EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006L0013

2006/13/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/13/KE tat- 3 ta’ Frar 2006 li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew 2002/32/KE u tal-Kunsill dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta’ l-annimali fir-rigward ta’ dijossini u PCBs li jixbhu lid-dijossini Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 32, 4.2.2006, p. 44–53 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 97–106 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/13/oj

28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

97

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/13/KE

tat-3 ta’ Frar 2006

li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew 2002/32/KE u tal-Kunsill dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta’ l-annimali fir-rigward ta’ dijossini u PCBs li jixbhu lid-dijossini

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew 2002/32/KE u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/32/KE tipprovdi li huwa pprojbit li jiddaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni u li jintużaw prodotti intenzjonati bħala għalf ta’ l-annimali li fihom livelli ta’ sustanzi mhux mixtieqa li jaqbżu l-livelli massimi mniżżla fl-Anness I tagħha.

(2)

It-terminu “dijossini” kif imsemmi f’din id-Direttiva jkopri grupp ta’ 75 għamla ta’ polychlorinated dibenzo-p-dioxin (“PCDD”) u 135 għamla ta’ polychlorinated dibenzofuran (“PCDF”), li minnhom 17 huma ta’ tħassib tossikoloġiku. Il-polychlorinated biphenyls (“PCBs”) huma grupp ta’ 209 għamliet differenti li jistgħu jinqasmu f’żewġ gruppi skond il-proprjetajiet tossikoloġiċi tagħhom: 12-il għamla jesibixxu proprjetajiet tossikoloġiċi simili għad-dijossini u għalhekk spiss jissejħu “PCBs li jixbhu lid-dijossini”. Il-PCBs l-oħrajn ma jesibixxux tossiċità li tixbah lid-dijossina iżda għandhom profil tossikoloġiku differenti.

(3)

Kull għamla ta’ dijossini jew ta’ PCBs li jixbhu lid-dijossini tesibixxi livell differenti ta’ tossiċità. Biex tkun tista’ tingħadd it-tossiċità ta’ dawn l-għamliet differenti, il-kunċett ta’ fatturi ta’ ekwivalenza tossika (“TEFs”) ġie mniedi biex jiffaċilita l-istima tar-riskju u l-kontroll regolatorju. Dan ifisser li r-riżultati analitiċi kollha dwar is-17-il għamla individwali ta’ dijossina u t-12-il għamla ta’ PCB li jixbhu lid-dijossini huma mfissra f’termini ta’ unità kwantifikabbli, jiġifieri “konċentrazzjoni ta’ ekwivalenza tossika ta’ TCDD” (TEQ)

(4)

Fit-30 ta’ Mejju 2001 il-Kumitat Xjentifiku ta’ l-Ikel (SCF) adotta Opinjoni dwar l-Istima tar-Riskju tad-Dijossini u ta’ PCBs li jixbhu lid-dijossini fl-Ikel, biex b’hekk aġġorna l-Opinjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2000 dwar dan is-suġġett fuq il-bażi ta’ informazzjoni xjentifika ġdida li kienet saret disponibbli minn mindu ġiet adottata din ta’ l-aħħar (2). L-SCF iffissa t-teħid tollerabbli f’ġimgħa (“TWI”) għal 14 pg WHO-TEQ/kg ta’ piż tal-ġisem għad-dijossini u l-PCBs li jixbhu lid-dijossini. L-istimi ta’ espożizzjoni jindikaw li proporzjon konsiderevoli tal-popolazzjoni tal-Komunità għandu d-dieta tiegħu taqbeż it-TWI. Ċerti gruppi tal-popolazzjoni f’xi pajjiżi jistgħu jkunu f’riskju akbar minħabba drawwiet partikolari fid-dieta.

(5)

Aktar minn 90 % tad-dijossina fil-bniedem u ta’ l-espożizzjoni għal PCB li jixbah lid-dijossina ġej minn oġġetti ta’ l-ikel. Oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali normalment jikkontribwixxu kważi 80 % ta’ l-espożizzjoni kollha. Il-piż tad-dijossina u ta’ PCB li tixbah lid-dijossina fl-annimali ġej l-aktar mill-għalf ta’ l-annimali. Għalhekk, l-għalf ta’ l-annimali, u f’xi każijiet il-ħamrija, huma ta’ tħassib bħala sorsi potenzjali ta’ dijossini u PCBs li jixbhu lid-dijossini.

