EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2417

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2417 tas-17 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) fl-Unjoni (notifikata bid-dokument C(2015) 9191)

ĠU L 333, 19.12.2015, p. 143–147 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/08/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R1201

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/2417/oj

19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/143


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2417

tas-17 ta' Diċembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) fl-Unjoni

(notifikata bid-dokument C(2015) 9191)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789 (2) ilha tapplika minn Mejju 2015. Sadanittant, fid-dawl tan-notifiki ta' tifqigħat ġodda tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) (minn hawn 'il quddiem “l-organiżmu speċifikat”) mingħand l-awtoritajiet Franċiżi fit-territorji rispettivi tagħhom, il-miżuri stipulati f'dik id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati għas-sitwazzjoni attwali.

(2)

Analiżijiet xjentifiċi wrew li nstabu diversi subspeċijiet tal-organiżmu speċifikat fit-territorju tal-Unjoni. Barra minn hekk, diversi pjanti ospitanti nstabu li huma suxxettibbli għal waħda biss minn dawk is-subspeċijiet. Għaldaqstant, id-definizzjoni ta' pjanti ospitanti għandha tiġi emendata biex jiġu kkunsidrati dawn l-iżviluppi. Għall-istess raġuni, ikun ukoll xieraq li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jiddemarkaw żoni fir-rigward ta' dawk is-subspeċijiet biss.

(3)

Biex jiġi żgurat approċċ aktar f'waqtu fir-rigward tal-elenkar tal-pjanti ospitanti, li bħalissa huma elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789, għandha tiġi emendata d-definizzjoni ta' pjanti ospitanti, l-Anness II għandu jitħassar, u l-lista ta' pjanti ospitanti għandha tiġi ppubblikata f'bażi ta' dejta tal-Kummissjoni ta' “pjanti ospitanti suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa fit-territorju tal-Unjoni”.

(4)

Minħabba l-emenda tad-definizzjoni ta' pjanti ospitanti, ikun xieraq li tiġi emendata wkoll id-definizzjoni ta' pjanti speċifikati biex ikun żgurat li dawn ikopru l-pjanti ospitanti kollha minnufih wara li jiddaħħlu fil-bażi ta' dejta li hemm referenza għaliha fil-premessa (3).

(5)

Minħabba r-riskju tat-tixrid tal-organiżmu speċifikat f'xi parti mit-territorju tal-Unjoni, kif ukoll l-importanza ta' azzjoni bikrija, huwa partikolarment importanti li jiġu stabbiliti pjanijiet ta' kontinġenza fil-livell tal-Istat Membru sabiex tiġi żgurata tħejjija aħjar f'każ ta' potenzjal ta' tifqigħat.

(6)

Biex tiġi ffaċilitata r-riċerka xjentifika bil-għan li jiġu identifikati l-effetti preċiżi tal-organiżmu speċifikat fuq il-pjanti ospitanti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jingħata l-possibbiltà li jawtorizza t-tħawwil ta' pjanti ospitanti f'parti waħda jew aktar miż-żona tat-trażżin għal skopijiet xjentifiċi, f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE (3), u jiżgura l-protezzjoni tat-territorju tal-Unjoni li mhuwiex affettwat mill-organiżmu speċifikat. Madankollu, tali possibbiltà ma għandhiex teżisti għaż-żona li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 7(2)(c) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 minħabba li hija qrib il-bqija tat-territorju tal-Unjoni.

(7)

Fit-2 ta' Settembru 2015, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ippubblikat opinjoni xjentifika (4) dwar it-trattament bil-misħun ta' materjal għat-tħawwil tad-dwieli inattivi kontra l-organiżmu speċifikat. Dik l-opinjoni turi li l-kundizzjonijiet preskritti u rrakkomandati biex jiġi ttrattat il-materjal għat-tħawwil tad-dwieli kontra l-fitoplażma Grapevine flavescence dorée, huma wkoll effettivi kontra l-organiżmu speċifikat. Għaldaqstant huwa xieraq li jkun permess, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-moviment ta' pjanti inattivi ta' Vitis fiż-żoni demarkati u 'l barra minnhom wara li dawn il-pjanti jkunu għaddew minn trattament bil-misħun.

(8)

Filwaqt li titqies is-suxxettibbiltà tal-pjanti ospitanti li se jiġu infettati bl-organiżmu speċifikat, kif ukoll il-ħtieġa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-operaturi u t-traċċabbiltà f'każ ta' sejbiet pożittivi, huwa xieraq li jkun hemm provvediment li anke pjanti ospitanti li qatt ma tkabbru f'żoni demarkati, jistgħu jiċċaqalqu biss fit-territorju tal-Unjoni jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti. Madankollu, biex ma jiġux introdotti piżijiet amministrattivi sproporzjonati għall-bejjiegħa ta' dawk il-pjanti, dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għall-moviment ta' dawn il-pjanti għal persuni li jaġixxu għal skopijiet li ma għandhomx x'jaqsmu mal-kummerċ, in-negozju, jew il-professjoni tagħhom.

