This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0543
Commission Regulation (EC) No 543/2008 of 16 June 2008 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 1234/2007 as regards the marketing standards for poultrymeat
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 tas- 16 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 tas- 16 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur
ĠU L 157, 17.6.2008, p. 46–87
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2013
17.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 157/46 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 543/2008
tas-16 ta’ Ġunju 2008
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u partikolarment l-Artikolu 121, punt e) tiegħu flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Mill-1 ta’ Lulju 2008, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-istandards tal-marketing għal-laħam tat-tjur (2) tħassar mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(2) |
Ċerti dispożizzjonijiet u obbligi previsti mir-Regolament (KEE) Nru 1906/90 ma ġewx inkorporati fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(3) |
B’hekk ċerti dispożizzjonijiet u obbligi meħuda jridu jiġu adottati fil-qafas ta’ regolament li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jippermetti l-kontinwità u t-tħaddim tajjeb ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq u b'mod partikolari l-istandards tat-tqegħid fis-suq. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 stabbilixxa standards ta’ tqegħid fis-suq għall-bejgħ tat-tjur li l-applikazzjoni tagħhom tesiġi l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet fir-rigward ta’, fost l-oħrajn, il-lista tal-karkassi, partijiet ta’ karkassi u ġewwiena li japplika għalihom ir-Regolament imsemmi, il-klassifikazzjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma’ l-għamla, id-dehra u l-piż, it-tipi ta’ preżentazzjoni, l-indikazzjoni tad-denominazzjoni li biha l-prodotti kkonċernati għandhom jitqiegħdu fis-suq, it-tismija fakultattiva dwar il-metodu tar-refriġerazzjoni u l-mod tat-trobbija, il-kundizzjonijiet tal-ħżin u tat-trasport ta’ ċerti tipi ta’ laħam tat-tjur u kontrolli regolari li għandhom jassiguraw l-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-Komunità. Jeħtieġ għalhekk li jitħassar r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1538/91 (3) li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90, u jiġi ssostitwit minn regolament ġdid. |
(5) |
Bittqegħid fis-suq ta’ klassijiet differenti ta’ tjur stabbiliti skond l-għamla u d-dehra tagħhom jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-definizzjonijiet relattivi għall-ispeċijiet, għall-età u għall-preżentazzjoni tal-karkassi, kif ukoll għall-għamla anatomika u għall-kontenut tal-biċċiet tal-karkassi. Il-valur għoli tal-prodott magħruf bħala “foie gras” u r-riskju konsegwenti ta’ prattiċi qarrieqa jagħmlu meħtieġ li jiġu speċifikati standards minimi u preċiżi ta’ tqegħid fis-suq. |
(6) |
Mhuwiex meħtieġ li jiġu applikati dawn l-istandards għal ċerti prodotti u għal ċerti preżentazzjonijiet li l-importanza tagħhom hija purament lokali jew b’xi mod ieħor limitata. Madankollu, id-denominazzjonijiet li bihom dawk il-prodotti huma mqegħdin fis-suq ma għandhomx ikunu tali li jistgħu jqarrqu bil-konsumatur billi jġegħluh ifixkel dawn il-prodotti ma’ prodotti li huma soġġetti għal dawn id-dispożizzjonijiet. Dawn iridu għalhekk ukoll ikun applikati għat-termini deskrittivi addizzjonali wżati biex jikkwalifikaw id-denominazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti. |
(7) |
Bil-għan li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament, jeħtieġ jiġu ddefiniti l-kunċetti tat-tqegħid fis-suq u tal-lott fis-settur tal-laħam tat-tjur. |
(8) |
It-temperatura tal-ħżin u taż-żamma għandha importanza primarja għall-osservanza ta’ standards tal-kwalità stretti. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi speċifikata temperatura minima li fiha għandhom jiġu kkonservati t-tjur. |
(9) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, u partikolarment dawk rigward il-monitoraġġ u l-osservanza tiegħu, iridu jiġu applikati b’mod uniformi fit-territorju kollu tal-Komunità. Ir-regoli dettaljati adottati għal dawn l-iskopijiet għandhom ikunu wkoll uniformi. Huwa għalhekk meħtieġ, bħala konsegwenza, li jiġu speċifikati regoli komuni għal dak li għandu x’jaqsam mat-teħid ta’ kampjuni u t-tolleranza. |
(10) |
Sabiex il-konsumatur jingħata informazzjoni xierqa, ċara u oġġettiva dwar il-prodotti maħruġa għall-bejgħ u sabiex tiġi assigurata ċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ dawn ta’ l-aħħar fil-Komunità, jeħtieġ li jiġi żgurat li n-normi tat-tqegħid fis-suq tat-tjur iqisu kemm jista’ jkun id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 76/211/KEE tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Jannar 1976 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta’ ċerti prodtti b'imballaġġ minn qabel (4). |
(11) |
Fost l-indikazzjonijiet fakultattivi tat-tikketta, jidhru dawk dwar il-metodu tat-tkessiħ u l-mod tat-trobbija. L-indikazzjoni dwar din tal-aħħar, fl-interess tal-protezzjoni tal-konsumatur, teħtieġ li tkun subordinata fir-rigward ta’ kriterji mfissra b’attenzjoni kemm dwar il-kundizzjonijiet tat-trobbija kif ukoll il-limiti tal-kwantità għall-indikazzjoni ta’ kriterji bħall-età mal-qatla jew it-tul tal-perjodu tat-tismin u l-kontenut ta’ ċerti ingredjenti ta’ prodotti tal-ikel. |
(12) |
Meta t-trobbija fil-beraħ hija indikata fuq it-tikketta għal-laħam ġej minn papri u wiżż miżmuma għall-produzzjoni tal-“foie gras”, jeħtieġ ukoll li tkun ipprovduta indikazzjoni ta’ dan lill-konsumatur fuq it-tikketta biex tkun assigurata l-informazzjoni kollha dwar il-karatteristiċi tal-prodott. |
(13) |
Huwa xieraq li Kummissjoni teżerċita kontroll permanenti tal-kompatibbiltà ta’ kull miżura nazzjonali adottata b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet preżenti mad-dritt Komunitarju, inklużi l-istandards tat-tqegħid fis-suq. Għandu jkun hemm dispożizzjoni partikolari wkoll għar-reġistrazzjoni u l-ispezzjoni regolari ta’ impriżi awtorizzati jużaw termini li jsemmu tipi partikolari ta’ biedja. Dawn l-impriżi għandhom ikunu għalhekk obbligati jżommu reġistri regolari u dettaljati għal dan il-għan. |
(14) |
L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jridu jkunu fil-pożizzjoni li jiddelegaw ir-responsabbiltà ta’ din l-ispezzjoni, filwaqt li titqies in-natura speċifika tagħha, lil entitajiet indipendenti kkwalifikati u approvati kif xieraq, bla ħsara għas-sorveljanza u l-prekawzjonijiet xierqa. |
(15) |
L-operaturi tal-pajjiżi terzi jkunu jistgħu jitolbu li jużaw id-diċituri fakultattivi dwar il-metodi tat-tkessiħ u l-modi tat-trobbija. Jeħtieġ issir dispożizzjoni għalihom sabiex jagħmlu dan, soġġett għal ċertifikazzjoni xierqa mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz interessat, u li jidher fuq lista stabbilita mill-Kummissjoni. |
(16) |
Fid-dawl ta’ l-evoluzzjoni ekonomika u teknoloġika, kemm fil-livell tal-preparazzjoni tat-tjur kif ukoll fil-livell tal-kontrolli, u minħabba l-fatt li l-kontenut ta’ l-ilma huwa ta’ interess partikolari fil-bejgħ ta’ tjur iffriżat jew iffriżat malajr, għandu jiġi ffissat il-kontenut massimu ta’ l-ilma tat-tjur iffriżat jew iffriżat malajr u għandha tiġi ddefinita sistema ta’ monitoraġġ sew fil-biċċeriji sew fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni mingħajr ma jinkiser il-prinċipju taċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti f’suq uniku. |
(17) |
L-assorbiment ta’ l-ilma fl-istabbiliment tal-produzzjoni għandu jiġi vverifikat u għandhom jiġu stabbiliti metodi ta’ min joqgħod fuqhom għall-kalkolu tal-kontenut ta’ ilma miżjud waqt il-preparazzjoni tal-karkassi ta’ tjur iffriżat jew iffriżat malajr mingħajr ma tkun magħmula distinzjoni bejn il-likwidu fiżjoloġiku u ilma ieħor li joriġina fil-preparazzjoni tat-tjur minħabba l-fatt li distinzjoni bħal din tiltaqa’ ma’ diffikultajiet prattiċi. |
(18) |
It-tqegħid fis-suq ta’ tjur iffriżat jew iffriżat malajr li ma jikkonformax mingħajr indikazzjoni xierqa fuq il-pakkett għandu jkun ipprojbit. Bħala riżultat, huwa neċessarju li jiġu adottati regoli prattiċi fejn għandhom x’jaqsmu l-indikazzjonijiet li għandhom jiġu mmarkati fuq pakketti individwali u lottijiet skond id-destinazzjoni tagħhom sabiex il-kontrolli jiġu ffaċilitati u sabiex ikun żgurat li ma jiġux użati għal ħaġa oħra għajr għall-iskop maħsub tagħhom. |
(19) |
Jeħtieġ li tiġi stabbilita l-azzjoni li għandha tittieħed jekk kontroll juri irregolarità f’kunsinna, fejn il-prodotti ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Jeħtieġ tiġi stabbilita proċedura ta’ soluzzjoni tat-tilwimiet li jistgħu jinqalgħu fir-rigward tal-kunsinni intra-Komunitarji. |
(20) |
F’każ ta’ tilwima, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tieħu azzjoni fuq il-post u billi tadotta miżuri xierqa għas-sitwazzjoni. |
(21) |
L-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kontenut ta’ l-ilma tippresupponi l-ħatra ta’ laboratorji nazzjonali u Komunitarji ta’ referenza. |
(22) |
Għandha tingħata assistenza finanzjarja mill-Komunità. |
(23) |
Għandu jiġi konkluż kuntratt bejn il-Komunità Ekonomika u l-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ħlas ta’ l-għajnuna finanzjarja. |
(24) |
Għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-Istati Membri biex jadottaw metodi prattiċi għall-kontroll tal-kontenut ta’ ilma ta’ tjur iffriżat u ffriżat malajr. Bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dak ir-Regolament, għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-Istati Membri biex jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra b’dan. |
(25) |
Il-miżuri pprovduti b'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti msemmija f’Artikolu 121(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma definiti kif ġej:
(1) |
Karkassi tat-tjur
Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, varjanti tat-termini użati fil-punti a) sa e) li għandhom x’jaqsmu mas-sess għandhom jinftehmu bħala ekwivalenti għal dawn it-termini. |
(2) |
Biċċiet tat-tjur
Għall-prodotti elenkati taħt e), g) u h) il-kliem “il-qatgħat għandhom isiru mill-ġogi” għandhom ifissru qatgħat magħmulin bejn iż-żewġ linji ta’ delimitazzjoni tal-ġogi kif muri fil-preżentazzjoni grafika fl-Anness II. Prodotti elenkati taħt (d) sa (k) jistgħu jiġu ppreżentati bil-ġilda jew mingħajrha. In-nuqqas ta’ ġilda fil-każ ta’ prodotti elenkati taħt d) sa (j) jew il-preżenza tal-ġilda fil-każ tal-prodott elenkat taħt k) għandhom jidhru fuq it-tikketta fi ħdan it-tifsira ta’ Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
(3) |
Foie gras Il-fwied tal-wiżż jew ta’ papri ta’ l-ispeċi Cairina muschata jew Cairina muschata x Anas platyrachos li ġew mitmugħin b’tali mod biex jipproduċu ipertrofija ċellulari epatika grassa. It-tjur li minnhom jitneħħa fwied bħal dan għandhom jinfasdu għal kollox. Il-fwied għandu jkun ta’ lewn uniformi. Il-fwied għandu jkollu l-piż li ġej:
|
Artikolu 2
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:
(a) |
“karkassa” tfisser: il-karkassa sħiħa tat-tajra ta’ l-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) wara t-tneħħija tad-demm, tar-rix u ta’ l-imsaren; madankollu, it-tneħħija tal-kliewi hija fakultattiva; karkassa mnaddfa mill-imsaren tista’ tkun ippreżentata għall-bejgħ bil-gewwieni jew mingħajru, jiġifieri l-qalb, il-fwied, il-qanżħa u l-għonq, imdeffsa fil-ħofra addominali; |
(b) |
“biċċiet ta’ karkassi” tfisser laħam tat-tjur li minħabba d-daqs u l-karatteristiċi tat-tessut muskolari jkun jista’ jingħaraf bħala li nkiseb minn parti partikolari tal-karkassa; |
(c) |
“laħam tat-tjur ippakkjat bil-lest” tfisser: laħam tat-tjur ippreżentat skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 2000/13/KE; |
(d) |
“laħam tat-tjur mhux ippakkjat bil-lest” tfisser laħam tat-tjur ippreżentat għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari mingħajr ma jkun ippakkjat bil-lest jew inkella ppakkjat fil-post tal-bejgħ fuq talba tax-xerrej; |
(e) |
“tqegħid fis-suq” tfisser iż-żamma jew il-wiri għall-bejgħ, l-offerta għall-bejgħ, il-bejgħ, il-kunsinna jew kwalunkwe forma oħra ta’ tqegħid fis-suq; |
(f) |
“lott” tfisser il-laħam tat-tjur ta’ l-istess speċi u tip, l-istess klassi, l-istess metodu ta’ produzzjoni, mill-istess biċċerija jew impjant tat-tqattigħ, li jkunu jinsabu fl-istess post, li għandhom jiġu spezzjonati. Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 9 u l-Annessi V u VI, lott għandu jikkonsisti biss f’pakketti ppreparati minn qabel ta’ l-istess kategorija ta’ piż nominali. |
Artikolu 3
1. Sabiex jitqegħdu fis-suq skond dan ir-Regolament, il-karkassi tat-tjur għandhom jiġu ppreżentati għall-bejgħ f’waħda mill-forom li ġejjin:
— |
l-intern parzjalment imneħħi (“effilé,”“roped”), |
— |
bl-intern, |
— |
mingħajr intern. |
It-terminu “mnaddfa minn ġewwa” jista’ jiġi miżjud.
2. Karkassi li l-intern tagħhom huwa mneħħi parzjalment huma karkassi li minnhom il-qalb, il-fwied, il-pulmun, il-qanżħa, il-ħawsla, u l-kliewi ma tneħħewx.
3. Għall-preżentazzjonijiet kollha tal-karkassi, jekk ir-ras ma titneħħiex, it-trakea, l-esofagu u l-ħawsla jistgħu jibqgħu fil-karkassa.
4. L-intern għandu jinkludi biss l-organi li ġejjin.
Il-qalb, l-għonq, il-qanżħa u l-fwied, u l-partijiet kollha l-oħra meqjusa bħala tajbin għall-ikel mis-suq li fih il-prodott huwa maħsub għall-konsum aħħari. Il-fwied għandu jkun mingħajr il-bużżieqa tal-marrara, u l-qanżħa trid tkun mingħajr ir-rita l-ħarxa u bil-kontenut ta’ ġo fiha mneħħi. Il-qalb tista’ tkun bil-borża perikardjali jew mingħajrha. Jekk l-għonq jibqa’ magħqud mal-karkassa, ma jitqiesx bħala intern.
Meta wieħed minn dawn l-erba’ organi ma jkunx inkluż bħas-soltu mal-karkassa għall-bejgħ, in-nuqqas tiegħu għandu jkun jidher fuq it-tikketta.