(6)

Il-Kumitat Xjentifiku għan-Nutrizzjoni ta’ l-Annimali (“SCAN”) ġie mitlub jagħti parir dwar is-sorsi ta’ kontaminazzjoni ta’ l-għalf ta’ l-annimali bid-dijossini u l-PCBs, fosthom il-PCBs li jixbhu lid-dijossini, l-espożizzjoni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel għad-dijossini u PCBs, il-ġarr ta’ dawn is-sustanzi għall-prodotti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali, u kull impatt fuq is-saħħa ta’ l-annimali li jista’ jkollhom id-dijossini u l-PCBs preżenti fl-għalf ta’ l-annimali. Il-SCAN adottat opinjoni fis-6 ta’ Novembru 2000. Hija identifikat il-ħut użat bħala għalf għall-annimali u ż-żejt tal-ħuta bħala l-aktar materjali ta’ l-għalf kontaminati. Warajhom, ix-xaħam ta’ l-annimali kien identifikat bħala l-aktar għalf serjament kontaminat. Il-materjali l-oħrajn kollha ta’ l-għalf li joriġinaw minn annimali u pjanti kellhom relattivament livelli baxxi ta’ kontaminazzjoni mid-dijossina. L-għalf oħxon wera firxa wiesgħa ta’ kontaminazzjoni mid-dijossina, dan skond il-lok, il-grad tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija u l-espożizzjoni għal sorsi ta’ tniġġis ta’ l-arja. Il-SCAN rrakkomanda, fost l-oħrajn, li għandha ssir enfasi biex jitnaqqas l-impatt ta’ l-aktar materjali ta’ għalf kontaminati fuq il-kontaminazzjoni tad-dieta kollha.

(7)

Għalkemm, minn lenti tossikoloġika, il-livell massimu għandu japplika għad-dijossini u l-PCBs li jixbhu lid-dijossini, il-livelli massimi twaqqfu għad-dijossini biss u mhux għall-PCBs li jixbhu lid-dijossini, dan meta wieħed iqis id-data ferm limitata disponibbli f’dak iż-żmien dwar il-prevalenza ta’ PCBs li jixbhu lid-dijossini. Madankollu, sa dan it-tant, saret disponibbli aktar informazzjoni dwar il-preżenza ta’ PCBs li jixbhu lid-dijossini.

(8)

Skond id-Direttiva 2002/32/KE, il-Kummissjoni għandha tirrevedi għall-ewwel darba d-dispożizzjonijiet li jirrigwardjaw id-dijossini, sa l-aħħar ta’ l-2004, dan fid-dawl ta’ informazzjoni ġdida dwar il-preżenza ta’ dijossini u PCBs li jixbhu lid-dijossini, b’mod partikolari bil-ħsieb ta’ l-inklużjoni tal-PCBs li jixbhu lid-dijossini fil-livelli li se jitwaqqfu.

(9)

L-operaturi kollha fil-katina alimentari u ta’ l-għalf għandhom ikomplu jagħmlu l-isforzi possibbli kollha biex jagħmlu dak kollu li huwa neċessarju biex tiġi limitata l-preżenza ta’ dijossini u PCBs li hemm preżenti fl-għalf u fl-ikel. Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/32/KE, għalhekk tipprovdi li l-livelli massimi applikabbli għandhom jerġgħu jkunu riveduti sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2006, bl-għan li jitnaqqsu b’mod sinifikattiv il-livelli massimi. Meta jitqies iż-żmien neċessarju biex tinkiseb informazzjoni suffiċjenti fil-monitoraġġ biex jiġu determinati dawn il-livelli aktar baxxi b’mod sinifikattiv, dak il-limitu ta’ żmien għandu jiġi estiż.

(10)

Huwa propost li jitwaqqfu livelli massimi għall-għadd ta’ dijossini u PCBs li jixbhu lid-dijossini mfissra f’ekwivalenti tossiċi ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bl-użu tal-WHO — TEFs, għax dan huwa l-aktar approċċ adattat minn lenti tossikoloġika. Biex tkun żgurata bidla lixxa, għall-perjodu transizzjonali, il-livelli eżistenti għad-dijossini għandhom ikomplu japplikaw, flimkien mal-livelli ġodda mwaqqfa għall-għadd ta’ dijossini u PCBs li jixbhu lid-dijossini. Il-livell massimu separat għad-dijossini (PCDD/F) jibqa’ applikabbli għall-perjodu temporanju. Il-prodotti intenzjonati għall-għalf ta’ l-annimali msemmija f’punt 27a għandhom ikunu regolati tul dak il-perjodu mil-livelli massimi għad-dijossini u mil-livelli massimi għall-għadd ta’ dijossini u PCBs li jixbhu lid-dijossini. Se tingħata konsiderazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2008 biex ikun jista’ jitwarrab il-livell massimu separat għad-dijossini.