(9)

Minħabba l-effetti serji kkawżati mill-organiżmu speċifikat u l-importanza tal-prevenzjoni jew l-azzjoni malajr kemm jista' jkun biex jiġu kkontrollati t-tifqigħat potenzjal fit-territorju tal-Unjoni, l-Istati Membri kollha għandhom iqiegħdu informazzjoni dwar it-theddid tal-organiżmu speċifikat għat-territorju tal-Unjoni għad-disponibbiltà tal-pubbliku ġenerali, tal-vjaġġaturi, u tal-operaturi tat-trasport internazzjonali u professjonali.

(10)

Fis-27 ta' Lulju 2015, l-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ewwel tifqigħa tal-organiżmu speċifikat fir-reġjun ta' Korsika. Billi l-organiżmu speċifikat instab f'Korsika fuq pjanti ta' speċijiet li għadhom mhux elenkati bħala pjanti speċifikati, huwa xieraq li l-lista ta' pjanti speċifikati tiġi aġġornata biex tinkludi dawk l-ispeċijiet. Għaldaqstant, l-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2015/789/UE għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 għandha tiġi emendata kif xieraq.

(12)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-punti (a), (b) u (c) jinbidlu b'dan li ġej:

“(a)

‘organiżmu speċifikat’ tfisser kull subspeċi ta' Xylella fastidiosa (Wells et al);

(b)

‘pjanti ospitanti’ tfisser pjanti għat-tħawwil, ħlief żrieragħ, li jappartjenu għall-ġeneri u l-ispeċijiet elenkati fil-bażi ta' dejta tal-Kummissjoni ta' pjanti ospitanti suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa fit-territorju tal-Unjoni, bħala li jkunu nstabu li huma suxxettibbli fit-territorju tal-Unjoni għall-organiżmu speċifikat, jew, fejn Stat Membru jkun iddemarka żona fir-rigward ta' subspeċi wieħed jew aktar tal-organiżmu speċifikat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), bħala li tkun instabet li hija suxxettibbli għal dik jew dawk is-subspeċi;

(c)

‘pjanti speċifikati’ tfisser pjanti ospitanti u l-pjanti kollha għat-tħawwil, għajr żrieragħ, li jappartjenu għal ġeneri jew speċijiet elenkati fl-Anness I;”

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

Pjanijiet ta' kontinġenza

1.   Sal-31 ta' Diċembru 2016, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan li jistipula l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fit-territorju tiegħu skont l-Artikoli minn 4 sa 6a u l-Artikoli minn 9 sa 13a, f'każ ta' preżenza kkonfermata jew suspettata tal-organiżmu speċifikat (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-pjan ta' kontinġenza’).

2.   Il-pjan ta' kontinġenza għandu jistabbilixxi dan li ġej:

(a)

ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti f'dawk l-azzjonijiet u l-awtorità unika;

(b)

laboratorju wieħed jew aktar approvati speċifikament għall-ittestjar tal-organiżmu speċifikat;

(c)

ir-regoli dwar il-komunikazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet bejn il-korpi involuti, l-awtorità unika, l-operaturi professjonisti kkonċernati u l-pubbliku;

(d)

il-protokolli li jiddeskrivu l-metodi ta' eżamijiet viżivi, it-teħid ta' kampjuni u t-testijiet tal-laboratorju;

(e)

ir-regoli dwar it-taħriġ tal-persunal tal-korpi involuti f'dawk l-azzjonijiet;

(f)

ir-riżorsi minimi li jridu jkunu disponibbli u l-proċeduri biex isiru disponibbli riżorsi addizzjonali f'każ ta' preżenza kkonfermata jew issuspettata tal-organiżmu speċifikat.

3.   L-Istati Membri għandhom jevalwaw u janalizzaw il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom kif meħtieġ.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom lill-Kummissjoni meta titlobhom.”

(3)

L-Artikolu 4(1) jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Meta l-preżenza tal-organiżmu speċifikat tkun ġiet ikkonfermata, l-Istat Membru kkonċernat minnufih għandu jiddemarka żona skont il-paragrafu 2, minn hawn 'il quddiem ‘iż-żona demarkata’.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn il-preżenza ta' subspeċi partikolari wieħed jew aktar tal-organiżmu speċifikat tkun ikkonfermata, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddemarka żona fir-rigward ta' dak jew dawk is-subspeċi biss.”