5. Minbarra l-konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata skond id-Direttiva 2000/13/KE, l-indikazzjonijiet ulterjuri li ġejjin għandhom jintwerew fid-dokumenti kummerċjali anċillari fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 13(1)(b) ta’ dik id-Direttiva:
(a) |
il-kategorija msemmija fl-Anness XIV, parti B, punt III 1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007; |
(b) |
l-istat li fih il-laħam tat-tjur jitqiegħed fis-suq, skond l-Anness XIV, parti B, punt III 2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u t-temperatura tal-ħżin. |
Artikolu 4
1. L-ismijiet li bihom jinbigħu il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, fi ħdan it-tifsira ta’ Artikolu 3(1)(1) tad-Direttiva 2000/13/KE, għandhom ikunu dawk numerati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament u t-termini li jikkorrispondu fl-ilsna l-oħra tal-Komunità elenkati fl-anness I, kwalifikat fil-każ ta’:
— |
karkassi sħaħ, b’referenza għal waħda mill-forom ta’ preżentazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(1), |
— |
qatgħat ta’ tjur, b’referenza għall-ispeċijiet rispettivi. |
2. L-ismijiet definiti fl-Artikolu 1(1) u (2) jistgħu jiġu supplementati b’termini oħra sakemm dawn tal-aħħar ma jfixklux lill-konsumatur sa grad materjali u b’mod partikolari ma jwasslux għal tfixkil ma’ prodotti oħra elenkati fl-Artikolu 1(1) u (2) jew ma’ indikazzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 11.
Artikolu 5
1. Prodotti għajr dawk definiti f’Artikolu 1 jistgħu jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità biss b’ismijiet li ma jfixklux lill-konsumatur sa grad materjali li jippermettu tfixkil ma’ dawk imsemmija fl-Artikolu 1 jew b’indikazzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 11.
2. Minbarra l-konformità mal-liġijiet nazzjonali addottati skond id-Direttiva 2000/13/KE, it-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-laħam tat-tjur maħsub għall-konsumatur aħħari għandhom isegwu r-rekwiżiti addizjonali stabbiliti fil-paragrafi 3, 4, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 7(2).
3. Fil-każ ta’ laħam tat-tjur frisk, id-data tad-durabbiltà minima għandha tinbidel bid-data “uża sa” bi qbil mc l-Artikolu 9a(1) tad-Direttiva 2000/13/KE.
4. Fil-każ tal-laħam tat-tjur ippakkjat minn qabel, id-dettalji li ġejjin iridu jidhru wkoll fuq l-imballaġġ minn qabel jew fuq tikketta bħal ta’ din ta’ l-aħħar:
(a) |
il-kategorija msemmija fl-Anness XIV, parti B, punt III 1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007; |
(b) |
fil-każ ta’ laħam tat-tjur frisk, il-prezz totali u l-prezz skond il-piż fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut; |
(c) |
l-istat li fih il-laħam tat-tjur jitqiegħed fis-suq, skond l-Anness XIV, parti B, punt III 2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u t-temperatura tal-ħżin rakkomandata. |
(d) |
in-numru ta’ approvazzjoni tal-biċċerija jew tal-post tat-tqattigħ maħruġ skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), għajr fil-każ fejn it-tqattigħ u d-dissussar iseħħu fil-punt tal-bejgħ skond l-Artikolu 4(2)(d) tar-Regolament imsemmi; |
(e) |
fil-każ ta’ laħam tat-tjur impurtat minn pajjiżi terzi, indikazzjoni tal-pajjiż ta’ l-oriġini. |
5. Fil-każ tal-laħam tat-tjur mibjugħ mhux ippakkjat bil-lest, għajr meta t-tqattigħ u d-dissussar iseħħu fil-punt tal-bejgħ skond kif provdut mill-Artikolu 4(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, sakemm it-tqattigħ u d-dissussar isiru fuq talba tal-konsumtur u quddiemu, l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/13/KE huwa applikabbli għall-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4.
6. B’deroga mill-Artikolu 3, paragrafu 5 u l-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, mhuwiex meħtieġ li l-laħam tat-tjur jiġi kklassifikat jew li jkunu indikati d-diċituri supplimentari msemmija fl-Artikoli msemmijin fil-każ ta’ kunsinni lill-impjanti tat-tqattigħ jew ta’ l-ipproċessar.
Artikolu 6
Id-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għal laħam tat-tjur iffriżat kif imfisser fl-Anness XIV, parti B, punt II 3), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
It-temperatura tal-laħam tat-tjur iffriżat imsemmija minn dan ir-Regolament għandha tkun stabbli u miżmuma, fil-punti kollha fil-prodott, għal massimu ta’ xi fluttwazzjonijiet 'il fuq ta’ mhux iżjed minn 3 °C. Dawn it-tolleranzi fit-temperatura tal-prodott għandhom jitħallew skond prassi tajba tal-ħżin u t-tqassim u fit-tagħmir tal-wiri għall-bejgħ bl-imnut.
Artikolu 7
1. Il-karkassi tat-tjur u qatgħat koperti minn dan ir-Regolament għandhom, sabiex jiddaħħlu fil-klassi A jew il-klassi B, jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:
(a) |
intatti, meta titqies il-preżentazzjoni; |
(b) |
nodfa, ħielsa minn kull materja barranija li tidher, ħmieġ jew demm; |
(c) |
bla ebda riħa barranija; |
(d) |
bla tbajja' tad-demm li jidhru għajr dawk li huma żgħar u ma jagħtux fil-għajn; |
(e) |
bla għadam miksur imqabbeż ‘il barra; |
(f) |
bla tbenġil serju. |
Fil-każ ta’ tjur frisk, ma għandu jkun hemm ebda traċċa ta’ ffriżar minn qabel.
2. Sabiex jiġu kklassifikati bħala ta’ Klassi A, karkassi ta’ tjur u qatgħat għandhom barra minn hekk jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
(a) |
huma għandhom ikunu ta’ konformazzjoni tajba. Il-laħam irid ikun impaħpaħ, is-sidra żviluppata sew, wiesgħa, twila u ħoxna, u l-koxox iridu jkunu ħoxnin. Fuq tiġieġ, papri żgħar jew papri ta’ età żgħira u dundjani għandu jkun hemm saff irqiq u regolari ta’ xaħam fuq is-sidra, id-dahar u l-koxox. Fuq sriedak, tiġieġ, papri u wiżż żgħir, saff iktar oħxon ta’ xaħam huwa permess. Fuq il-wiżż għandu jkun preżenti saff ta’ xaħam minn moderat għal oħxon fuq il-karkassi kollha, |
(b) |
jista’ jkun hemm xi ftit rix żgħir, pezzijiet (ponot tar-rix) u xagħar (filopjumi) fuq is-sidra, is-saqajn, id-dahar, il-ġogi tas-sieq u l-ponot tal-ġwienaħ. Fil-każ ta’ tjur, papri, dundjani u wiżż tat-togħlija jista’ jkun preżenti wkoll xi ftit fuq partijiet oħra, |
(c) |
xi ftit ħsara, tbenġil u tidnis tal-kulur huma permessi sakemm ikunu żgħar u ma jagħtux fil-għajn, u mhumiex preżenti fuq is-sidra jew saqajn. Il-ponta tal-ġewnaħ tista’ tkun nieqsa. Ħmura żgħira ħafna hija permessibbli fil-ponot tal-ġwienaħ u l-follikoli, |
(d) |
fil-każ ta’ tjur iffriżati jew iffriżati ta’ malajr ma għandu jkun hemm ebda traċċa ta’ ħruq mill-iffriżar (7) għajr dawk li huma inċidentali, żgħar u ma jagħtux fil-għajn u mhux preżenti fuq is-sidra jew saqajn. |
Artikolu 8
1. Deċiżjonijiet li ġejjin minn nuqqas ta’ konformità ma’ Artikoli 1 u 3 jistgħu jittieħdu biss għal-lott kollu li jkun ġie kontrollat skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan Artikolu.
2. Kampjun li huwa magħmul mill-kwantitajiet li ġejjin ta’ prodotti differenti definiti fl-Artikolu 1 għandu jittieħed b’mod aleatorju minn kull lott li għandu jiġi spezzjonat fil-biċċerija, impjanti ta’ qtugħ, imħażen tal-ingrossa jew tal-imnut jew f’kull stadju ieħor tat-tqegħid fis-suq jew fil-każ ta’ importazzjonijiet minn terzi pajjiżi, fiż-żmien meta jinħarġu mid-dwana.
Daqs tal-lott |
Daqs tal-kampjun |
Għadd tollerat ta’ unitajiet mhux konformi |
|
Total |
għall-Artikolu 1, punti 1) (8) u 3), u l-Artikolu 7, paragrafu 1 |
||
1 |
2 |
3 |
4 |
100 sa 500 |
30 |
5 |
2 |
501 sa 3 200 |
50 |
7 |
3 |
> 3 200 |
80 |
10 |
4 |
3. Fil-kontroll ta’ lott tal-laħam tat-tjur ta’ klassi A, tapplika t-tolleranza totali ta’ unitajiet mhux konformi msemmija fil-kolonna 3 tat-tabella tal-paragrafu 2. Dawn l-unitajiet mhux konformi jistgħu wkoll jinkludu, meta jkun hemm flett ta’ sidra, il-fletti li fihom sa massimu ta’ 2 % ta’ qarquċa (il-ponta flessibbli ta’ l-isternu).
Madankollu, l-għadd ta’ l-unitajiet mhux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-punti 1 u 3 ta’ l-Artikolu 1 kif ukoll ta’ l-Artikolu 7(1) ma għandux jaqbeż iċ-ċifri murija fil-kolonna 4 tat-tabella fil-paragrafu 2.
Fejn għandu x’jaqsam il-punt 3 ta’ l-Artikolu 1, kwalunkwe unità mhux konformi ma għandhiex tiġi kkunsidrata tollerabbl sakemm ma tkunx ta’ piż ta’ talanqas 240 g fil-każ ta’ fwied tal-papri u ta’ talanqas 385 g fil-każ ta’ fwied tal-wiżż.
4. Meta jiġi kkontrollat lott ta’ laħam tat-tjur tal-klassi B, l-għadd tollerat ta’ unitajiet mhux konformi jirdoppja.
5. Fejn il-lott ikkontrollat ma jitqiesx li jkun konformi, l-aġenzija ta’ sorveljanza għandha tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq jew l-importazzjoni tiegħu jekk il-lott ikun ġej minn pajjiż terz, sakemm tingħata prova li jkun ġie magħmul konformi ma’ Artikoli 1 sa 7.
Artikolu 9
1. Laħam tat-tjur li huwa ppakkjat minn qabel u ffriżat jew iffriżat malajr skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 76/211/KE, jista’ jiġi kklassifikat skond il-kategorija tal-piż bi qbil ma’ l-Anness XIV, parti B, punt III 3) tar-Regolament (KE) 1234/2007. L-ippakkjar minn qabel jista’ jkun:
— |
imballaġġ minn qabel li jkun fih karkassa ta’ tajra, jew |
— |
imballaġġ minn qabel li jesa’ qatgħa waħda jew ħafna qatgħat ta’ tjur ta’ l-istess tip u speċi, kif imfisser fl-Artikolu 1. |
2. Il-pakketti ppreparati minn qabel kollha għandhom bi qbil mal-paragrafi 3 u 4 juru indikazzjoni tal-piż tal-prodott magħruf bħala “piż nominali” li huma meħtieġa li jkollhom.
3. Imballaġġ minn qabel ta’ tjur iffriżat jew iffriżat malajr jista’ jkun ikklassifikat skond il-kategoriji ta’ piż nominali kif ġej:
(a) |
karkassi;
|
(b) |
biċċiet:
|
4. L-imballaġġ minn qabel imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir b’tali mod li jissodisfa ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
il-kontenut effettiv ma għandux ikun inqas, bħala medja, mill-piż nominali, |
(b) |
il-proporzjon ta’ l-imballaġġ minn qabel li jkollu żball negattiv akbar mill-iżball negattiv aċċettat u stabbilit fil-paragrafu 9 għandu jkun żgħir biżżejjed li lottijiet ta’ l-imballaġġ minn qabel jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-testijiet imsemmija fil-paragrafu 10, |
(c) |
l-ebda imballaġġ minn qabel li jkollu żball negattiv ikbar mid-doppju ta’ l-iżball negattiv aċċettat imsemmi fil-paragrafu 9 ma għandu jitqiegħed fis-suq. |
It-tifsir ta’ piż nominali, kontenut proprju u żball negattiv stabbilit fl-Anness I għad-Direttiva 76/211/KEE għandu jgħodd għal dan ir-Regolament.
5. Rigward ir-responsabbiltà ta’ min jippakkja jew jimporta laħam tat-tjur iffriżat jew iffriżat malajr u l-kontrolli li għandhom isiru mill-awtorijajiet kompetenti, punti 4, 5 u 6 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 76/211/KEE japplikaw mutatis mutandis.
6. Il-kontrolli ta’ l-imballaġġ minn qabel għandhom isiru permezz ta’ teħid ta’ kampjuni u għandhom jinqasmu f’żewġ partijiet:
— |
kontroll li jkopri l-kontenut proprju ta’ kull imballaġġ minn qabel tal-kampjun, |
— |
kontroll tal-medja tal-kontenut proprju ta’ l-imballaġġ minn qabel tal-kampjun. |
Lott ta’ imballaġġ minn qabel għandu jiġi kkunsidrat aċċettabli jekk ir-riżultati taż-żewġ kontrolli jissodisfaw il-kriterji ta’ aċċettazzjoni msemmija fil-paragrafi 10 u 11.
7. Lott għandu jkun magħmul mill-imballaġġi minn qabel ta’ l-istess piż nominali, kollha ta’ l-istess tip u ta’ l-istess produzzjoni, ippakkjati fl-istess post, li jrid jiġi spezzjonat.
Id-daqs tal-lott għandu jkun limitat għall-kwantitajiet imsemmija hawn taħt:
— |
meta l-imballaġġ minn qabel jiġi kkontrollat fl-aħħar ta’ l-ippakkjar, in-numru f'kull lott għandu jkun ugwali għall-produzzjoni massima kull siegħa tal-linja ta’ l-ippakkjar, mingħajr ebda restrizzjoni fuq id-daqs tal-lott, |
— |
f'każijiet oħra d-daqs tal-lott għandu jkun limitat għal 10 000. |
8. Kampjun li jkun magħmul min-numri ta’ imballaġġi minn qabel li ġejjin għandu jittieħed b’mod aleatorju minn kull lott li għandu jiġi spezzjonat:
Daqs tal-lott |
Daqs tal-kampjun |
100-500 |
30 |
501-3 200 |
50 |
> 3 200 |
80 |
Għal kunsinni iżgħar minn 100 imballaġġ minn qabel, it-test mhux distruttiv, kif imfisser fl-Anness II tad-Direttiva 76/211/KEE, fejn użat, għandu jkun 100 %.
9. Fil-każ ta’ qatgħat ta’ tjur ippreparati minn qabel, japplikaw l-iżbalji tolerabbli u negattivi li ġejjin:
(fi grammi) |
||
Piż nominali |
Żball negattiv massimu tollerat |
|
Karkassi |
Qatgħat |
|
anqas minn 1 100 |
25 |
25 |
1 100 - < 2 400 |
50 |
50 |
2 400 u aktar |
100 |
|
10. Għall-kontrolli tal-kontenut proprju ta’ kull imballaġġ minn qabel fil-kampjun, l-inqas kontenut aċċettat għandu jkun ikkalkulat billi jitnaqqas l-iżball negattiv aċċettat għall-kontenut ikkonċernat mill-piż nominali ta’ l-imballaġġ minn qabel.
L-imballaġġ minn qabel fil-kampjun li l-kontenut proprju tiegħu huwa inqas mill-kontenut minimu aċċettat għandu jitqies difettuż.
Il-lott ta’ imballaġġ minn qabel ikkontrollat għandu jitqies aċċettabbli jekk in-numru ta’ unitajiet difettużi mhux konformi misjuba fil-kampjun ikun inqas minn jew daqs il-kriterju ta’ aċċettazzjoni fit-tabella t'hawn taħt; jiġi rrifjutat jekk l-għadd ta’ l-unitajiet mhux konformi jkun daqs jew aktar mill-kriterju tar-rifjut.
Daqs tal-kampjun |
Numru ta’ kampjuni mhux konformi |
|
In-numru ta' aċċettazzjoni |
In-numru tar-rifjut |
|
30 |
2 |
3 |
50 |
3 |
4 |
80 |
5 |
6 |
11. Għall-kontroll tal-medja tal-kontenut proprju, lott ta’ imballaġġ minn qabel għandu jitqies aċċettabbli, jekk il-medja tal-kontenut proprju li jifforma l-kampjun huwa ikbar mill-kriterju ta’ aċċettazzjoni msemmi hawn taħt:
Daqs tal-kampjun |
Kriterju ta’ aċċettazzjoni għall-kontenut effettiv medju |
30 |
x— ≥ Qn – 0,503 s |
50 |
x— ≥ Qn – 0,379 s |
80 |
x— ≥ Qn – 0,295 s |
x— |
= |
kontenut effettiv medju ta’ l-imballaġġ minn qabel. |
Qn |
= |
piż nominali ta’ l-imballaġġ minn qabel |
s |
= |
devjazzjoni standard tal-kontenuti attwali ta’ l-imballaġġ minn qabel tal-lott. |
Id-devjazzjoni normali għandha tiġi kkalkulata kif stabbilit mill-punt 2.3.2.2 tal-Anness II tad-Direttiva 76/211/KEE.