(11)

Hija ta’ importanza ewlenija li riżultati analitiċi jiġu rrappurtati u interpretati b’mod uniformi biex jiġi żgurat approċċ ta’ infurzar armonizzat f’kull parti tal-Komunità. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/70/KE tas-26 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi r-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta’ livelli ta’ dijossini u PCBs li jixbhu lid-dijossini fl-għalf (3) tipprovdi li prodott li huwa intenzjonat għall-għalf ta’ l-annimali għandu jiġi kkunsidrat bħala mhux f’ konformità mal-livell massimu stabbilit jekk ir-riżultat analitiku konfermat minn analiżi mtennija u maħdum bħala l-medja ta’ mill-anqas żewġ determinazzjonijiet separati jaqbeż il-livell massimu bla ebda dubju raġonevoli meta jikkunsidra l-inċertezza fil-kejl. Hemm proċeduri differenti fl-istima ta’ l-inċertezza miżjuda (4).

(12)

L-iskop tad-Direttiva 2002/32/KE jkopri l-possibbiltà li jiġu stabbiliti livelli massimi ta’ sustanzi mhux mixtieqa fl-addittivi ta’ l-għalf. Billi livelli għoljin ta’ dijossini nstabu f’sustanzi li jkunu f’ammonti żgħar ħafna, livell massimu għandu jiġi stabbilit għad-dijossini u l-għadd tad-dijossini u PCBs li jixbhu lid-dijossini għall-addittivi kollha li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ sustanzi li jinstabu f’ammonti żgħar ħafna, u l-livelli massimi għandhom jiġu estiżi għall-addittivi kollha li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ binders u aġenti anti-caking u għat-taħlitiet ta’ qabel.

(13)

Biex jiġi mħeġġeġ approċċ proattiv biex jitnaqqsu d-dijossini u l-PCBs li jixbhu lid-dijossini preżenti fl-ikel u fl-għalf, livelli ta’ azzjoni ġew stabbiliti bir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2002/201/KE ta’ l-4 ta’ Marzu 2002 dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta’ dijossini, furans u PCBs fl-għalf u fl-ikel (5). Dawk il-livelli ta’ azzjoni huma għodda għall-awtoritajiet kompetenti u operaturi biex jenfasizzaw dawk il-każi fejn huwa adattat li jiġi identifikat sors ta’ kontaminazzjoni u li jittieħdu miżuri biex jiġi mnaqqas jew eliminat. Billi s-sorsi tad-dijossini u ta’ PCBs li jixbhu lid-dijossini huma differenti, livelli ta’ azzjoni separati għandhom jiġu determinati għad-dijossini fuq naħa waħda u għall-PCBs li jixbhu lid-dijossini fuq in-naħa l-oħra.

(14)

Id-Direttiva 2002/32/KE tipprovdi għall-possibbiltà li jitwaqqfu livelli ta’ azzjoni. Il-livelli ta’ azzjoni għandhom għalhekk jiġu trasferiti mir-Rakkomandazzjoni 2002/201/KE għall-Anness II tad-Direttiva 2002/32/KE.

(15)

It-tnaqqis ta’ l-esponiment tal-bniedem għad-dijossini u għall-PCBs li jixbhu lid-dijossini minħabba l-konsum ta’ l-ikel huwa importanti u neċessarju biex jiġi żgurat il-ħarsien tal-konsumatur. Billi l-kontaminazzjoni ta’ l-ikel hija relatata direttament mal-kontaminazzjoni ta’ l-għalf, għandu jiġi adottat approċċ integrat biex titnaqqas l-inċidenza ta’ dijossina u PCB li tixbah lid-dijossina f’kull parti tal-katina alimentari, jiġifieri mill-prodotti intenzjonati bħala għalf ta’ l-annimali, għall-annimali li jipproduċu l-ikel, għall-bnedmin. Jiġi segwit approċċ proattiv biex jiġu mnaqqsa b’mod attiv id-dijossini u l-PCBs li jixbhu lid-dijossini fl-għalf u fl-ikel, u konsegwentement il-livelli massimi applikabbli għandhom jiġu riveduti f’perjodu ta’ żmien definit bl-għan li jitwaqqfu livelli aktar baxxi. Għalhekk se tingħata konsiderazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008 biex jitnaqqsu b’mod sinifikattiv il-livelli massimi għall-għadd ta’ dijossini u PCBs li jixbhu lid-dijossini.

