Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0381

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 381/2014 tal-14 ta' April 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina

    ĠU L 111, 15.4.2014, p. 33–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/381/oj

    15.4.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 111/33

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 381/2014

    tal-14 ta' April 2014

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 208/2014.

    (2)

    Għandhom jiġu inklużi persuni addizzjonali fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014.

    (3)

    Barra minn hekk, l-informazzjoni ta' identifikazzjoni għal tliet persuni elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 għandha tiġi emendata.

    (4)

    L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-persuni elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014.

    Artikolu 2

    L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON

    (1)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1.

    ANNESS I

    Persuni msemmija fl-Artikolu 1.

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

    Data tal-elenkar

    19.

    Serhiy Arbuzov

    Imwieled fl-24 ta' Marzu 1976, ex-Prim Ministru tal-Ukraina.

    Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina għal involviment f'reati kriminali b'rabta mal-miżapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Ukrain u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.

    15.4.2014

    20.

    Yuriy Ivanyushchenko

    Imwieled fil-21 ta' Frar 1959, Membru Parlamentari tal-Partit tar-Reġjuni.

    Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina għal involviment f'reati kriminali b'rabta mal-miżapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Ukrain u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.

    15.4.2014

    21.

    Oleksandr Klymenko

    Imwieled fis-16 ta' Novembru 1980, ex-Ministru tad-Dħul u l-Ħlasijiet.

    Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina għal involviment f'reati kriminali b'rabta mal-miżapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Ukrain u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.

    15.4.2014

    22.

    Edward Stavytskyi

    Imwieled fl-4 ta' Ottubru 1972, ex-Ministru tal-Karburanti u l-Enerġija tal-Ukraina.

    Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina għal involviment f'reati kriminali b'rabta mal-miżapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Ukrain u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.

    15.4.2014

    ANNESS II

    L-entrati għall-persuni li ġejjin elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huma sostitwiti mill-entrati ta' hawn taħt:

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

    Data tal-elenkar

    9.

    Oleksandr Viktorovych Yanukovych

    Imwieled fl-10 ta' Lulju 1973, iben l-ex-President, negozjant.

    Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina dwar involviment f'reati b'rabta mal-approprjazzjoni indebita ta' fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.

    6.3.2014

    12.

    Serhii Petrovych Kliuiev

    Imwieled fid 19 ta' Awwissu 1969, ħu s-Sur Andrei Kliuiev, negozjant.

    Persuna soġġetta għal investigazzjoni fl-Ukraina dwar involviment f'reati b'rabta mal-approprjazzjoni indebita ta' fondi tal-Istat tal-Ukraina u t-trasferiment illegali tagħhom barra l-Ukraina.

    6.3.2014

    14.

    Oleksii Mykolayovych Azarov

    Imwieled fit-13 ta' Lulju 1971, iben l-ex-Prim Ministru Azarov.

    Top