12. Sakemm id-Direttiva 80/181/KEE tal-Kunsill (9) tawtorizza l-użu ta’ indikaturi supplimentari, l-indikazzjoni tal-piż nominali ta’ l-imballaġġ minn qabel li japplika għalihom dan l-Artikolu tista’ tigi akkumpanjata minn indikaturi supplimentari.
13. Fil-każ tal-laħam tat-tjur li jidħol fir-Renju Unit mill-Istati Membri l-oħra, għandhom isiru kontrolli b'mod aleatorju u ma għandhomx isiru mal-fruntiera.
Artikolu 10
Indikazzjoni ta’ l-użu ta’ wieħed mill-metodi ta’ tkessiħ imfisser hawnhekk iżjed 'il quddiem u t-termini li jikkorrispondu fl-ilsna l-oħra tal-Komunità elenkati fl-Anness III jistgħu jidhru fuq it-tikketta fi ħdan it-tifsira ta’ Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE:
— |
tkessiħ bl-arja: tkessiħ ta’ karkassi tat-tjur bl-arja kiesħa. |
— |
tkessiħ b’raxx ta’ arja: tkessiħ ta’ karkassi tat-tjur bl-arja kiesħa u raxx fin ta’ l-ilma. |
— |
tkessiħ b’immersjoni: tkessiħ ta’ karkassi tat-tjur f’tankijiet ta’ l-ilma jew silġ u ilma, skond il-proċedura tal-kontrokurrent. |
Artikolu 11
1. Sabiex jiġu indikati t-tipi ta’ trobbija, għajr dawk organiċi jew bijoloġiċi, huma biss it-termini msemmija hawn taħt u t-termini li jikkorrispondu fl-ilsna l-oħra tal-Komunità elenkati fl-Anness IV li jistgħu jidhru fuq it-tikketta fi ħdan it-tifsira ta’ Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE (barra minn hekk, ma jistgħux jidhru jekk ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ l-Anness V ta’ dan ir-Regolament):
(a) |
“mitmugħa bi … % ta’ …”; |
(b) |
“imrobbija ġewwa — sistema estensiva”; |
(c) |
“trobbija fil-beraħ (free range)”; |
(d) |
“trobbija fil-beraħ tradizzjonali”; |
(e) |
“trobbija fil-beraħ - libertà totali”. |
Dawn it-termini jistgħu jiġu ssupplementati b’indikazzjonijiet li jsemmu l-karatteristiċi partikolari tat-tipi rispettivi ta’ trobbija.
Meta t-trobbija fil-beraħ (punti c), d) u e)) hija indikata fuq it-tikketta għal-laħam ġej minn papri u wiżż miżmuma għall-produzzjoni tal-“foie gras”, jeħtieġ ukoll li jiġi indikat it-terminu “mill-produzzjoni tal-foie gras”.
2. L-indikazzjoni ta’ l-età tal-qtil jew tat-tul tal-perjodu tat-tismin għandha tkun permessa biss meta jsir użu minn wieħed mit-termini msemmija fil-paragrafu 1 u għal età ta’ mhux anqas minn dik murija fl-Anness IV (b), (ċ) jew (d). Madankollu, din id-dispożizzjoni ma tapplikax fil-każ ta’ annimali li jaqgħu fi ħdan ir-raba’ inċiż tal-punt 1 (a) ta’ l-Artikolu 1.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw bla ħsara għal miżuri tekniċi nazzjonali li jmorru 'l hinn mill-ħtiġijiet minimi msemmija fl-Anness V u għandhom japplikaw biss għall-produtturi ta’ l-Istat Membru kkonċernat, sakemm huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunità u huma konformi ma’ l-istandards komuni ta’ tqegħid fis-suq għal-laħam tat-tjur.
4. Il-miżuri nazzjonali msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.
5. F'kull ħin u fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif kollu meħtieġ sabiex jistmaw il-kompatibbiltà tal-miżuri msemmija f'dan l-Artikolu mal-liġijiet Komunitarji u l-konformità tagħhom ma’ l-istandards komuni tat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur.
Artikolu 12
1. Biċċeriji awtorizzati sabiex jużaw it-termini msemmija f’Artikolu 11 għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni speċjali. Huma għandhom iżommu rekord separat, skond it-tip ta’ trobbija:
(a) |
ta’ l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi ta’ dawk it-tjur, li għandhom jiġu rreġistrati wara spezzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru; |
(b) |
fuq talba ta’ din l-awtorità, l-għadd tat-tjur miżmuma minn kull produttur għal kull turnround; |
(c) |
l-għadd u l-piż totali ħaj jew tal-karkassi ta’ dawn it-tjur imwassla u pproċessati; |
(d) |
i-dettalji tal-bejgħ, inklużi l-ismijiet u l-indirizzi tax-xerrejja, għal minimu ta’ sitt xhur wara l-ispezzjoni. |
2. Il-produtturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom sussegwentement jiġu spezzjonati regolarment. Għandhom iżommu rekords aġġornati, għal minimu ta’ sitt xhur wara t-twassil, ta’ l-għadd tat-tjur skond it-tip ta’ trobbija, filwaqt li juru wkoll l-għadd ta’ tjur mibjugħ, l-isem u l-indirizzi tax-xerrejja, u l-kwantitajiet u s-sors tal-provvista ta’ l-għalf.
Barra minn dan, produtturi li jużaw sistemi tat-trobbija fil-beraħ għandhom ukoll iżommu rekords tad-data meta t-tjur ingħataw l-ewwel aċċess biex jimirħu.
3. Il-manifatturi u l-fornituri ta’ l-għalf għandhom iżommu rekords għal ta’ lanqas sitt xhur wara t-twassil li juru li l-kompożizzjoni ta’ l-għalf ipprovdut mill-produtturi għat-tip ta’ trobbija msemmi fl-Artikolu 11(1)(a) jikkonforma ma’ l-indikazzjonijiet mogħtija fir-rigward ta’ l-għalf.
4. L-imqafas għandhom iżommu rekords tat-tjur tar-razez rikonoxxuti bħala li jikbru bil-mod ipprovduti lill-produtturi għat-tipi ta’ trobbija fl-Artikolu 11(1)(d) u (e) għal talanqas sitt xhur wara l-ispezzjoni.
5. Għandhom isiru spezzjonijiet regolari fir-rigward tal-konformità ma’ Artikoli 11 u l-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu:
(a) |
fil-farm: talanqas darba kull turnround, |
(b) |
għand il-manifattur u l-fornitur ta’ l-għalf: talanqas darba fis-sena, |
(c) |
fil-biċċerja: talanqas erba’ darbiet fis-sena, |
(d) |
fil-maqfas: talanqas darba fis-sena għall-modi ta’ trobbija msemmija fl-Artikolu 11(1)(d) u (e). |
6. Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’lista tal-biċċeriji approvati irreġistrati skond il-paragrafu 1, li turi l-isem u l-indirizz tagħhom u n-numru mogħti lil kull waħda minnhom. Kull tibdil f’dik il-lista għandu jiġi ikkomunikat fil-bidu ta’ kull kwart tas-sena kalendarja lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
Artikolu 13
Fil-każ ta’ sorveljanza ta’ l-indikazzjoni tat-tip ta’ trobbija użata kif imsemmi f’Artikolu 121(e)(v) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-korpi nominati mill-Istati Membri għandhom iħarsu l-kriterji stabbiliti min-Norma Ewropea Nru En/45011 tas-26 ta’ Ġunju 1989, u b’hekk għandhom jiġu liċenzjati u sorveljati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru interessat.
Artikolu 14
Laħam tat-tjur importat minn terzi pajjiżi jista’ juri indikazzjoni waħda jew aktar mhux obbligatorja li għaliha hemm ipprovdut fl-Artikoli 10 jew 11 jekk ikun akkumpanjat minn ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-pajiż ta’ oriġini li jiċċertifika l-konformità tal-prodotti in kwistjoni mad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dan ir-Regolament.
Fuq talba minn pajjiż terz lill-Kummissjoni, għandha tiġi stabbilita lista ta’ awtoritajiet tali mill-Kummissjoni.
Artikolu 15
1. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 16(5) u ta’ l-Artikolu 17(3), it-tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr, jista’ jitqiegħed fis-suq permezz ta’ negozju jew kummerċ fi ħdan il-Komunità biss jekk il-kontenut ta’ ilma ma jkunx jaqbeż il-valuri li teknikament ma jistgħux jiġu evitati stabbiliti bil-metodu ta’ analiżi deskritt fl-Anness VI (metodu tat-tqattir) jew dak ta’ l-Anness VIIa (metodu kimiku).
2. L-awtoritajiet kompetenti maħtura minn kull Stat Membru għandhom jiżguraw li l-biċċeriji jadottaw il-miżuri kollha neċessarji biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 1 u b’mod partikolari li:
— |
jittieħdu kampjuni għall-osservazzjoni ta’ l-assorbiment ta’ l-ilma matul it-tkessiħ u l-kontenut ta’ ilma ta’ tiġieġ iffriżati u ffriżati malajr, |
— |
ir-riżultati tal-kontrolli jiġu rrekordjati u miżmuma għal perjodu ta’ sena; |
— |
kull lott ikun immarkat b’tali mod li d-data tal-produzzjoni tiegħu tista’ tiġi identifikata, meqjus li l-marka tal-lott imsemmi trid tidher fuq ir-reġistru tal-produzzjoni. |
Artikolu 16
1. Għandhom isiru kontrolli regolari skond l-indikazzjonijiet li jidhru fl-Anness IX fuq l-assorbiment ta’ l-ilma jew kontrolli skond l-Anness V fil-biċċeriji, talanqas darba f’kull perjodu ta’ xogħol ta’ tmien sigħat.
Fejn dawn il-kontrolli juru li l-ammont ta’ ilma assorbit huwa iktar mill-volum totali ta’ ilma permess taħt it-termini tar-Regolament, jingħata kas ta’ l-ilma assorbit mill-karkassi matul il-fażijiet ta’ l-ipproċessar li mhumiex soġġetti għall-kontrolli, u fejn, fi kwalunkwe każ, l-ammont ta’ ilma assorbit huwa akbar mill-istandards imsemmija fil-punt 10 ta’ l-Anness IX, jew il-punt 7 ta’ l-Anness VI, l-aġġustamenti tekniċi neċessarji għas-sistema tal-preparazzjoni għandhom isiru immedjatament mill-biċċerija.
2. Fil-każijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni inċiż, u fi kwalunkwe każ, talanqas darba kull xahrejn, il-kontrolli fuq il-kontenut ta’ ilma fuq tiġieġ iffriżat u ffriżat malajr imsemmija fl-Artikolu 15(1), isiru permezz ta’ kkampjunar, għal kull biċċerija, skond l-indikazzjonijiet ta’ l-Annessi VI jew VII, magħżula mill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru. Dawn il-kontrolli ma għandhomx isiru għall-karkassi li għalihom tkun mogħtija prova għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li huma maħsuba esklussivament għall-esportazzjoni.
3. Il-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom isiru minn jew taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetneti jistgħu, fil-każijiet speċifiċi, jagħmlu aktar riġorużi għal biċċerja partikolari d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, u partikolarment l-indikazzjonijiet ta’ l-Anness IX, punti 1 u 10, u tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, meta jidher meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-kontenut totali ta’ l-ilma permess skond dan ir-Regolament.
F'kull każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fejn lott tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr jitqies mhux konformi ma’ dan ir-Regolament, ikomplu jeżaminaw bil-frekwenza minima ta’ kontrolli li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2 biss wara li tliet kontrolli suċċessivi skond l-Annessi V jew VII, li għandhom isiru permezz ta’ teħid ta’ kampjuni minn tlitt ijiem differenti ta’ produzzjoni fi żmien massimu ta’ erba’ ġimgħat, ikunu taw riżultati negattivi. L-ispejjeż ta’ dawn il-verifiki għandhom jitħallsu mill-biċċerija kkonċernata.
4. Fejn, fil-każ ta’ tkessiħ bl-arja, ir-riżultati tal-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 juru konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Annessi VI sa IX matul il-perjodu ta’ sitt xhur, il-frekwenza tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 tista’ titnaqqas għal darba fix-xahar. Kull nuqqas li jitħarsu l-kriterji pprovduti f'dawn l-Annessi għandhom jirriżultaw fl-applikazzjoni mill-ġdid ta’ verifiki kif imsemmi fil-paragrafu 1.
5. Jekk ir-riżultat tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 2 huwa iżjed mil-limiti ammissibbli, il-lott ikkonċernat għandu jitqies bħala mhux konformi ma’ dan ir-Regolament. F'dak il-każ, madankollu, il-biċċerija kkonċernata tista’ titlob li titwettaq kontro-analiżi f'laboratorju ta’ referenza ta’ Stat Membru, bl-użu ta’ metodu li għandu jintgħażel mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru. L-ispejjeż ta’ din il-kontro-analiżi għandhom isiru mid-detentur tal-lott.
6. Fejn, jekk ikun hemm bżonn wara kontro-analiżi bħal din, il-lott imsemmi jitqies li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa bil-għan li jħallu lott bħal dan jitqiegħed fis-suq kif inhu, fi ħdan il-Komunità, biss taħt il-kundizzjoni li sew l-imballaġġ individwali sew dak bl-ingrossa tal-karakassi kkonċernati jiġi mmarkat mill-biċċerija taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti bi strixxa jew tikketta li jkollha fuqha għallinqas waħda mill-indikazzjonijet elenkati fl-Anness X b’ittri ħomor kbar.
Il-lott imsmemi fl-ewwel inċiż jibqa’ taħt il-kontroll ta’ l-awtorità kompetenti sakemm jiġi ttrattat konformi għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu prezenti jew jekk ikun hemm dispożizzjonijiet mod ieħor. Jekk jiġi ċċertifikat lill-awtorità kompetenti li l-lott imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi esportat, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex iżżomm il-lott imsemmi milli jitqiegħed fis-suq fi ħdan il-Komunità.
L-indikazzjonijiet ipprovduti fl-ewwel inċiż ikunu mmarkati f’post li jispikka b’tali mod li jkunu viżibbli faċilment, li jkunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u li ma jistgħux jitħassru. Ma għandhomx ikunu moħbija, mgħottija jew imfixkla minn materjal ieħor miktuba jew minn stampi. L-ittri għandhom ikunu għoljin talanqas 1 ċm fuq l-imballaġġ individwali u 2 ċm fuq l-imballaġġ ta’ kwantità.
Artikolu 17
1. L-Istat Membru destinatarju jista’ meta jkunu jeżistu raġunijiet serji biex jiġu ssusspettati irregolaritajiet, iwettaq kontrolli mhux diskriminatorji, bl-ikkampjunar, ta’ tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr, sabiex jivverifika li lott jaqbel mal-kundizzjonijiet ipprovduti fl-Artikoli 15 u 16.
2. Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu fil-post tad-destinazzjoni tal-prodotti jew f’post ieħor xieraq, dejjem sakemm, fil-każ aħħari, it-trasport tal-prodotti jixxekkel mill-inqas, il-post magħżul ma jkunx qiegħed fuq il-fruntiera, u l-prodotti jkunu jistgħu jaslu b’mod normali fid-destinazzjoni tagħhom darba li jkun ittieħed il-kampjun ix-xieraq. Madankollu l-prodotti kkonċernati ma għandhomx jinbigħu lill-konsumatur aħħari sakemm ir-riżultat tal-kontrolli ma jkunx disponibbli.
Kontrolli bħal dawn għandhom isiru kemm jista’ jkun malajr sabiex ma jdewmux bla raġuni t-tqegħid tagħhom fuq is-suq, jew jikkawżaw dewmien li jista’ jħassar il-kwalità tagħhom.
Ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli u kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti u r-raġunijiet għaliex ikunu saru għandhom jiġu nnotifikati mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara li jkunu ttieħdu l-kampjuni lill-kunsinnatur, lid-destinatarju jew lir-rappreżentant tagħhom. Id-deċiżjoniiet meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni u r-raġunijiet għal deċiżjonijiet bħal dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità komeptenti ta’ l-Istat Membru ta’ dispaċċ.
Jekk il-kunsinnatur jew ir-rappreżentant tiegħu jitlob hekk, id-deċiżjonijiet u r-raġunijiet imsemmija għandhom jiġu mgħoddija lilu bil-miktub bid-dettalji tad-drittijiet ta’ l-appell li huma disponibbli għalih taħt il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru tad-destinazzjoni u tal-proċedura u l-limiti ta’ żmien applikabbli.
3. Jekk ir-riżultat tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 jaqbeż il-limiti ammissibbli, id-detentur tal-grupp ikkonċernat jista’ jitlob li kontro-analiżi titwettaq f'wieħed mil-laboratorji ta’ referenza elenkati fl-Anness XI, u jintuża l-istess metodu bħal fl-eżami inizjali. L-ispejjeż li jiġġarrbu minħabba din il-kontro-analiżi jitħallsu mid-detentur tal-lott. Il-kompiti u l-kompetenzi tal-laboratorji ta’ referenza hemm ipprovdut għalihom fl-Anness XII.
4. Jekk, wara li jsir kontroll skond id dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 u, jekk ikun mitlub, wara kontro-analiżi, jinstab li t-tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15 u 16, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandha tapplika l-proċeduri li hemm ipprovdut għalihom fl-Artikolu 16(6).
5. Fil-każijiet li hemm ipprovdut għalihom fil-paragrafi 3 u 4, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandha tikkuntattja lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ dispaċċ mingħajr dewmien. L-awtoritajiet ta’ l-aħħar għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji u għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti ta’ l-ewwel Stat Membru bix-xorta tal-kontrolli mwettqa, id-deċiżjonijiet meħuda u r-raġunijiet għal deċiżjonijiet bħal dawn.
Fejn il-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 3 juru irregolaritajiet ripetuti, jew fejn kontrolli bħal dawn, fl-opinjoni ta’ l-Istat Membru ta’ dispaċċ, ikunu qegħdin isiru mingħajr ġustifikazzjoni biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni.
Sa fejn ikun meħtieġ għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament jew fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru destinatarju, u meqjusa n-natura ta’ l-infrazzjonijiet, il-Kummissjoni tista’:
— |
tibgħat missjoni ta’ esperti fl-istabbiliment ikkonċernat, u flimkien ma’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, twettaq spezzjonijiet fuq il-post, jew |
— |
titlob lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ dispaċċ biex jintensifika t-teħid ta’ kampjuni tal-prodotti ta’ l-istabbiliment ikkonċernat u jekk ikun hemm bżonn tapplika sanzjonijiet skond l-Artikolu 194 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
Il-Kummsssjoni għandha tavża lill-Istati Membri bis-sejbiet tagħha. L-Istati Membri li ssir spezzjoni fit-territorji tagħhom għandhom jagħtu lill-esperti l-għajnuna kollha neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.
Sakemm jaslu l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, l-Istat Membru ta’ dispaċċ għandu, fuq it-talba ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni, isaħħaħ il-kontrolli fuq prodotti li jkunu ġejjin mill-istabbiliment imsemmi.
Fejn dawn il-miżuri jittieħdu biex jitrattaw l-irregolaritajiet ripetuti min-naħa ta’ l-istabbiliment, il-Kummissjoni għandha tiddebita kwalunkwe spiża kkawżata mill-applikazzjoni ta’ l-inċiżi tat-tielet subparagrafu lill-istabbiliment involut.
Artikolu 18
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lil-laboratorju nazzjonali ta’ referenza rispettiv mingħajr dewmien bir-riżultati tal-kontrolli msemmija fl-Artikoli 15, 16 u 17 li huma wettqu jew li twettqu taħt ir-responsabbbiltà tagħhom.
Il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza għandhom jgħaddu din id-dejta kull sitt xhur lill-kumitat ta’ l-esperti msemmi fl-Artikolu 19 għal iżjed stħarriġ u diskussjoni mal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza qabel l-1 ta’ Lulju ta’ kull sena. Ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati għall-istħarriġ lill-kumitat tat-tmexxija skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 195 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
2. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri prattiċi għall-kontrolli li għalihom hemm ipprovdut f'dan l-Artikolu f'kull fażi tat-tqegħid fis-suq, inklużi l-kontrolli fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fiż-żmien tar-rilaxx mid-dwana skond l-Annessi VI u VII. Għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dawn il-miżuri. Kull tibdil ta’ dawn il-miżuri għandu jiġi kkomunikat minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
Artikolu 19
Kumitat ta’ esperti fil-monitoraġġ tal-kontenut ta’ l-ilma fil-laħam tat-tjur għandu jaġixxi bħala korp ta’ koordinazzjoni għall-ativitajiet tal-kontroll tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza. Għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u minn laboratorji nazzjonali ta’ referenza. Il-kompiti tal-kumitat u tal-laboratorji ta’ referenza, kif ukoll l-istruttura organizattiva tal-kumitat huma stabbiliti fl-Anness XII.
Għajnuna finanzjarja għandha titħallas lil-laboratorju ta’ referenza skond it-termini tal-kuntratt konkluż bejn il-Kummissjoni, li taġixxi f'isem il-Komunità, u l-laboratorju.
Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura għandu jkun awtorizzat jiffirma l-kuntratt f'isem il-Kummissjoni.
Artikolu 20
1. Il-qatgħat tat-tjur friski, ffriżati jew iffriżati malajr li ġejjin jistgħu jitqiegħdu fis-suq permezz ta’ negozju jew kummerċ fi ħdan il-Komunità biss jekk il-kontenut ta’ ilma ma jkunx jaqbeż il-valuri li teknikament ma jistgħux jiġu evitati, stabbiliti bil-metodu ta’ analiżi deskritt fl-Anness VIII (metodu kimiku):
(a) |
flett tas-sidra tat-tiġieġa, bil-klavikula jew mingħajrha, mingħajr ġilda; |
(b) |
sidra tat-tiġieġa, bil-ġilda; |
(c) |
koxox (parti ta’ fuq) tat-tiġieġ, drumsticks, saqajn/koxox, saqajn/koxox b'porzjon mid-dahar, robbi (kwarti) tas-saqajn, bil-ġilda; |
(d) |
flett tas-sidra tad-dundjan, mingħajr ġilda; |
(e) |
sidra tad-dundjan, bil-ġilda; |
(f) |
koxox tad-dundjan, drumsticks, saqajn, bil-ġilda; |
(g) |
laħam tas-saqajn tad-dundjan disssusat u mingħajr ġilda. |
2. L-awtoritajiet kompetenti nnominati mill-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-biċċeriji u l-impjanti ta’ qtugħ sew jekk parti mill-biċċeriji sew jekk le, jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, u b'mod partikolari li:
(a) |
l-kontrolli regolari ta’ l-assorbiment ta’ l-ilma fil-biċċeriji skond l-Artikolu 16(1) jiġu estiżi wkoll għall-karkassi tat-tiġieġ u d-dundjani maħsuba għall-produzzjoni ta’ qatgħat friski, ffriżati u ffriżati malajr elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu talanqas darba kull perjodu ta’ xogħol ta’ tmien sigħat. Madankollu, fil-każ tat-tkessiħ bl-arja tal-karkassi tad-dundjani, m'għandhomx għalfejn jitwettqu verifiki regolari ta’ l-assorbiment ta’ l-ilma. Il-valuri tal-limitu stabbiliti fl-Anness IX(10) għandhom japplikaw wkoll għall-karkassi tad-dundjani; |
(b) |
ir-riżultati tal-kontrolli jiġu rrekordjati u miżmuma għal perjodu ta’ sena; |
(c) |
kull lott għandu jiġi mmarkat b’tali mod li d-data tal-produzzjoni tiegħu tista’ tiġi identifikata, meqjus illi l-marka tal-lott trid tidher fuq ir-reġistru tal-produzzjoni. |
Fejn, fil-każ ta’ tkessiħ bl-arja tat-tiġieġ, ir-riżultati tal-kontrolli msemmija fil-punt a) u fil-paragrafi 3 juru konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Annessi VI sa IX matul perjodu ta’ sitt xhur, il-frekwenza tal-verifiki msemmija fil-punt a) tista’ titnaqqas għal darba fix-xahar. Kull nuqqas li jitħarsu l-kriterji pprovduti fl-Annessi VI sa IX għandu jirriżulta fl-applikazzjoni mill-ġdid tal-verifiki skond il-frekwenza pprovduta fil-punt a).
3. Talanqas darba kull tliet xhur, għandhom isiru, permezz ta’ kkampjunar, il-verifiki fuq l-assorbiment ta’ l-ilma tal-qatgħat iffrizati jew iffriżati malajr imsemmija fil-paragrafu 1, għal kull impjant tat-tqattigħ li jipproduċi dawn il-qatgħat, skond l-indikazzjonijiet ipprovduti fl-Anness VIII. Dawn il-kontrolli ma għandhomx isiru għall-qatgħat li għalihom tkun mogħtija prova għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li huma maħsuba esklussivament għall-esportazzjoni.
Meta impjant tal-qtugħ josserva l-kriterji msemmija fl-Anness VIII tul perjodu ta’ sena, il-frekwenza tal-kontrolli titnaqqas għal kontrol kull sitt xhur. Kull nuqqas li jitħarsu l-kriterji għandu jirriżulta fl-applikazzjoni mill-ġdid tal-verifiki kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
4. L-Artikolu 16, paragrafi 3 sa 6, u l-Artikoli 17 u 18 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-qatgħat tat-tjur li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 21
Ir-Regolament (KEE) Nru 1538/91 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Lulju 2008.
Riferenzi għar-Regolament imħassar u għar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 għandhom jinftiehmu illi jirreferu għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness XIII.
Artikolu 22
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 470/2008 (ĠU L 140, 30.5.2008, p. 1).
(2) ĠU L 173, 6.7.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1029/2006 (ĠU L 186, 7.7.2006, p. 6).
(3) ĠU L 143, 7.6.1991, p. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1474/2007 (ĠU L 329, 14.12.2007, p. 14).
(4) ĠU L 46, 21.2.1976, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17).
(5) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.
(6) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Il-verżjoni korretta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.
(7) Ħruq tal-friża: (fis-sens ta’ tnaqqis tal-kwalità) tnixxif ftit jew wisq lokalizzat u irriversibbli tal-ġilda jew tal-laħam, li jista’ jwassal għal tibdiliet li jaffettwaw:
— |
il-lewn oriġinali (li ġeneralment isir aktar bajdani) jew |
— |
it-togħma u r-riħa (assenza ta’ togħma jew ħsaa) jew |
— |
il-konsistenza (niexfa, bħal sponża). |
(8) Tolleranza għal kull speċi, u mhux minn speċi għall-oħra
(9) ĠU L 39, 15.2.1980, p. 40.
ANNESS I
Artikolu 1, punt 1) – Ismijiet tal-karkassi sħaħ
|
bg |
es |
cs |
da |
de |
et |
el |
en |
fr |
it |
lv |
1. |
Пиле, бройлер |
Pollo (de carne) |
Kuře, brojler |
Kylling, slagtekylling |
Hähnchen Masthuhn |
Tibud, broiler |
Κοτόπουλο Πετετνοί και κότες (κρεατοπαραγωγής) |
Chicken, broiler |
Poulet (de chair) |
Pollo, ‘Broiler’ |
Cālis, broilers |
2. |
Петел, кокошка |
Gallo, gallina |
Kohout, slepice, drůbež na pečení, nebo vaření |
Hane, høne, suppehøne |
Suppenhuhn |
Kuked, kanad, hautamiseks või keetmiseks mõeldud kodulinnud |
Πετεινοί και κότες (για βράοιμο) |
Cock, hen, casserole, or boiling fowl |
Coq, poule (à bouillir) |
Gallo, gallina Pollame da brodo |
Gailis, vista, sautēta vai vārīta mājputnu gaļa |
3. |
Петел (угоен, скопен) |
Capón |
Kapoun |
Kapun |
Kapaun |
Kohikukk |
Καπόνια |
Capon |
Chapon |
Cappone |
Kapauns |
4. |
Ярка, петле |
Polluelo |
Kuřátko, kohoutek |
Poussin, Coquelet |
Stubenküken |
Kana- ja kukepojad |
Νεοσσός, πετεινάρι |
Poussin, Coquelet |
Poussin, coquelet |
Galletto |
Cālītis |
5. |
Млад петел |
Gallo joven |
Mladý kohout |
Unghane |
Junger Hahn |
Noor kukk |
Πετεινάρι |
Young cock |
Jeune coq |
Giovane gallo |
Jauns gailis |
1. |
(Млада) пуйка |
Pavo (joven) |
(Mladá) krůta |
(Mini) kalkun |
(Junge) Pute, (Junger) Truthahn |
(Noor) kalkun |
(Νεαροί) γάλοι και γαλοπούλες |
(Young) turkey |
Dindonneau, (jeune) dinde |
(Giovane) tacchino |
(Jauns) tītars |
2. |
Пуйка |
Pavo |
Krůta |
Avlskalkun |
Pute, Truthahn |
Kalkun |
Γάλοι και γαλοπούλες |
Turkey |
Dinde (à bouillir) |
Tacchino/a |
Tītars |
1. |
(Млада) патица, пате (млада) мускусна патица, (млад) мюлар |
Pato (joven o anadino), pato de Barbaria (joven), pato cruzado (joven) |