(16)

Jeħtieġ li l-operaturi jagħmlu sforzi biex iżidu l-kapaċità tagħhom tad-dekontaminazzjoni biex effettivament jitneħħew id-dijossini u l-PCBs li jixbhu lid-dijossini miż-żejt tal-ħuta. Aktar sforzi għandhom isiru mill-operaturi biex jinvestigaw il-possibbiltajiet differenti biex jitneħħew id-dijossini u l-PCBs li jixbhu lid-dijossini mill-ħut użat bħala għalf għall-annimali u mill-protein-hydrolysates tal-ħut. Meta t-teknoloġija tad-dekontaminazzjoni tkun wkoll disponibbli għall-ħut użat bħala għalf għall-annimali u għall-protein-hydrolysates tal-ħut, l-operaturi għandhom jagħmlu l-isforzi biex jipprovdu kapaċità ta’ dekontaminazzjoni suffiċjenti. Il-livell massimu, mbaxxi b’mod sinifikattiv, għall-għadd ta’ dijossini u PCBs li jixbhu lid-dijossini, li għalih se tingħata konsiderazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2008, se jkun għaż-żejt tal-ħuta, għall-ħut użat bħala għalf għall-annimali u għall-protein-hydrolysates tal-ħut, u ibbażat fuq il-possibbiltajiet tekniċi tal-proċedura ta’ dekontaminazzjoni l-aktar effettiva u ekonomikament vijabbli. Fir-rigward ta’ l-għalf tal-ħut, dan il-livell imbaxxi b’mod sinifikattiv għandu jkun determinat fuq il-bażi tal-possibbiltajiet tekniċi tal-proċedura ta’ dekontaminazzjoni l-aktar effettiva u ekonomikament vijabbli użata għaż-żejt tal-ħuta u għall-ħut użat bħala għalf għall-annimali.

(17)

Il-proċedura ta’ l-estrazzjoni użata għall-analiżi tad-dijossini u tal-PCBs li jixbhu lid-dijossini għandha influwenza kbira fuq ir-riżultat analitiku b’mod partikolari fuq prodotti intenzjonati bħala għalf għall-annimali li għandhom oriġini minerali u huwa għalhekk xieraq li qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tiġi determinata l-proċedura ta’ l-estrazzjoni li għandha tintuża għall-analiżi tad-dijossini u tal-PCBs li jixbhu lid-dijossini.

(18)

Id-Direttiva 2002/32/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(19)

Il-miżuri msemmija f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/32/KE huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill- [data 9 xhur wara l-pubblikazzjoni fil-ĠU]. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikun hemm magħhom referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, nhar it-3 ta’ Frar 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 140, tat-30.5.2002, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/87/KE (ĠU L 318, tad-6.12.2005, p. 19).

(2)  L-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku ta’ l-Ikel dwar l-Istima tar-Riskju tad-Diossini u ta’ PCBs li jixbhu lid-diossina fl-Ikel adottata fit-30 ta’ Mejju 2001–L-Aġġornament ibbażat fuq informazzjoni xjentifika ġdida disponibbli sa mill-adozzjoni ta’ l-opinjoni ta’ l-SCF tat-22 ta’ Novembru 2000 (http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/scf/out90_en.pdf)

(3)  ĠU L 209, tas-6.8.2002, p. 15. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/7/KE tas- (ĠU L27, tad-29.1.2005, p. 41)

(4)  Informazzjoni dwar il-mezzi differenti għall-istima ta’ l-inċertezza ampjata u għall-valur ta’ l-inċertezza fil-kejl jistgħu jinstabu fir-rapport “Rapport dwar ir-relazzjoni bejn riżultati analitiċi, inċertezza fil-kejl, fatturi ta’ rkuprar u d-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta’ l-UE dwar l-ikel u l-għalf” -http://europa.eu.int/comm/food/food/chemicalsafety/contaminants/report-sampling_analysis_2004_en.pdf

(5)  ĠU L 67, 9.3.2002, p. 69.

ANNESS

(a)

Punt 27 fl-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE mibdul b’dan li ġej.

