This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1257
Council Regulation (EC) No 1257/2008 of 4 December 2008 amending Regulation (EC) No 1579/2007 fixing the fishing opportunities and the conditions relating thereto for certain fish stocks and groups of fish stocks applicable in the Black Sea for 2008
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/2008 ta’ l- 4 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1579/2007 li jistabbilixxi, għall-2008, l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom applikabbli fil-Baħar l-Iswed għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/2008 ta’ l- 4 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1579/2007 li jistabbilixxi, għall-2008, l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom applikabbli fil-Baħar l-Iswed għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut
ĠU L 338, 17.12.2008, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 338/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1257/2008
ta’ l-4 ta’ Diċembru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1579/2007 li jistabbilixxi, għall-2008, l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom applikabbli fil-Baħar l-Iswed għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għat-tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1579/2007 (3) jistabbilixxi, għall-2008, l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom applikabbli fil-Baħar l-Iswed għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut. |
(2) |
Filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 1579/2007 jipprovdi li l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika għall-kwota tal-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed għall-2008, il-qagħda kurrenti tal-istokk tal-barbun imperjali tista’ tippermetti tali applikazzjoni. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1579/2007 għaldaqstant għandu jkun emendat skond dan. |
(4) |
Fid-dawl tal-urġenza tal-kwistjoni, u fil-qies tal-fatt li s-sena tal-kwota 2008 dalwaqt sejra tasal għal tmiemha, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Fid-dawl tal-urġenza tal-kwistjoni, huwa importanti wkoll li tingħata eċċezzjoni għall-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu I (3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1579/2007
Fl-entrata “Barbun imperjali” fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1579/2007, il-kliem “l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika” għandhom jinbidlu bil-kliem “l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika”.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tall-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2008
Għall-Kunsill
Il-President
N. KOSCIUSKO-MORIZET
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(3) ĠU L 346, 29.12.2007, p. 1.