(Mladá) kachna, kachnê, (mladá) Pižmová kachna, (mladá) kachna Mulard |
(Ung) and (Ung) berberiand (Ung) mulardand |
Frühmastente, Jungente, (Junge) Barbarieente (Junge Mulardente) |
(Noor) part, pardipoeg. (noor) muskuspart, (noor) mullard |
(Νεαρές) πάπιες ή παπάκια, (νεαρές) πάπιες Βαρβαρίας, (νεαρές) παπιες mulard |
(Young) duck, duckling, (Young) Muscovy duck (Young) Mulard duck |
(Jeune) canard, caneton, (jeune) canard de Barbarie, (jeune) canard mulard |
(Giovane) anatra (Giovane) Anatra muta (Giovane) Anatra ‘mulard’ |
(Jauna) pīle, pīlēns, (jauna) muskuspīle, (Jauna) Mulard pīle |
2. |
Патица, мускусна патица, мюлар |
Pato, pato de Barbaria, pato cruzado |
Kachna, Pižmová kachna, kachna Mulard |
Avlsand Avlsberberiand Avlsmulardand |
Ente, Barbarieente Mulardente |
Part, muskuspart, mullard |
Πάτιες, πάτιες Βαρβαρίας πάτιες mulard |
Duck, Muscovy duck, Mulard duck |
Canard, canard de Barbarie (à bouillir), canard mulard (à bouillir) |
Anatra Anatra muta Anatra ‘mulard’ |
Pīle, muskuspīle, Mulard pīle |
1. |
(Млада) гъска, гъсе |
Oca (joven), ansarón |
Mladá husa, house |
(Ung) gås |
Frühmastgans, (Junge) Gans, Jungmastgans |
(Noor) hani, hanepoeg |
(Νεαρές) χήνες ή χηνάκια |
(Young) goose, gosling |
(Jeune) oie ou oison |
(Giovane) oca |
(Jauna) zoss, zoslēns |
2. |
Гъска |
Oca |
Husa |
Avlsgås |
Gans |
Hani |
Χήνες |
Goose |
Oie |
Oca |
Zoss |
1. |
(Млада) токачка |
Pintada (joven) |
Mladá perlička |
(Ung) perlehøne |
(Junges) Perlhuhn |
(Noor) pärlkana |
(Νεαρές) φραγκόκοτες |
(Young) guinea fowl |
(Jeune) pintade Pintadeau |
(Giovane) faraona |
(Jauna) pērļu vistiņa |
2. |
Токачка |
Pintada |
Perlička |
Avlsperlehøne |
Perlhuhn |
Pärlkana |
Φραγκόκοτες |
Guinea fowl |
Pintade |
Faraona |
Pērļu vistiņa |
|
lt |
hu |
mt |
nl |
pl |
pt |
ro |
sk |
sl |
fi |
sv |
1. |
Viščiukas broileris |
Brojler csirke, pecsenyecsirke |
Fellus, brojler |
Kuiken, braadkuiken |
Kurczę, broiler |
Frango |
Pui de carne, broiler |
Kurča, brojler |
Pitovni piščanec – brojler |
Broileri |
Kyckling, slaktkyckling (broiler) |
2. |
Gaidys, višta, skirti troškinti arba virti |
Kakas és tyúk (főznivaló baromfi) |
Serduk, tiġieġa (tal-brodu) |
Haan, hen soep- of stoofkip |
Kura rosołowa |
Galo, galinha |
Cocoș, găină sau carne de pasăre pentru fiert |
Kohút, sliepka |
Petelin, kokoš, perutnina za pečenje ali kuhanje |
Kukko, kana |
Tupp, höna, gryt-, eller kokhöna |
3. |
Kaplūnas |
Kappan |
Ħasi |
Kapoen |
Kapłon |
Capão |
Clapon |
Kapún |
Kopun |
Chapon (syöttökukko) |
Kapun |
4. |
Viščiukas |
Minicsirke |
Għattuqa, coquelet |
Piepkuiken |
Kurczątko |
Franguitos |
Pui tineri |
Kurčiatko |
Mlad piščanec, mlad petelin (kokelet) |
Kananpoika, kukonpoika |
Poussin, Coquelet |
5. |
Gaidžiukas |
Fiatal kakas |
Serduk żgħir fl-eta |
Jonge haan |
Młody kogut |
Galo jovem |
Cocoș tânăr |
Mladý kohút |
Mlad petelin |
Nuori kukko |
Ung tupp |
1. |
Kalakučiukas |
Pecsenyepulyka, gigantpulyka, növendék pulyka |
Dundjan (żgħir fl-eta) |
(Jonge) kalkoen |
(Młody) indyk |
Peru |
Curcan (tânăr) |
Mladá morka |
(Mlada) pura |
(Nuori) kalkkuna |
(Ung) kalkon |
2. |
Kalakutas |
Pulyka |
Dundjan |
Kalkoen |
Indyk |
Peru adulto |
Curcan |
Morka |
Pura |
Kalkkuna |
Kalkon |
1. |
Ančiukai, muskusinės anties ančiukai, mulardinės anties ančiukai |
Pecsenyekacsa, Pecsenye pézsmakacsa, Pecsenye mulard-kacsa |
Papra (żgħira fl-eta), papra żgħira (fellus ta’ papra) muskovy (żgħira fl-eta), papra mulard |
(Jonge) eend, (Jonge) Barbarijse eend (Jonge) „Mulard”-eend |
(Młoda) kaczka tuczona, (Młoda) kaczka piżmova, (Młoda) kaczka mulard |
Pato, Pato Barbary, Pato Mulard |
Rață (tânără), rață (tânără) din specia Cairina moschata, rață (tânără) Mulard |
(Mladá kačica), káča, (Mladá) pižmová kačica, (Mladý) mulard |
(Mlada) raca, račka, (mlada) muškatna raca, (mlada) mulard raca |
(Nuori) ankka, (Nuori) myskiankka |
(Ung) anka, ankunge (ung) mulardand (ung) myskand |
2. |
Antis, muskusinė antis, mulardinė antis |
Kacsa, Pézsma kacsa, Mulard kacsa |
Papra, papra muscovy, papra mulard |
Eend Barbarijse eend „Mulard”-eend |
Kaczka, Kaczka piżmowa, Kaczka mulard |
Pato adulto, pato adulto Barbary, pato adulto Mulard |
Rață, rață din specia Cairina moschata, rață Mulard |
Kačica, Pyžmová kačica, Mulard |
Raca, muškatna raca, mulard raca |
Ankka, myskiankka |
Anka, mulardand, myskand |
1. |
Žąsiukas |
Fiatal liba, pecsenye liba |
Wiżża (żgħira fl-eta), fellusa ta’ wiżża |
(Jonge) gans |
Młoda gęś |
Ganso |
Gâscă (tânără) |
(Mladá) hus, húsa |
(Mlada) gos, goska |
(Nuori) hanhi |
(Ung) gås, gåsunge |
2. |
Žąsis |
Liba |
Wiżża |
Gans |
Gęś |
Ganso adulto |
Gâscă |
Hus |
Gos |
Hanhi |
Gås |
1. |
Perlinių vištų viščiukai |
Pecsenyegyöngyös |
Farghuna (żgħira fl-eta) |
(Jonge) parelhoen |
(Młoda) perliczka |
Pintada |
Bibilică adultă |
(Mladá) perlička |
(Mlada) pegatka |
(Nuori) helmikana |
(Ung) pärlhöna |
2. |
Perlinės vištos |
Gyöngytyúk |
Fargħuna |
Parelhoen |
Perlica |
Pintada adulta |
Bibilică |
Perlička |
Pegatka |
Helmikana |
Pärlhöna |
Artikolu 1, punt 2) – Ismijiet ta’ qtugħ
|
bg |
es |
cs |
da |
de |
et |
el |
en |
fr |
it |
lv |
a) |
Половинка |
Medio |
Půlka |
Halvt |
Hälfte oder Halbes |
Pool |
Μισά |
Half |
Demi ou moitié |
Metà |
Puse |
b) |
Четвъртинка |
Charto |
Čtvrtka |
Kvart |
(Vorder-, Hinter-)Viertel |
Veerand |
Τεταρτημόριο |
Quarter |
Quart |
Quarto |
Ceturdaļa |
c) |
Неразделени четвъртинки с бутчетата |
Cuartos traseros unidos |
Neoddělená zadní čtvrtka |
Sammenhængende lårstykker |
Hinterviertel am Stück |
Lahtilõikamata koivad |
Αδιαχώριστα τεταρτημόρια ποδιών |
Unseparated leg quarters |
Quarts postérieurs non séparés |
Cosciotto |
Nesadalītas kāju ceturdaļas |
d) |
Гърди, бяло месо или филе с кост |
Pechuga |
Prsa |
Bryst |
Brust, halbe Brust, halbierte Brust |
Rind |
Στήθος |
Breast |
Poitrine, blanc ou filet sur os |
Petto con osso |
Krūtiņa |
e) |
Бутче |
Muslo y contramuslo |
Stehno |
Helt lår |
Schenkel, Keule |
Koib |
Πόδι |
Leg |
Cuisse |
Coscia |
Kāja |
f) |
Бутче с част от гърба, прикрепен към него |
Charto trasero de pollo |
Stehno kuřete s částí zad |
Kyllingelår med en del af ryggen |
Hähnchenschenkel mit Rückenstück, Hühnerkeule mit Rückenstück |
Koib koos seljaosaga |
Πόδι από κοτόπουλο με ένα κομμάτι της ράχης |
Chicken leg with a portion of the back |
Cuisse de poulet avec une portion du dos |
Coscetta |
Cāļa kāja ar muguras daļu |
g) |
Бедро |
Contramuslo |
Horní stehno |
Overlår |
Oberschenkel, Oberkeule |
Reis |
Μηρός (μπούτι) |
Thigh |
Haut de cuisse |
Sovraccoscia |
Šķiņkis |
h) |
Подбедрица |
Muslo |
Dolní stehno (palička) |
Underlår |
Unterschenkel, Unterkeule |
Sääretükk |
Κνήμη |
Drumstick |
Pilon |
Fuso |
Stilbs |
i) |
Крило |
Ala |
Křídlo |
Vinge |
Flügel |
Tiib |
Φτερούγα |
Wing |
Aile |
Ala |
Spārns |
j) |
Неразделени крила |
Alas unidas |
Neoddělená křídla |
Sammenhængende vinger |
Beide Flügel, ungetrennt |
Lahtilõikamata tiivad |
Αδιαχώριστες φτερούγες |
Unseparated wings |
Ailes non séparées |
Ali non separate |
Nesadalīti spārni |
k) |
Филе от гърдите, бяло месо |
Filete de pechuga |
Prsní řízek |
Brystfilet |
Brustfilet, Filet aus der Brust, Filet |
Rinnafilee |
Φιλέτο στήθους |
Breast fillet |
Filet de poitrine, blanc, filet, noix |
Filetto, fesa (tacchino) |
Krūtiņas fileja |
l) |
Филе от гърдите с „ядеца“ |
Filete de pechuga con clavícula |
Filety z prsou (Klíční kost s chrupavkou prsní kosti včetně svaloviny v přirozené souvislosti, klíč. kost a chrupavka max. 3 % z cel. hmotnosti) |
Brystfilet med ønskeben |
Brustfilet mit Schlüsselbein |
Rinnafilee koos harkluuga |
Φιλέτο στήθους με κλειδοκόκαλο |
Breast fillet with wishbone |
Filet de poitrine avec clavicule |
Petto (con forcella), fesa (con forcella) |
Krūtiņas fileja ar krūšukaulu |
m) |
Нетлъсто филе |
Magret, maigret |
Magret, maigret (filety z prsou kachen a hus s kůží a podkožním tukem pokrývajícím prsní sval, bez hlubokého svalu prsního) |
Magret, maigret |
Magret, Maigret |
Rinnaliha („magret” või „maigret”) |
Maigret, magret |
Magret, maigret |
Magret, maigret |
Magret, maigret |
Pīles krūtiņa |
n) |
Oбезкостен пуешки бут |
Carne de muslo y contramuslo de pavo deshuesada |
U vykostěných krůtích stehen |
Udbenet kød af hele kalkunlår |
Entbeintes Fleisch von Putenschenkeln |
Kalkuni konditustatud koivaliha |
Κρέας ποδιού γαλοπούλας χωρίς κόκαλο |
Deboned turkey leg meat |
Cuisse désossée de dinde |
Carne di coscia di tacchino disossata |
Atkaulotai tītara kāju gaļai |
|
lt |
hu |
mt |
nl |
pl |
pt |
ro |
sk |
sl |
fi |
sv |
a) |
Pusė |
Fél baromfi |
Nofs |
Helft |
Połówka |
Metade |
Jumătăți |
Polená hydina |
Polovica |
Puolikas |
Halva |
b) |
Ketvirtis |
Negyed baromfi |
Kwart |
Kwart |
Ćwiartka |
Quarto |
Sferturi |
Štvrťka hydiny |
Četrt |
Neljännes |
Kvart |
c) |
Neatskirti kojų ketvirčiai |
Összefüggő (egész) combnegyedek |
Il-kwarti ta’ wara tas-saqajn, mhux separati |
Niet-gescheiden achterkwarten |
Ćwiartka tylna w całości |
Quartos da coxa não separados |
Sferturi posterioare neseparate |
Neoddelené hydinové stehná |
Neločene četrti nog |
Takaneljännes |
Bakdelspart |
d) |
Krūtinėlė |
Mell |
Sidra |
Borst |
Pierś, połówka piersi |
Peito |
Piept |
Prsia |
Prsi |
Rinta |
Bröst |
e) |
Koja |
Comb |
Koxxa |
Hele poot, hele dij |
Noga |
Perna inteira |
Pulpă |
Hydinové stehno |
Bedro |
Koipireisi |
Klubba |
f) |
Viščiuko koja su neatskirta nugaros dalimi |
Csirkecomb a hát egy részével |
Koxxa tat-tiġieġa b’porzjon tad-dahar |
Poot/dij met rugdeel (bout) |
Noga kurczęca z częścią grzbietu |
Perna inteira de frango com uma porção do dorso |
Pulpă de pui cu o porțiune din spate atașată |
Kuracie stehno s panvou |
Piščančja bedra z delom hrbta |
Koipireisi, jossa selkäosa |
Kycklingklubba med del av ryggben |
g) |
Šlaunelė |
Felsőcomb |
Il-biċċa ta’ fuq tal-koxxa |
Bovenpoot, bovendij |
Udo |
Coxa |
Pulpă superioară |
Horné hydinové stehno |
Stegno |
Reisi |
Lår |
h) |
Blauzdelė |
Alsócomb |
Il-biċċa t’isfel tal-koxxa (drumstick) |
Onderpoot, onderdij (Drumstick) |
Podudzie |
Perna |
Pulpă inferioară |
Dolné hydinové stehno |
Krača |
Koipi |
Ben |
i) |
Sparnas |
Szárny |
Ġewnaħ |
Vleugel |
Skrzydło |
Asa |
Aripi |
Hydinové krídelko |
Peruti |
Siipi |
Vinge |
j) |
Neatskirti sparnai |
Összefüggő (egész) szárnyak |
Ġwienaħ mhux separati |
Niet-gescheiden vleugels |
Skrzydła w całości |
Asas não separadas |
Aripi neseparate |
Neoddelené hydinové krídla |
Neločene peruti |
Siivet kiinni toisissaan |
Sammanhängande vingar |
k) |
Krūtinėlės filė |
Mellfilé |
Flett tas-sidra |
Borstfilet |
Filet z piersi |
Carne de peito |
Piept dezosat |
Hydinový rezeň |
Prsni file |
Rintafilee |
Bröstfilé |
l) |
Krūtinėlės filė su raktikauliu ir krūtinkauliu |
Mellfilé szegycsonttal |
Flett tas-sidra bil-wishbone |
Borstfilet met vorkbeen |
Filet z piersi z obojczykiem |
Carne de peito com fúrcula |
Piept dezosat cu osul iadeș |
Hydinový rezeň s kosťou |
Prsni file s prsno kostjo |
Rintafilee solisluineen |
Bröstfilé med nyckelben |
m) |
Krūtinėlės filė be kiliojo raumens (magret) |
Bőrös libamell-filé, (maigret) |
Magret, maigret |
Magret |
Magret |
Magret, maigret |
Tacâm de pasăre, spinări de pasăre |
Magret |
Magret |
Magret, maigret |
Magret, maigret |
n) |
Kalakuto kojų mėsa be kaulų |
Kicsontozott pulykacomb |
Laħam tas-saqajn tad-dundjan dissussat |
Vlees van hele poten/hele dijen van kalkoenen, zonder been |
Pozbawione kości mięso z nogi indyka |
Carne desossada da perna inteira de peru |
Pulpă dezosată de curcan |
Vykostené morčacie stehno |
Puranje bedro brez kosti |
Kalkkunan luuton koipi-reisiliha |
Urbenat kalkonkött av klubba |
ANNESS II
Qatgħa li tifred il-koxxa/sieq mid-daħar
— |
delineazzjoni tal-ġoga tal-ġenb
|
Qatgħa li tifred il-koxxa mid-drumstick
— |
delineazzjoni tal-ġoga ta’ l-irkobba
|
ANNESS III
Artikolu 10 – Metodi ta’ tkessiħ
|
bg |
es |
cs |
da |
de |
et |
el |
en |
fr |
it |
lv |
1. |
Въздушно охлаждане |
Refrigeración por aire |
Vzduchem (Chlazení vzduchem) |
Luftkøling |
Luftkühlung |
Ōhkjahutus |
Ψύξη με αέρα |
Air chilling |
Refroidissement à l'air |
Raffreddamento ad aria |
Dzesēšana ar gaisu |
2. |
Въздушно-душово охлаждане |
Refrigeración por aspersión ventilada |
Vychlazeným proudem vzduchu s postřikem |
Luftspraykøling |
Luft-Sprühkühlung |
Ōhkpiserdusjahutus |
Ψύξη με ψεκασμό |
Air spray chilling |
Refroidissement par aspersion ventilée |