(4)

L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-projbizzjoni dwar it-tħawwil ta' pjanti ospitanti f'żoni infettati

1.   It-tħawwil ta' pjanti ospitanti f'żoni infettati għandu jkun ipprojbit, ħlief f'siti li huma fiżikament protetti kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat mill-vetturi tiegħu.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat jista' jawtorizza, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE (*), it-tħawwil ta' pjanti ospitanti għal skopijiet xjentifiċi fiż-żona għat-trażżin tal-mard li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 7,0020'il barra miż-żona li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 7(2)(c).

(*)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li bihom ċerti organiżmi ta' ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE jistgħu jiddaħħlu jew jiġu mċaqalqa fil-Komunità jew f'ċerti żoni protetti tagħha, għal prova jew għal skopijiet xjentifiċi u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali (ĠU L 158, 18.6.2008, p. 41).”"

(5)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

Għandu jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:

“4a.   B'deroga mill-paragrafi 1 u 4, il-moviment fl-Unjoni, fiż-żoni demarkati jew 'il barra minnhom, ta' pjanti inattivi tal-Vitis maħsuba għat-tħawwil, għajr żrieragħ, jista' jsir jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-pjanti jkunu tkabbru f'sit irreġistrat skont id-Direttiva 92/90/KEE;

(b)

il-pjanti jkunu għaddew, fl-eqreb żmien possibbli għaċ-ċaqliq, minn trattament xieraq ta' termoterapija f'faċilità tat-trattament awtorizzata u ssorveljata mill-korp uffiċjali responsabbli għal dak l-għan, fejn il-pjanti inattivi jiġu mgħaddsa għal 45 minuta f'ilma msaħħan sa 50 °C, skont l-istandard tal-EPPO rilevanti (**).

(**)  L-EPPO (l-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti), 2012. It-trattament bil-misħun tad-dwieli għall-kontroll tal-fitoplażma Grapevine flavescence dorée. Bulletin OEPP/EPPO Bulletin, 42(3), 490–492.”"

(b)

Jiżdied il-paragrafu 8 li ġej:

“8.   Il-pjanti ospitanti li qatt ma tkabbru f'żoni demarkati għandhom jiġu ttrasportati fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti mħejji u maħruġ skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE.

Mingħajr preġudizzju għall-Parti A tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE, il-passaport tal-pjanti mhuwiex meħtieġ għall-moviment ta' pjanti ospitanti lil persuni, li qed jaġixxu għal skopijiet barra mill-kummerċ, min-negozju jew il-professjoni, u li jakkwistaw dawk il-pjanti għall-użu tagħhom stess.”

(6)

Jiddaħħal l-Artikolu 13a li ġej:

“Artikolu 13a

Kampanji ta' sensibilizzazzjoni

L-Istati Membri għandhom iqiegħdu informazzjoni dwar it-theddid tal-organiżmu speċifikat għat-territorju tal-Unjoni għad-disponibbiltà tal-pubbliku ġenerali, tal-vjaġġaturi, tal-operaturi tat-trasport internazzjonali u professjonali. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli pubblikament, f'forma ta' kampanji informattivi mmirati fuq il-websajts rispettivi tal-korpi uffiċjali responsabbli jew fuq websajts oħra magħżula minn dawn il-korpi.”

(7)

L-Annessi huma emendati kif stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789 tat-18 ta' Mejju 2015 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) fl-Unjoni (ĠU L 125, 21.5.2015, p. 36).

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/61/KE tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom ċerti organiżmi ta' ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-Annessi I sa V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE jistgħu jiddaħħlu jew jiġu mċaqalqa fil-Komunità jew f'ċerti żoni protetti tagħha, għal prova jew għal skopijiet xjentifiċi u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali (ĠU L 158, 18.6.2008, p. 41).

(4)  Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti, 2015. Scientific opinion on hot water treatment of Vitis sp. for Xylella fastidiosa. EFSA Journal 2015;13(9):4225, 10 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4225.


ANNESS

L-Annessi huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, il-pjanti li ġejjin jiddaħħlu f'ordni alfabetika:

 

Asparagus acutifolius L.

 

Cistus creticus L.

 

Cistus monspeliensis L.

 

Cistus salviifolius L.

 

Cytisus racemosus Broom

 

Dodonaea viscosa Jacq.

 

Euphorbia terracina L.

 

Genista ephedroides DC.

 

Grevillea juniperina L.

 

Hebe

 

Laurus nobilis L.

 

Lavandula angustifolia Mill.

 

Myoporum insulare R. Br.

 

Pelargonium graveolens L'Hér

 

Westringia glabra L.

(2)

L-Anness II jitħassar.


Top