni u n-natura tar-reati allegati, id-data meta twettqu u l-kategorija kriminali tar-reati; |
(h) |
informazzjoni dwar persuni ġuridiċi relatati ma’ individwi identifikati jew identifikabbli li huma suġġetti għal investigazzjoni mwettqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew; |
(i) |
is-sħubija suspettata f’organizzazzjoni kriminali; |
(j) |
id-dettalji ta’ kontijiet miżmuma ma’ banek u ma’ istituzzjonijiet finanzjarji oħra; |
(k) |
in-numri tat-telefon, in-numri tas-SIM card, l-indirizzi tal-email, l-indirizzi tal-IP u l-kont u l-ismijiet tal-utenti użati fuq pjattaformi online; |
(l) |
id-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi; |
(m) |
l-assi identifikabbli li huma proprjetà tal-persuna jew li huma użati mill-persuna, bħall-kriptoassi u l-proprjetà immobbli. |
C. Kategoriji ta’ data personali operazzjonali tal-kategoriji ta’ suġġetti tad-data msemmija fil-punt (c) tat-taqsima A li tista’ tiġi pproċessata fl-indiċi, limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat sabiex l-UPPE jwettaq il-kompiti tiegħu ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni:
(a) |
il-kunjom, il-kunjom ta’ xebba, l-ismijiet mogħtija u kwalunkwe psewdonimu jew isem assunt; |
(b) |
id-data u l-post tat-twelid; |
(c) |
in-nazzjonalità; |
(d) |
is-sess; |
(e) |
il-post ta’ residenza, il-professjoni u l-post fejn tinsab il-persuna konċernata; |
(f) |
il-kodiċijiet tal-ID, id-dokumenti ta’ identifikazzjoni u d-data tal-passaport; |
(g) |
id-deskrizzjoni u n-natura tar-reati li jinvolvu lill-persuna kkonċernata jew li ġew irrappurtati minnha, id-data meta twettqu u l-kategorija kriminali tar-reati. |
D. Kategoriji ta’ data personali operazzjonali tal-kategoriji ta’ suġġetti tad-data msemmija fil-punt (d) tat-taqsima A li tista’ tiġi pproċessata fl-indiċi, limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat sabiex l-UPPE jwettaq il-kompiti tiegħu ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni:
(a) |
il-kunjom, il-kunjom ta’ xebba, l-ismijiet mogħtija u kwalunkwe psewdonimu jew isem assunt; |
(b) |
id-data u l-post tat-twelid; |
(c) |
in-nazzjonalità; |
(d) |
is-sess; |
(e) |
il-post ta’ residenza, il-professjoni u l-post fejn tinsab il-persuna konċernata; |
(f) |
il-kodiċijiet tal-ID, id-dokumenti ta’ identifikazzjoni u d-data tal-passaport.” |