Raffreddamento per aspersione e ventilazione |
Dzesēšana ar izsmidzinātu gaisu |
3. |
Охлаждане чрез потапяне |
Refrigeración por immersión |
Ve vodní lázni ponořením |
Neddypningskøling |
Gegenstrom-Tauchkühlung |
Sukeljahutus |
Ψύξη με βύθιση |
Immersion chilling |
Refroidissement par immersion |
Raffreddamento per immersione |
Dzesēšana iegremdējot |
|
lt |
hu |
mt |
nl |
pl |
pt |
ro |
sk |
sl |
fi |
sv |
1. |
Atšaldymas ore |
Levegős hűtés |
Tkessih bl-arja |
Luchtkoeling |
Owiewowa |
Refrigeração por ventilação |
Refrigerare în aer |
Chladené vzduchom |
Zračno hlajenje |
Ilmajäähdytys |
Luftkylning |
2. |
Atšaldymas pučiant orą |
Permetezéses hűtés |
Tkessih b'air spray |
Lucht-sproeikoeling |
Owiewowo-natryskowa |
Refrigeração por aspersão e ventilação |
Refrigerare prin dușare cu aer |
Chladené sprejovaním |
Hlajenje s pršenjem |
Ilmasprayjäähdytys |
Evaporativ kylning |
3. |
Atšaldymas panardinant |
Bemerítéses hűtés |
Tkessiħ b’immersjoni |
Dompelkoeling |
Zanurzeniowa |
Refrigeração por imersão |
Refrigerare prin imersiune |
Chladené vo vode |
Hlajenje s potapljanjem |
Vesijäähdytys |
Vattenkylning |
ANNESS IV
Artikolu 11, paragrafu 1 – Modi ta’ trobbija
|
bg |
es |
cs |
da |
de |
et |
el |
en |
fr |
it |
lv |
a) |
Хранена с … % … гъска, хранена с овес |
Alimentado con … % de … Oca engordada con avena |
Krmena (čím) … % (čeho) … Husa krmená ovsem |
Fodret med … % … Havrefodret gås |
Mast mit … % … Hafermastgans |
Söödetud …, mis sisaldab … % … Kaeraga toidetud hani |
Έχει τραφεί με … % … Χήνα που παχαίνεται με βρώμη |
Fed with … % of … Oats fed goose |
Alimenté avec … % de … Oie nourrie à l’avoine |
Alimentato con il … % di … Oca ingrassata con avena |
Barība ar … % … ar auzām barotas zosis |
b) |
Екстензивно закрито (отгледан на закрито) |
Sistema extensivo en gallinero |
Extenzivní v hale |
Ekstensivt staldopdræt (skrabe …) |
Extensive Bodenhaltung |
Ekstensiivne seespidamine (lindlas pidamine) |
Εκτατικής εκτροφής |
Extensive indoor (barnreared) |
Élevé à l’intérieur: système extensif |
Estensivo al coperto |
Turēšana galvenokārt telpās (“Audzēti kūtī”) |
c) |
Свободен начин на отглеждане |
Gallinero con salida libre |
Volný výběh |
Fritgående |
Freilandhaltung |
Vabapidamine |
Ελεύθερης βοσκής |
Free range |
Sortant à l’extérieur |
All’aperto |
Brīvā turēšana |
d) |
Традиционен свободен начин на отглеждане |
Granja al aire libre |
Tradiční volný výběh |
Frilands … |
Bäuerliche Freilandhaltung |
Traditsiooniline vabapidamine |
Πτηνοτροφείο παραδοσιακά ελεύθερης βοσκής |
Traditional free range |
Fermier-élevé en plein air |
Rurale all’aperto |
Tradicionālā brīvā turēšana |
e) |
Свободен начин на отглеждане – пълна свобода |
Granja de cría en libertad |
Volný výběh – úplná volnost |
Frilands … opdrættet i fuld frihed |
Bäuerliche Freilandhaltung Unbegrenzter Auslauf |
Täieliku liikumisvabadusega traditsiooniline vabapidamine |
Πτηνοτροφείο απεριόριστης τροφής |
Free-range — total freedom |
Fermier-élevé en liberté |
Rurale in libertà |
Pilnīgā brīvība |
|
lt |
hu |
mt |
nl |
pl |
pt |
ro |
sk |
sl |
fi |
sv |
a) |
Lesinta … % … Avižomis penėtos žąsys |
…%-ban …-val etetett Zabbal etetett liba |
Mitmugħa b’… % ta’ … Wiżża mitmugħa bil-ħafur |
Gevoed met … % … Met haver vetgemeste gans |
Żywione z udziałem … % … tucz owsiany (gęsi) |
Alimentado com … % de … Ganso engordado com aveia |
Furajate cu un % de … Gâște furajate cu ovăz |
Kŕmené … % … Husi kŕmené ovsom |
Krmljeno z … % … gos krmljena z ovsom |
Ruokittu rehulla, joka sisältää … …% Kauralla ruokittu hanhi |
Utfodrad med … % … Havreutfodrad gås |
b) |
Patalpose laisvai auginti paukščiai (Auginti tvartuose) |
Istállóban külterjesen tartott |
Mrobbija ġewwa: sistema estensiva |
Scharrel … binnengehouden |
Ekstensywny chów ściółkowy |
Produção extensiva em interior |
Creștere în interior sistem extensiv |
Chované na hlbokej podstielke (chov v hale) |
Ekstenzivna zaprta reja |
Laajaperäinen sisäkasvatus |
Extensivt uppfödd inomhus |
c) |
Laisvai laikomi paukščiai |
Szabadtartás |
Barra (free range) |
Scharrel … met uitloop |
Chów wybiegowy |
Produção em semiliberdade |
Creștere liberă |
Výbehový chov (chov v exteriéri) |
Prosta reja |
Vapaa laidun – perinteinen kasvatustapa |
Tillgång till utomhusvistelse |
d) |
Tradiciškai laisvai laikomi paukščiai |
Hagyományos szabadtartás |
Barra (free range) tradizzjonali |
Boerenscharrel … met uitloop Hoeve … met uitloop |
Tradycyjny chów wybiegowy |
Produção ao ar livre |
Creștere liberă tradițională |
Chované navol'no |
Tradicionalna prosta reja |
Ulkoiluvapaus |
Traditionell utomhusvistelse |
e) |
Visiškoje laisvėje laikomi paukščiai |
Teljes szabadtartás |
Barra (free range) – liberta totali |
Boerenscharrel … met vrije uitloop Hoeve … met vrije uitloop |
Chów wybiegowy bez ograniczeń |
Produção em liberdade |
Creștere liberă – libertate totală – |
Úplne vol'ný chov |
Prosta reja – neomejen izpust |
Vapaa laidun – täydellinen liikkumavapaus |
Uppfödd i full frihet |
ANNESS V
Id-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11 huma kif ġej:
a) |
“Mitmugħa bi … % ta’ …” Referenza għall-ingredjenti partikolari ta’ l-ikel li ġej tista’ ssir biss fejn:
It-terminu “wiżża mitmugħa l-ħafur” jista’ iżda jintuża meta l-wiżż huma mitmugħa matul il-fażi tal-aħħar ta’ tliet ġimgħat mhux inqas minn 500 g ta’ ħafur kuljum. |
b) |
“Mrobbija ġewwa - sistema estensiva” Dan it-terminu jista’ jintuża biss meta:
|
c) |
“Barra (Free range) ” Dan it-terminu jista’ jintuża biss meta:
Fil-każ tal-fargħuni, il-ġirjiet fil-beraħ jistgħu jiġu mibdula b’perċa ta’ wiċċ tal-paviment li jkun għallinqas id-doppju ta’ dak tal-gallinar u għoli ta’ mill inqas 2 m. Ikunu disponibbli pereċ ta’ talanqas 10 ċm fit-tul għal kull għasfur (gallinar u perċa),
|
d) |
“Barra -Free range tradizzjonali” Dan it-terminu jista’ jintuża biss meta:
|
e) |
“Barra (free range) — libertà totali”. L-użu ta’ dan it-terminu għandu jeħtieġ il-konformità mal-kriterji stipulati f’(d), ħlief li t-tjur għandhom ikollhom aċċess kontinwu bi nhar għal ġirjiet fil-beraħ fi spazju mhux limitat. F’każ ta’ restrizzjoni, u inkluż f’każ ta’ restrizzjoni veterinarja, meħuda abbażi tad-dritt Komunitarju sabiex titħares is-saħħa pubblika u ta’ l-annimali, bil-għan li jiġi ristrett l-aċċess tat-tjur għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, it-tjur imrobbija skond il-modi tal-produzzjoni deskritti fl-ewwel inċiż, punti c), d) u e), minbarra l-fargħuni mrobbija fil-guvi, jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq b’referenza partikolari għall-mod tat-trobbija tul ir-restrizzjoni iżda fl-ebda każ lil hinn minn tnax-il xahar. |
ANNESS VI
KEJL TAT-TELF TA’ L-ILMA MAT-TIDWIB
(Test tat-taqtir)
1. Is-suġġett u l-ambitu
Dan il-metodu għandu jintuża sabiex jistabbilixxi l-ammont ta’ ilma mitluf mit-tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr matul it-tidwib. Jekk dan it-telf f’taqtir, espress bħala perċentwal skond il-piż tal-karkassa (inkluż l-intern li jista’ jittiekel miżmum fil-pakkett) jaqbeż il-limitu tal-valur stabbilit fil-paragrafu 7, jitqies li l-ilma żejjed ġie assorbit matul l-ipproċessar.
2. Definizzjoni
It-telf f’taqtir stabbilit b’dan il-metodu għandu jiġi espress bħala perċentwal tal-piż totali tal-karkassa ffriżata jew iffriżata malajr, inkluż l-intern li jista’ jittiekel.
3. Il-prinċipju
Il-karkassa ffriżata jew iffriżata malajr, inkluż l-intern li jista’ jittiekel preżenti, għandha titħalla ddub taħt kundizzjonijiet ikkontrollati li jħallu li jiġi kkalkulat l-piż ta’ l-ilma mitluf.
4. Apparat
4.1. |
Miżien li kapaċi jiżen sa 5 kg bi preċiżjoni sa talanqas 1 g. |
4.2. |
Boroż tal-plastik kbar biżżejjed biex iżommu l-karkassa u li għandhom mezzi b’saħħithom għat-twaħħil tal-borża. |
4.3. |
Banju ta’ l-ilma b’kontroll termostatiku b’tagħmnir li jkun jista’ jesa’ l-karakassi kif deskritt fil-punti 5.5 u 5.6. Il-banju ta’ l-ilma għandu jkun fih volum ta’ ilma ta’ mhux anqas minn tmien darbiet dak tat-tjur li għandhom jiġu kkontrollati u għandu jkun kapaċi jżomm l-ilma f’temperatura ta’ 42 ± 2 °C. |
4.4. |
Karta filtru jew srievet tal-karta li jassorbu oħrajn. |
5. Teknika
5.1. |
Għoxrin karkassa għandhom jitneħħew b’mod aleatorju mill-kwantità ta’ tjur li għandha tiġi kkontrollata. Sakemm kull waħda tkun tista’ tiġi ttestjata kif deskritt f’ 5.2 sa 5.11, għandhom jinżammu f’temperatura mhux aktar għolja minn – 18 °C. |
5.2. |
Il-parti ta’ barra tal-pakkett għandha tintmesaħ biex jitneħħa s-silġ u l-ilma ta’ fuq barra. Iżen kull karkassa u niżżel il-piż tagħha sa l-eqreb gramma; b’hekk jinkiseb M0. |
5.3. |
Neħħi l-karakkasa, kif ukoll jekk hemm bżonn kull intern li jittiekel mibjugħ magħha, mill-pakket ta’ barra. Nixxef u iżen u niżżel il-piż tagħha sa l-eqreb gramma; b’hekk jinkiseb M1. |
5.4. |
Il-piż tal-karkassa ffriżata u l-intern li jista’ jittiekel għandhom jiġu kkalkulati permezz tat-tnaqqis ta’ M1 minn M0. |
5.5. |
Il-karkassa, inkluż l-intern li jista’ jittiekel, għandhom jitqiegħdu f’borża b’saħħitha, reżistenti għall-ilma bil-kavità abdominali tħares lejn in-naħa ta’ isfel magħluq tal-borża. Il-borża għandha tkun twila biżżejjed sabiex tiżgura li tista’ tiġi mwaħħla sew meta tkun fil-banju ta’ l-ilma iżda ma għandhiex tkun wiesgħa tant li tħalli l-karkassa tiċċaqqlaq mill-pożizzjoni vertikali. |
5.6. |
Il-parti tal-borża li żżomm il-karkassa u l-intern li jista’ jittiekel għandha titgħaddas għal kollox fil-banju ta’ l-ilma u għandha tibqa’ miftuħa, b’hekk tħalli kemm jista’ jkun arja taħrab. Għandha tinżamm vertikali, jekk meħtieġ b’vireg ta’ gwida jew billi jitpoġġew piżijiet żejda fil-borża, b’tali mod li l-ilma mill-banju ma jkunx jista’ jidħol fiha. Il-boroż individwali ma għandhomx imissu ma’ xulxin. |
5.7. |
Il-borża għandha titħalla fil-banju ta’ l-ilma, miżmuma f’temperatura kostanti ta’ 42 ± 2 °C il-ħin kollu, b’moviment kontinwu tal-borża jew aġitazzjoni kontinwa ta’ l-ilma, sakemm iċ-ċentru termali tal-karkassa (l-iktar parti fonda tal-muskolu tas-sidra viċin ta’ l-isternu, f’tiġieġ mingħajr l-organi interjuri, jew in-nofs ta’ l-organi interjuri f’tiġieġ bl-organi) jilħaq talanqas 4 °C, imkejla f’żewġ karkassi magħżula b’mod każwali. Il karkassi m’għandhomx jibqgħu fil-banju għal iktar milli meħtieġ sabiex jilħqu 4 °C. Il-perjodu meħtieġ għall-immersjoni, għall-karkassi miżmuma fi – 18 °C huwa ta’:
Minn hemm ’il quddiem, tkun meħtieġa żieda ta’ seba’ minuti għal kull 100g żejda kompluta jew mhux kompluta. Jekk il-perjodu ta’ immersjoni suġġerit jinqabeż mingħajr ma tintlaħaq temperatura ta’ + 4 °C, fiż-żewġ karkassi li huma kkontrollati, il-proċess ta’ tidwib tas-silġ għandu jitkompla sakemm jilħqu temperatura ta’ + 4 °C fiċ-ċentru termali. |
5.8. |
Il-borża u l-kontenut tagħha għandhom jitneħħew mill-banju ta’ l-ilma; il-qiegħ tal-borża għandu jiġi mtaqqab sabiex iħalli kwalunkwe ilma prodott mit-tidwib tas-silġ jissaffa. Il-borża u l-kontenut tagħha għandhom jitħallew iqattru għal siegħa f’temperatura ambjentali ta’ bejn it + 18 °C u l- + 25 °C. |
5.9. |
Il-karkassa bis-silġ imniżżel għandha titneħħa mill-borża u l-pakkett li jżomm l-intern li jista’ jittiekel (jekk preżenti) għandu jitneħħa mill-kavità abdominali. Il-karkassa għandha titnixxef minn ġewwa u minn barra b’karti filtru jew srievet tal-karti. Il-borża li żżomm l-intern li jista’ jittiekel għandha tiġi mtaqqba u, ladarba l-ilma li jista’ jkun preżenti jissaffa, il-borża u l-intern li jista’ jittiekel bis-silġ imniżżel għandhom ukoll jiġu mnixxfa bl-akbar attenzjoni. |
5.10. |
Il-piż totali tal-karkassa bis-silġ imniżżel, tal-intern li jista’ jittiekel u tal-pakkett għandu jiġi stabbilit sa l-eqreb gramma; b’hekk jinkiseb M2. |
5.11. |
Il-piż totali tal-pakkett li jżomm l-intern li jista’ jittiekel għandu jiġi stabbilit sa l-eqreb gramma; b’hekk jinkiseb M3. |
6. Il-kalkolu tar-riżultat
L-ammont ta’ ilma mitluf permezz tal-karkassa bis-silġ imniżżel bħala perċentwali skond il-piż tal-karkassa ffriżata jew iffriżata malajr (inkluż l-intern li jista’ jittiekel) għandu jiġi mogħti skond:
((M0 – M1 – M2)/(M0 – M1 – M3)) × 100
7. L-evalwazzjoni tar-riżultat
Jekk it-telfa medja ta’ l-ilma malli jinżel is-silġ għall-20 karkassa fil-kampjun taqbeż il-perċentwal mogħti hawn taħt, l-ammont ta’ ilma assorbit matul l-ipproċessar jiġi meqjus li jaqbeż il-valur tal-limitu.
