This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013L0058
Directive 2013/58/EU of the European Parliament and of the Council of 11 December 2013 amending Directive 2009/138/EC (Solvency II) as regards the date for its transposition and the date of its application, and the date of repeal of certain Directives (Solvency I) Text with EEA relevance
Direttiva 2013/58/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Direttiva 2009/138/KE (Solvenza II) rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u d-data tal-applikazzjoni tagħha, u d-data tat-tħassir ta’ ċerti Direttivi (Solvenza I) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2013/58/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Direttiva 2009/138/KE (Solvenza II) rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u d-data tal-applikazzjoni tagħha, u d-data tat-tħassir ta’ ċerti Direttivi (Solvenza I) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 341, 18.12.2013, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
18.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 341/1 |
DIRETTIVA 2013/58/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Diċembru 2013
li temenda d-Direttiva 2009/138/KE (Solvenza II) rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u d-data tal-applikazzjoni tagħha, u d-data tat-tħassir ta’ ċerti Direttivi (Solvenza I)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 53(1) u 62 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tipprovdi sistema moderna bbażata fuq ir-riskju għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-impriżi Ewropej tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni tal-Unjoni. Dik is-sistema hija essenzjali sabiex jiġi żgurat settur tal-assigurazzjoni sikur u solidu li jista’ jipprovdi prodotti tal-assigurazzjoni sostenibbli u jappoġġa l-ekonomija reali permezz ta’ investimenti fit-tul u stabbiltà addizzjonali. |
(2) |
Id-Direttiva 2011/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tagħmel ċertu emenfi fl-Artikoli 212 sa 262 tad-Direttiva 2009/138/KE li għandhom isiru applikabbli mill-10 ta’ Ġunju 2013. |
(3) |
Id-Direttiva 2012/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) temenda d-Direttiva 2009/138/KE billi tipposponi d-data għat-traspożizzjoni mill-31 ta’ Ottubru 2012 għat-30 ta’ Ġunju 2013, id-data tal-applikazzjoni mill-1 ta’ Novembru 2012 għall-1 ta’ Jannar 2014 u d-data tat-tħassir tad-Direttivi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni eżistenti (5) (imsejħa kollettivament “Solvenza I”) mill-1 ta’ Novembru 2012 sal-1 ta’ Jannar 2014 |
(4) |
Fid-19 ta’ Jannar 2011 il-Kummissjoni adottat proposta (“il-proposta Omnibus II”) biex temenda, inter alia, id-Direttiva 2009/138/KE sabiex tieħu kont tal-arkitettura ta’ superviżjoni l-ġdida għall-assigurazzjoni u l-aktar it-twaqqif tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA). Il-proposta Omnibus II tinkludi wkoll proviżjonijiet biex tipposponi d-data ta' transpożizzjoni u d-data ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE u d-data ta' tħassir ta' Solvenza I, u sservi wkoll bħala mezz biex id-Direttiva 2009/138/KE tiġi adattata għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi temenda d-dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni b’ dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni. |
(5) |
Minħabba l-kumplessità tal-proposta Omnibus II, hemm riskju li mhux se tkun daħlet fis-seħħ qabel id-data tat-trspożizzjoni u d-data ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE. Jekk dawk id-dati ma jinbidlux, id-Direttiva 2009/138/KE tiġi implimentata qabel id-dħul fis-seħħ tar-regoli tranżitorji u l-adattamenti rilevanti, inkluż aktar kjarifika ta’ għoti ta’ setgħat ta’ atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni, pprovduti mill-proposta Omnibus II. |
(6) |
Sabiex jiġu evitati obbligi leġislattivi ta’ piż żejjed għall-Istati Membri skont id-Direttiva 2009/138/KE u aktar tard skont l-arkitettura superviżorja l-ġdida prevista mill-proposta Omnibus II, huwa għalhekk xieraq li d-data għat-traspożzzjoni u d-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE jiġu posposti biex is-superviżuri u l-impriżi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni jingħataw biżżejjed ħin biex jippreparaw għall-applikazzjoni ta’ dik l-arkitettura superviżorja l-ġdida. |
(7) |
Huwa evidenti mill-ordni kronoloġiku tal-ġrajjiet li d-dati posposti għat-traspożizzjoni u d-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE, għandhom japplikaw ukoll għall-emendi li sarulha mid-Direttiva 2011/89/KE. |
(8) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, id-data tat-tħassir tas-Solvenza I għandha tiġi posposta skont dan. |
(9) |
Minħabba l-perjodu qasir ħafna ta’ żmien li fadal qabel id-dati rilevanti stabbiliti fid-Direttiva 2009/138/KE, din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien. |
(10) |
Konsegwentement, huwa wkoll iġġustifikat li tiġi applikata l-eċċezzjoni għal każijiet urġenti pprovduti fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea f’dan il-każ fir-rigward tat-trażmissjoni lill-parlamenti nazzjonali tal-proposta għal din id-Direttiva, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2009/138/KE hija emendata kif ġej:
1. |
l-Artiklu 309(1) huwa emendat kif ġej:
|
2. |
Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 310, id-data tal-“1 ta’ Jannar 2014” tinbidel b’dik tal-“1 ta’ Jannar 2016”. |
3. |
Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 311, id-data tal-“1 ta’ Jannar 2014” tinbidel b’dik tal-“1 ta’ Jannar 2016”. |
Artikolu 2
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
V. LEŠKEVIČIUS
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Novembru 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunisll tal-5 ta’ Diċembru 2013.
(2) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvenza II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.)
(3) Id-Direttiva 2011/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerat finanzjarju (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 113).
(4) Id-Direttiva 2012/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2012 li temenda d-Direttiva 2009/138/KE rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u d-data tal-applikazzjoni tagħha, u d-data tat-tħassir ta’ ċerti Direttivi (ĠU L 249, 14.9.2012, p. 1).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 64/225/KEE tal-25 ta’ Frar 1964 dwar it-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jkunu pprovduti servizzi fir-rigward tar-riassigurazzjoni u tar-retroċessjoni (ĠU 56, 4.4.1964, p. 878/64); L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3); Id-Direttiva tal-Kunsill 73/240/KEE tal-24 ta’ Lulju 1973 li tabolixxi restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment fin-negozju ta’ assigurazzjoni diretta apparti minn assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 20); Id-Direttiva tal-Kunsill 76/580/KEE tad-29 ta’ Ġunju 1976 li temenda d-Direttiva 73/239/KEE dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta ta’ xort’ oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 189, 13.7.1976, p. 13); Id-Direttiva tal-Kunsill 78/473/KEE tat-30 ta’ Mejju 1978 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ ko-assigurazzjoni Komunitarja (ĠU L 151, 7.6.1978, p. 25); Id-Direttiva tal-Kunsill 84/641/KEE tal-10 ta’ Diċembru 1984 li temenda, b’mod partikolari fir-rigward ta’ assistenza turistika, l-Ewwel Direttiva (73/239/KEE) dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 339, 27.12.1984, p. 21); Id-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1987 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU L 185, 4.7.1987, p. 77); It-Tieni Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’assigurazzjoni diretta ta’ xort oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 73/239/KEE (ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1); Id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1); Id-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew U tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni u ta’ grupp ta’ assugurazzjoni (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 1); Id-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 110, 20.4.2001, p. 28); Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1); Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1).