Il-perċentwali huma fil-każ ta’:
— |
tkessiħ bl-arja 1,5 %, |
— |
tkessiħ b’raxx ta’ arja (air spray): 3,3 %, |
— |
tkessiħ b’immersjoni: 5,1 %. |
ANNESS VII
KALKOLU TAL-KONTENUT TOTALI TA’ ILMA FIT-TIĠIEĠ
(Test kimiku)
1. Is-suġġett u l-ambitu
Dan il-metodu għandu jintuża biex jiġi kkalkolat il-kontenut totali ta’ ilma tat-tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr. Il-metodu għandu jinvolvi l-kalkolu tal-kontenut ta’ ilma u l-protejini tal-kampjuni mill-karkassa omoġenizzata tat-tajra. Il-kontenut totali ta’ l-ilma kif stabbilit għandu jitqabbel mal-valur tal-limitu mogħti permezz tal-formoli indikati fil-paragrafu 6.4, biex jiġi stabbilit jekk l-ilma żejjed ġiex imneħħi jew le waqt l-ipproċessar. Jekk l-analista jissusspetta l-presenża ta’ xi sustanza li tista' tfixkel l-istima, għandha tkun taħt ir-responsabbiltà tiegħu jew tagħha li jittieħdu l-prekawzjonijiet xierqa meħtieġa.
2. Definizzjonijiet
“Karkassa”: il-karkassa tat-tajra bl-għadam, il-qarquċ u kwalunkwe intern addizzjonali.
“Intern”: fwied, qalb, qanżħa u għonq.
3. Il-prinċipju
Il-kontenut ta’ l-ilma u l-protejini għandu jiġi stabbilit skond il-metodi ta’ l-ISO (Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni) rikonoxxuti jew metodi oħra jew analiżi approvati mill-Kunsill.
L-akbar kontenut totali ta’ ilma permessibbli tal-karkassa għandu jiġi stmat mill-kontenut ta’ l-protejini tal-karkassa, li jista’ jiġi mqabbel mal-kontenut ta’ ilma fiżjoloġiku.
4. Apparat u reaġenti
4.1. |
Miżien għall-użin tal-karkassa u l-kisi, kapaċi jiżen bi preċiżjoni sa talanqas 1g. |
4.2. |
Mannara jew serrieq tal-laħam għall-qtugħ tal-karkassi f’biċċiet ta’ qies xieraq għall-magna ta’ l-ikkapuljat. |
4.3. |
Magna ta’ l-ikkapuljat u blender heavy-duty li kapaċi li jomoġeniżżaw biċċiet tat-tjur iffriżati jew iffriżati malajr. Nota: Ebda magna ta’ l-ikkappuljat speċjali ma għandha tkun rakkomandata. Għandha jkollha saħħa biżżejjed biex tagħmel ikkappuljat wkoll laħam iffriżat jew iffriżat malajr u għadam biex tipproduġi taħlita omoġena li tkun tikkorrispondi ma’ dik miksub minn magna ta’ l-ikkappuljat li jkollha t-toqob b'dijametru ta’ 4 mm. |
4.4. |
Apparat kif speċifikat fl-ISO 1442, biex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ ilma. |
4.5. |
Apparat kif speċifikat fl-ISO 937, għall-kalkolu tal-kontenut tal-protejini. |
5. proċedura
5.1. |
Seba’ karkassi għandhom jittieħdu b’mod aleatorju mill-kwantità ta’ tjur li għandha tiġi kkontrollata u f’kull każ għandhom jinżammu ffriżati sa ma tibda l-analiżi skond 5.2 sa 5.6. Tista’ tiġi mwettqa jew bħala analiżi ta’ kull waħda mis-seba’ karkassi, jew bħala analiżi ta’ kampjun magħmul mis-seba’ karkassi. |
5.2. |
Il-preparazzjoni għandha tibda fi żmien dik is-siegħa mit-tneħħija tal-karkassi mill-friża. |
5.3. |
|
5.4. |
|
5.5. |
Għandu jittieħed kampjun tal-materjal omoġenizzat u dan għandu jiġi wżat minnufih biex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ ilma skond l-ISO 1442 biex jagħti “%” għhall-kontenut ta’ ilma. |
5.6. |
Għandu jittieħed kampjun ta’ materjal omoġenizzat ukoll u għandu jintuża immedjatament biex jistabbilixxi l-kontenut ta’ nitroġenu skond l-ISO 937. Il-kontenut ta’ nitroġenu għandu jiġi mibdul f'kontenut ta’ protejina mhux ipproċessata “b%” billi jiġi mmultiplikat bil-figura 6,25. |
6. Kalkoli tar-riżultat
6.1. |
|
6.2. |
Il-piż medju ta’ l-ilma (WA) u protejina (RPA) għandu jiġi kkalkulat billi W7 u RP7 jiġu diviżi rispettivament, b’sebgħa. |
6.3. |
Il-kontenut teoriku fiżjoloġiku ta’ l-ilma, esperess fi grammi u kkalkulat b’dan il-metodu, jista' jiġi kkalkulat billi tiġi applikata l-formula li ġejja:
|
6.4. |
|
6.5. |
Jekk il-kontenut medju ta’ l-ilma (WA) tas-seba’ karkassi kif ikkalkulat taħt 6.2 ma jaqbiżx il-valur mogħti f’6.4 (WG), il-kwantità tat-tjur soġġetta għall-kontroll għandha tiġi meqjusa ta’ livell. |
(1) Ikkalkulat fuq il-bażi tal-karkassa bl-esklużjoni ta’ l-ilma barrani assorbit.
(2) Ikkalkulat fuq il-bażi tal-karkassa bl-esklużjoni ta’ l-ilma barrani assorbit.
(3) Ikkalkulat fuq il-bażi tal-karkassa bl-esklużjoni ta’ l-ilma barrani assorbit.
ANNESS VIII
KALKOLU TAL-KONTENUT TOTALI TA’ ILMA F'QATGĦAT TAT-TJUR
(Test kimiku)
1. Is-suġġett u l-ambitu
Dan il-metodu għandu jintuża biex jiġi stabbilit il-kontenut totali ta’ ilma f'ċerti qatgħat tat-tjur. Dan il-metodu għandu jinvolvi l-metodu ta’ kalkolu tal-kontenut ta’ ilma u protejini tal-kampjuni mill-qatgħat omoġenizzati tat-tjur. Il-kontenut totali ta’ ilma kif stabbilit għandu jitqabbel mal-valur tal-limitu mogħti permezz tal-formoli ndikati fil-paragrafu 6.4, biex jiġi stabbilit jekk l-ilma żejjed ġiex imneħħi jew le waqt l-ipproċessar. Jekk l-analista jissusspetta l-preżenza ta’ xi sustanza li tista' tfixkel l-istima, għandha tkun taħt ir-responsabbiltà tiegħu jew tagħha li jittieħdu l-prekawzjonijiet xierqa meħtieġa.
2. Definizzjonijiet u proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni
Id-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 1, punt 2) għandhom japplikaw għall-qatgħat tat-tjur imsemmija fl-Artikolu 20. Id-daqsijiet tal-kampjuni għandhom ikunu ta’ l-anqas kif ġej:
— |
Sidra tat-tiġieġa: nofs sidra; |
— |
Flett tas-sidra tat-tiġieġa: nofs is-sidra dissussata, mingħajr ġilda, |
— |
Sidra tad-dundjan, fiett tas-sidra tad-dundjan u koxxa dissussata tad-dundjan: porzjonijiet ta’ madwar 100 g, |
— |
Qatgħat oħrajn: kif iddefiniti fl-Artikolu 1, punt 2): |
Fil-każ ta’ prodotti fi kwantità ffriżati jew iffriżati malajr (qatgħat mhux ippakkjati individwalment) il-pakketti l-kbar li minnhom għandhom jittieħdu l-kampjuni jistgħu jinżammu f'0 °C sakemm il-qatgħat individwali jistgħu jitneħħew.
3. Il-prinċipju
Il-kontenut ta’ l-ilma u l-protejini għandu jiġi stabbilit skond il-metodi ta’ l-ISO (Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni) rikonoxxuti jew metodi oħra jew analiżi approvati mill-Kunsill.
L-ogħla kontenut totali ta’ ilma permissibbli f'qatgħat tat-tjur għandu jiġi stmat mill-kontenut ta’ proteini tal-qatgħat, li jista' jkollu x'jaqsam mal-kontenut fisjoloġiku ta’ l-ilma.
4. Apparat u reaġenti
4.1. |
Miżien biex jintiżnu l-qatgħat u l-ippakkjar, li jkun kapaċi jiżen bi preċiżjoni ta’ talanqas 1 g. |
4.2. |
Mannara jew serrieq tal-laħam għall-qtugħ tal-qatgħat fid-daqs xieraq għall-magna ta’ l-ikkappuljat. |
4.3. |
Magni ta’ l-ikkappuljat li jifilħu għall-istrapazz u magni li jħalltu li jkunu kapaċi jomoġenizzaw qatgħat tat-tjur jew partijiet minnhom. Nota: Ebda makna ta’ l-ikkappuljat speċjali ma għandha tkun rakkomandata. Għandha jkollha saħħa biżżejjed biex tagħmel ikkappuljat wkoll laħam iffriżat jew iffriżat malajr u għadam biex tipproduċi taħlita omoġenea li tkun tikkorrispondi ma’ dik miksuba minn makna ta’ l-ikkappuljat li jkollha t-toqob b'dijametru ta’ 4 mm. |
4.4. |
Apparat kif speċifikat fl-ISO 1442, biex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ ilma. |
4.5. |
Apparat kif speċifikat fl-ISO 937, għall-kalkolu tal-kontenut tal-protejini. |
5. Proċedura
5.1. |
Għandhom jittieħdu ħames qatgħat b'mod każwali mill-kwantità ta’ qatgħat tat-tjur li għandhom jiġu verifikati u f'kull każ miżmuma ffriżati jew imkessħin skond il-każ sakemm jingħata bidu għall-analiżi skond il-punti 5.2 sa 5.6. Kampjuni minn prodotti fi kwantità ffriżati jew ffriżati malajr li jirreferi għalihom il-punt 2 għandhom jinżammu f'0 °C sakemm jingħata bidu għall-analiżi. Dan jista' jsir jew bħala analiżi ta’ kull waħda mill-ħames qatgħat, jew bħala analiżi ta’ kampjun magħmul mill-ħames qatgħat. |
5.2. |
It-tħejjija għandha tinbeda f'dik is-siegħa wara li l-qatgħat jitneħħew mill-friża jew mill-friġġ. |
5.3. |
|
5.4. |
Iż-żewġ kampjuni għandhom jiġu analizzati kif imfisser fil-punti 5.5 u 5.6. |
5.5. |
Għandu jittieħed kampjun tal-materjal omoġenizzat u dan għandu jiġi wżat minnufih biex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ ilma skond l-ISO 1442 biex jagħti “%” għall-kontenut ta’ ilma. |
5.6. |
Għandu jittieħed kampjun ta’ materjal omoġenizzat ukoll u għandu jintuża immedjatament biex jistabbilixxi l-kontenut ta’ nitroġenu skond l-ISO 937. Il-kontenut ta’ nitroġenu għandu jiġi mibdul f'kontenut ta’ protejina mhux ipproċessata “b %” billi jiġi mmultiplikat bil-figura 6,25. |
6. Kalkoli tar-riżultat
6.1. |
|
6.2. |
Il-piż medju ta’ l-ilma (WA) u tal-protejina (RPA) għandu jiġi kkalkolat billi W5 u RP5 jiġu diviżi b'ħamsa rispettivament. |
6.3. |
Il-proporzjon tal-medja fiżjoloġika W/RP kif stabbilit b'dan il-metodu huwa kif ġej:
|
6.4. |
Jekk jiġi previst li l-kontenut minimu ta’ l-ilma li teknikament ma jistax ikun evitat assorbit matul it-tħejjija jkun jammonta għal 2 %, 4 % jew 6 % (1) skond it-tip ta’ prodotti u l-metodi ta’ tkessiħ applikati, l-ogħla proporzjon ta’ W/RP permissibbli kif stabbilit b'dan il-metodu għandu jkun kif ġej:
Jekk il-proporzjon tal-medja WA/RPA tal-ħames qatgħat kif ikkalkolat mill-valuri taħt il-punt 6.2 ma jkunx aktar mill-proporzjon mogħti fil-punt 6.4, il-kwantità tal-qatgħat tat-tjur soġġetta għall-kontroll għandha titqies konformi. |
(1) Ikkalkulat fuq il-bażi tal-qatgħa, mingħajr ilma assorbit b'mod barrani. Għall-fletti (bla ġilda) u koxox dissussati tad-dundjan, il-perċentwali hija ta’ 2 % għal kull wieħed mill-metodi ta’ tkessiħ.
ANNESS IX
KONTROLL TA’ L-ASSORBIMENT TA’ L-ILMA FL-ISTABBILIMENT TAL-PRODUZZJONI
(Test tal-biċċerija)
1. |
Għallinqas darba f'kull perjodu tax-xogħol ta’ tmien sigħat: jintgħażlu 25 karkassa b'mod aleatorju mil-linja fejn jitneħħa l-intern immedjatament wara li jitneħħilhom l-intern u wara li jitneħħa l-iskart u x-xaħam u qabel l-ewwel ħasla sussegwenti. |
2. |
Jekk ikun hemm bżonn, neħħi l-għonq bi qtugħ, bil-ġilda ta’ l-għonq titħalla mwaħħla mal-karkassa. |
3. |
Identifika kull karkassa individwalment. Iżen kull karkassa u niżżel il-piż tagħha sa l-eqreb gramma. |
4. |
Erġa’ onxor il-karkassa tat-test fuq il-linja ta’ tneħħija tal-intern biex jitkompla l-proċess normali tal-ħasil, tkessiħ, taqtir, eċċ. |
5. |
Neħħi l-karkassi identifikati fl-aħħar tal-linja tat-taqtir mingħajr ma jitħallielhom aktar żmien milli joqtru milli jkun normalment permess għat-tjur mil-lott li jkun ittieħed il-kampjun minnu. |
6. |
Il-kampjun għandu jkun magħmul mill-ewwel 20 karkassa rkuprata. Għandhom jintiżnu mill-ġdid. Għandu jiġi mniżżel il-piż tagħhom sa l-eqreb gramma kontra l-piż imniżżel fl-ewwel użin. It-test għandu jiġi ddikjarat null jekk jiġu rkuprati inqas minn 20 karkassa identifikati. |
7. |
Neħħi l-identifikazzjoni mill-karkassi kampjuni u ħalli l-karkassi jkomplu fl-operazzjonijiet normali ta’ l-ippakkjar tagħhom. |
8. |
Stabbilixxi l-persentaġġ ta’ assorbiment ta’ ilma billi tnaqqas il-piż totali ta’ dawn l-istess karkassi wara l-ħasil, it-tkessiħ u t-taqtir, bid-differenza tkun diviża bil-piż tal-bidu u r-riżultat jiġi mmultiplikat b’100. |
9. |
Minflok l-użin manwali kif deskritt taħt il-punti 1 sa 8 jistgħu jintużaw linji ta’ wżin awtomatiċi biex jiġi stabbilit il-persentaġġ ta’ assorbiment ta’ l-umdità għall-istess numru ta’ karkassi u skond l-istess prinċipji, sakemm il-linja ta’ l-użin awtomatiku tkun approvata minn qabel għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti. |
10. |
Ir-riżultat ma għandux jaqbeż il-perċentwali li ġejjin tal-piż tal-bidu tal-karkassa jew kwalunkwe figura oħra li tippermetti l-konformità mal-kontenut massimu barrani totali ta’ l-ilma: —tkessiħ ta’ l-arja: 0,1 %, —tkessiħ ta’ spray ta’ arja: 2,0 %, —tkessiħ ta’ immersjoni 4,5 %.
|
ANNESS X
DEFINIZZJONIJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 16(6)
– |
: |
bil-Bulgaru |
: |
Съдържанието на вода превишава нормите на ЕО |
– |
: |
bl-Ispanjol |
: |
Contenido en agua superior al límite CE |
– |
: |
biċ-Ċek |
: |
Obsah vody překračuje limit ES |
– |
: |
bid-Daniż |
: |
Vandindhold overstiger EF-Normen |
– |
: |
bil-Ġermaniż |
: |
Wassergehalt über dem EG-Höchstwert |
– |
: |
bl-Estonjan |
: |
Veesisaldus ületab EÜ normi |
– |
: |
bil-Grieg |
: |
Περιεκτικότητα σε νερό ανώτερη του ορίου ΕΚ |
– |
: |
bl-Ingliż |
: |
Water content exceeds EC limit |
– |
: |
bil-Franċiż |
: |
Teneur en eau supérieure à la limite CE |
– |
: |
bit-Taljan |
: |
Tenore d’acqua superiore al limite CE |
– |
: |
bil-Latvjan |
: |
Ūdens saturs pārsniedz EK noteikto normu |
– |
: |
bil-Litwan |
: |
Vandens kiekis viršija EB nustatytą ribą |
– |
: |
bl-Ungeriż |
: |
Víztartalom meghaladja az EK által előírt határértéket |
– |
: |
bil-Malti |
: |
Il-kontenut ta’ l-ilma superjuri għal-limitu KE |
– |
: |
bl-Olandiż |
: |
Watergehalte hoger dan het EG-maximum |
– |
: |
bil-Pollakk |
: |
Zawartość wody przekracza normę WE |
– |
: |
bil-Portugiż |
: |
Teor de água superior ao limite CE |
– |
: |
bir-Rumen |
: |
Conținutul de apă depășește limita CE |
– |
: |
bis-Slovakk |
: |
Obsah vody presahuje limit ES |
– |
: |
bis-Sloven |
: |
Vsebnost vode presega ES omejitev |
– |
: |
bil-Finlandiż |
: |
Vesipitoisuus ylittää EY-normin |
– |
: |
bl-Iżvediż |
: |
Vattenhalten överstiger den halt som är tillåten inom EG. |
ANNESS XI
LISTA TA’ LABORATORJI TA’ REFERENZA
Il-Belġju
Instituut voor Landbouw- en Visserijonderzoek (ILVO) |
Eenheid Technologie en Voeding |
Productkwaliteit en voedselveiligheid |
Brusselsesteenweg 370 |
B-9090 Melle |
Il-Bulgarija
Национален диагностичен научно-изследователски ветеринарно-медицински институт |
(National Diagnostic Research Veterinary Medicine Institute) |
бул. „Пенчо Славейков“ 15 |
(15, Pencho Slaveikov str.) |
София–1606 |
(Sofia–1606) |
Ir-Repubblika Ċeka
Státní veterinární ústav Jihlava |
Národní referenční laboratoř pro mikrobiologické, |
chemické a senzorické analýzy masa a masných výrobků |
Rantířovská 93 |
CZ-586 05 Jihlava |
Id-Danimarka
Fødevarestyrelsen |
Fødevareregion Øst |
Afdeling for Fødevarekemi |
Søndervang 4 |
DK-4100 Ringsted |
Il-Ġermanja
Bundesforschungsanstalt für Ernährung und Lebensmittel |
Standort Kulmbach |
E.C.-Baumann-Straße 20 |
D-95326 Kulmbach |
L-Estonja
Veterinaar- ja Toidulaboratoorium |
Kreutzwaldi 30 |
EE-51006 Tartu |
Irlanda
National Food Centre |
Teagasc |
Dunsinea |
Castleknock |
IE-Dublin 15 |
Il-Greċja
Ministry of Rural Development & Food |
Veterinary Laboratory of Larisa |
7th km Larisa-Trikalοn st. |
GR-411 10 Larisa |
Spanja
Laboratorio Arbitral Agroalimentario |
Carretera de La Coruña, km 10,700 |
E-28023 Madrid |
Franza
SCL Laboratoire de Lyon |
10, avenue des Saules |
BP 74 |
F-69922 Oullins |
L-Italja
Ministero Politiche Agricole e Forestali |
Ispettorato centrale per il controllo della qualità dei prodotti agroalimentari |
Laboratorio di Modena |
Via Jacopo Cavedone n. 29 |
I-41100 Modena |
Ċipru
Agricultural Laboratory |
Department of Agriculture |
Loukis Akritas Ave; 14 |
CY-Lefcosia (Nicosia) |
Il-Latvja
Pārtikas un veterinārā dienesta |
Nacionālais diagnostikas centrs |
Lejupes iela 3, |
Rīga, LV-1076 |
Il-Litwanja
Nacionalinė veterinarijos laboratorija |
J. Kairiūkščio g. 10 |
LT-2021 Vilnius |
Il-Lussemburgu
Laboratoire National de Santé |
Rue du Laboratoire, 42 |
L-1911 Luxembourg |
L-Ungerija
Országos Élelmiszervizsgáló Intézet |
Budapest 94. Pf. 1740 |
Mester u. 81. |
HU-1465 |
Malta
Malta National Laboratory |
UB14, San Gwann Industrial Estate |
San Gwann, SGN 09 |
Malta |
L-Olanda
RIKILT — Instituut voor Voedselveiligheid |
Bornsesteeg 45, gebouw 123 |
6708 AE Wageningen |
Nederland |
L-Awstrija
Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit GmbH |
Institut für Lebensmitteluntersuchung Wien |
Abteilung 6 — Fleisch und Fleischwaren |
Spargelfeldstraße 191 |
A-1226 Wien |
Il-Polonja
Centralne Laboratorium Głównego Inspektoratu Jakości |
Handlowej Artykułów Rolno-Spożywczych |
ul. Reymonta 11/13 |
60-791 Poznań |
Polska |
Il-Portugall
Autoridade de Segurança Alimentar e Económica — ASAE |
Laboratório Central da Qualidade Alimentar — LCQA |
Av. Conde Valbom, 98 |
P-1050-070 Lisboa |
Ir-Rumanija
Institutul de Igienă și Sănătate Publică Veterinară |
Str. Câmpul Moșilor, nr. 5, Sector 2 |
București |
Is-Slovenja
Univerza v Ljubljani |
Veterinarska fakulteta |
Nacionalni veterinarski inštitut |
Gerbičeva 60 |
SI-1115 Ljubljana |
Is-Slovakkja
Štátny veterinárny a potravinový ústav |
Botanická 15 |
842 52 Bratislava |
Slovenská republika |
Il-Finlandja
Elintarviketurvallisuusvirasto Evira |
Mustialankatu 3 |
FI-00710 Helsinki |
L-Iżvezja
Livsmedelsverket |
Box 622 |
S-75126 Uppsala |
Ir-Renju Unit
Laboratory of the Government Chemist |
Queens Road |
Teddington |
TW11 0LY |
United Kingdom |
ANNESS XII
Kompiti u struttura organizzattiva tal-kumitat ta’ esperti speċjalizzati fil-kontroll tal-kontenut ta’ ilma fil-laħam tat-tjur
Il-kumitat ta’ l-esperti msemmi fl-Artikolu 19 huwa responsabbli mill-kompiti li ġejjin:
a) |
jipprovdi informazzjoni dwar metodi analitiċi u ttestjar komparattiv fir-rigward tal-kontenut ta’ ilma tal-laħam tat-tjur lil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza; |
b) |
jikkoordina l-applikazzjoni mil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza nazzjonali tal-metodi msemmija fil-punt (a), billi b'mod partikolari jorganizza testijiet komparattivi, partikolarment dawk ta’ l-attitudni; |
ċ) |
jappoġġa l-laboratorji nazzjonali ta’ referenza f’dak li għandu x’jaqsam mat-testijiet ta’ l-attitudni u jipprovdilu għajnuna xjentifika għall-evalwazzjoni statistika tad-dejta u għat-tfassil ta’ rapporti; |
d) |
jikkoordina r-riċerka fil-metodi analitiċi ġodda u jgħarraf lil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza bil-progress magħmul f’dan il-qasam; |
e) |
jipprovdi assistenza xjentifika u teknika lill-Kummissjoni, speċjalment f'każijiet fejn ir-riżultati tat-testijiet jiġu kkontestati bejn l-Istati Membri. |
Il-kumitat ta’ l-esperti msemmi fl-Artikolu 19 huwa organizzati kif ġej:
Il-kumitat ta’ l-esperti speċjalizzati fil-kontroll ta’ l-assorbiment ta’ l-ilma fil-laħam tat-tjur huwa magħmul minn rappreżentanti ta’ l-Istitut tal-Materjali u tal-Miżuri ta’ Referenza (IRMM) taċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka (CCR), tad-Direttorat Ġenerali ta’ l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, kif ukoll minn tliet laboratorji nazzjonali ta’ referenza. Ir-rappreżentant ta’ l-IRMM għandu jaġixxi bħala president tal-bord u għandu jaħtar il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza b’sistema ta’ rotazzjoni. L-awtorità ta’ l-Istat Membru responsabbli għal-laboratorju nazzjonali ta’ referenza magħżul għandu mbagħad jaħtar esperti individwali fil-monitoraġġ tal-kontneut ta’ l-ilma fl-ikel sabiex iservu fuq il-bord. Permezz ta’ rotazzjoni annwali, laboratorju nazzjonali ta’ referenza jiġi sostitwit kull darba, sabiex jiġi żgurat grad ta’ kontinwità fuq il-bord. L-ispejjeż imġarrba mill-esperti u/jew mil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza ta’ l-Istati Membri fl-eżerċiżżju tal-funzjonijiet tagħhom skond is-Sezzjoni ta’ dan l-Anness għandhom jitħallsu mill-Istati Membri rispettivi.
Il-kompiti tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza
Il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza elenkati fl-Anness XI huma responsabbli għall-kompiti li ġejjin:
a) |
jikkoordinaw l-attivitajiet tal-laboratorji nazzjonali responsabbli għall-analiżi tal-kontenut ta’ ilma fil-laħam tat-tjur; |
b) |
jgħinu lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru biex jorganizza sistema għall-osservazzjoni tal-kontenut ta’ ilma fil-laħam tat-tjur; |
ċ) |
jieħdu sehem f’testijiet komparattivi (testijiet ta’ attitudni) bejn il-laboratorji nazzjonali varji li msemmija fil-punt a); |
d) |
jiżguraw t-tixrid li l-informazzjoni fornuta mill-kumitat ta’ l-esperti lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru rilevanti u lill-laboratorji nazzjonali msemmija fil-punt a); |
e) |
Jikkollaboraw mal-kumitat ta’ l-esperti u, jekk maħtura biex jidħlu fil-bors ta’ l-esperti, iħejju l-kampjuni meħtieġa tat-testijiet, inkluż l-ittestjar għall-omoġeneità, u jirranġaw għat-trasport kif xieraq. |
ANNESS XIII
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Regolament (KEE) Nru 1906/90 |
Regolament (KEE) Nru 1538/91 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 1 bis, termini introduttivi |
Artikolu 2, termini introduttivi |
Artikolu 2, punti (2), (3) u (4) |
|
Artikolu 2, punti (a), (b) u (ċ) |
Artikolu 2, punt (8) |
|
Artikolu 2, punt (d) |
|
Artikolu 1 bis, l-ewwel u t-tieni inċiż |
Artikolu 2, punti (e) u f) |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 3, paragrafi (1) sa (4) |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 3, paragrafu (5) |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 5, paragrafu (1) |
Artikolu 5, paragrafi (1) sa (4) |
|
Artikolu 5, paragrafi 2 sa 5 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 5, paragrafu (6) |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 6, paragrafu 1, termini introduttivi |
Artikolu 7, paragrafu 1, termini introduttivi |
|
Artikolu 6(1), l-ewwel sas-sitt inċiż |
Artikolu 7(1)(a) to (f) |
|
Artikolu 6, paragrafu 2, termini introduttivi |
Artikolu 7, paragrafu 2, termini introduttivi |
|
Artikolu 6, paragrafu 2, l-ewwel sar-raba’ inċiż |
Artikolu 7, paragrafu (2)(a) sa (d) |
|
Artikolu 7, paragrafu (1) |
Artikolu 8, paragrafu (1) |
|
Artikolu 7, paragrafu (3) |
Artikolu 8, paragrafu (2) |
|
Artikolu 7, paragrafu (4) |
Artikolu 8, paragrafu (3) |
|
Artikolu 7, paragrafu (5) |
Artikolu 8, paragrafu (4) |
|
Artikolu 7, paragrafu (6) |
Artikolu 8, paragrafu (5) |
|
Artikolu 8, paragrafu (1) |
Artikolu 9, paragrafu (1) |
|
Artikolu 8, paragrafu (2) |
Artikolu 9, paragrafu (2) |
|
Artikolu 8, paragrafu 3, termini introduttivi |
Artikolu 9, paragrafu 3, termini introduttivi |
|
Artikolu 8(3) l-ewwel inċiż |
Artikolu 9(3)(a) |
|
Artikolu 8, paragrafu (3), it-tieni inċiż |
Artikolu 9, paragrafu (3)(b), punt (b) |
|
Artikolu 8, paragrafu (4), l-ewwel inċiż, termini introduttivi |
Artikolu 9, paragrafu (4), l-ewwel inċiż, termini introduttivi |
|
Artikolu 8, paragrafu (4), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sat-tielet inċiż |
Artikolu 9(4) l-ewwel subparagrafu punti (a) sa (c) |
|
Artikolu 8, paragrafu 4, it-tieni inċiż |
Artikolu 9, paragrafu 4, it-tieni inċiż |
|
Artikolu 8, paragrafi (5) sa (12) |
Artikolu 9, paragrafi (5) sa (12) |
|
l-Artikolu 8(13), l-ewwel inċiż |
— |
|
Artikolu 8, paragrafu 13, it-tieni inċiż |
Artikolu 9, paragrafu (13) |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 11, paragrafu 1, termini introduttivi |
Artikolu 12, paragrafu 1, termini introduttivi |
|
Artikolu 11, paragrafu 1, l-ewwel sar-raba’ inċiż |
Artikolu 12(1)(a) sa (d) |
|
Artikolu 11, paragrafu (2) |
Artikolu 12, paragrafu (2) |
|
Artikolu 11(2)(a) |
Artikolu 12, paragrafu (3) |
|
Artikolu 11, paragrafu 2 ter |
Artikolu 12, paragrafu (4) |
|
Artikolu 11, paragrafu 3, termini introduttivi |
Artikolu 12, paragrafu 5, termini introduttivi |
|
Artikolu 11, paragrafu 3, l-ewwel sar-raba’ inċiż |
Artikolu 12(5)(a) sa (d) |
|
Artikolu 11, paragrafu (4) |
Artikolu 12, paragrafu (6) |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 14 |
|
Artkolu 14 bis, paragrafi 1 u 2 |
Artikolu 15 |
|
Artkolu 14 bis, paragrafi 3 sa 5 |
Artikolu 16(1) sa (3) |
|
Artikolu 14 bis, paragrafu 5 bis |
Artikolu 16, paragrafu (4) |
|
Artikolu 14 bis, paragrafu 6 |
Artikolu 16, paragrafu (5) |
|
Artikolu 14 bis, paragrafu (7), l-ewwel inċiż, termini introduttivi |
Artikolu 16(6), l-ewwel inċiż |
|
Artikolu 14 bis, paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu, inċiżi |
Anness X |
|
Artikolu 14 bis, paragrafu 7, it-tieni u it-tielet subparagrafi |
Artikolu 16(6) it-tieni u it-tielet subparagrafi |
|
Artkolu 14 bis, paragrafi 8 sa 12 |
Artikolu 17, paragrafi 1 sa 5 |
|
Artikolu 14 bis, paragrafu 12 bis |
Artikolu 18, paragrafu (1) |
|
Artikolu 14 bis, paragrafu 13 |
Artikolu 18, paragrafu (2) |
|
Artikolu 14 bis, paragrafu 14 |
Artikolu 19 |
|
Artikolu14 ter, paragrafu1 |
Artikolu 20, paragrafu (1) |
|
Artikolu 14 ter, paragrafu (2), l-ewwel inċiż, termini introduttivi |
Artikolu 20, paragrafu (2), l-ewwel inċiż, termini introduttivi |
|
Artikolu 14 ter, paragrafu (2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sat-tielet inċiż |
Artikolu 20(2) l-ewwel subparagrafu punti (a) sa (ċ) |
|
Artikolu 14 ter, paragrafu 2, it-tieni inċiż |
Artikolu 20, paragrafu 2, it-tieni inċiż |
|
Artikolu 14 ter, paragrafi 3 u 4 |
Artikolu 20(3) u (4) |
|
Artikolu 15 |
— |
|
— |
Artikolu 21 |
|
— |
Artikolu 22 |
|
Anness I |
Anness I |
|
Anness I bis |
Anness II |
|
Anness II |
Anness III |
|
Anness III |
Anness IV |
|
Anness IV |
Anness V |
|
Anness V |
Anness VI |
|
Anness VI |
Anness VII |
|
Anness VI bis |
Anness VIII |
|
Anness VII |
Anness IX |
|
Anness VIII |
Anness XI |
|
Anness IX |
Anness XII |
|
— |
Anness XIII |