Sustanzi mhux mixtieqa

Prodotti intenzjonati għall-għalf ta’ l-annimali

Il-kontenut massimu relattiv għal għalf b’kontenut ta’ rtuba ta’ 12 %

(1)

(2)

(3)

“27a.

Dijossini (l-għadd ta’ polychlorinated dibenzo-para-dioxins (PCDDs) u polychlorinated dibenzofurans (PCDFs) imfissra f’ekwivalenti tossiċi ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bl-użu tal-WHO –TEFs (fatturi ta’ ekwivalenza tossika, 1997 (*)

(a)

Materjal ta’ l-għalf li joriġina mill-pjanti bl-eċċezzjoni ta’ żjut tal-ħaxix u l-prodotti sekondarji tagħhom

0,75 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (**)  (***),

(b)

Żjut tal-ħaxix u l-prodotti sekondarji tagħhom

0,75 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (**)  (***),

(c)

Materjal ta’ l-għalf b’oriġini minerali

1,0 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (**)  (***),

(d)

Xaħam ta’ l-annimali, inklużi xaħam tal-ħalib u xaħam tal-bajd

2,0 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (**)  (***),

(e)

Prodotti ta’annimali oħrajn ta’ l-art inklużi ħalib u prodotti tal-ħalib u bajd u prodotti tal-bajd.

0,75 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (**)  (***),

(f)

Żejt tal-ħuta

6 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (**)  (***),

(g)

Ħut, annimali oħrajn ta’ l-ilma, il-prodotti tagħhom u prodotti sekondarji bl-eċċezzjoni taż-żejt tal-ħuta u l-hydrolysates tal-proteina tal-ħuta li fihom aktar minn 20 % xaħam (****)

1,25 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (**)  (***),

(h)

Hydrolysates tal-proteina tal-ħuta li fihom aktar minn 20 % xaħam

2,25 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (**)  (***),

(i)

L-addittivi kaolinitic clay, sulfat tal-kalċju deidrat, vermiculite, natrolite-phonolite, synthetic calcium aluminates u clinoptilolite b’oriġini sedimentarja li jappartjenu għall-gruppi funzjonali ta’ binders u aġenti anti-caking

0,75 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (**)  (***),

(j)

Addittivi li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ sustanzi li jinstabu f’ammonti żgħar ħafna

1,0 ng WHO-PCDD/F-TEQ//kg (**)  (***),

(k)

Taħlitiet ta’ qabel

1,0 ng WHO-PCDD/F-TEQ//kg (**)  (***),

(l)

Għalf kompost, bl-eċċezzjoni ta’ għalf għal annimali bil-fer, ikel għal annimali tad-dar u għalf għall-ħut

0,75 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (**)  (***),

(m)

Għalf għall-ħut.

Ikel għal annimali tad-dar

2,25ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (**)  (***),

27b.

L-għadd ta’ dijossini u PCBs li jixbhu lid-dijossini (l-għadd ta’ polychlorinated dibenzo-para-dioxins (PCDDs), polychlorinated dibenzofurans (PCDFs) u polychlorinated biphenyls (PCBs) imfissra f’ekwivalenti tossiċi ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bl-użu tal-WHO –TEFs (fatturi ta’ ekwivalenza tossika, 1997 (*)

(a)

Materjal ta’ l-għalf li joriġina mill-pjanti bl-eċċezzjoni ta’ żjut tal-ħaxix u l-prodotti sekondarji tagħhom

1,25 ng WHO-PCDD/F-PCB-TEQ/kg (**)

(b)

Żjut tal-ħaxix u l-prodotti sekondarji tagħhom

1,5 ng WHO-PCDD/F-PCB-TEQ/kg (**)

(c)

Materjal ta’ l-għalf b’oriġini minerali

1,5 ng WHO-PCDD/F-PCB-TEQ/kg (**)

(d)

Xaħam ta’ l-annimali, inklużi xaħam tal-ħalib u xaħam tal-bajd

3,0 ng WHO-PCDD/F-PCB-TEQ/kg (**)

(e)

Prodotti ta’annimali oħrajn ta’ l-art inklużi ħalib u prodotti tal-ħalib u bajd u prodotti tal-bajd.

1,25 ng WHO-PCDD/F-PCB-TEQ/kg (**)

(f)

Żejt tal-ħuta

24,0 ng WHO-PCDD/F-PCB-TEQ/kg (**)

(g)

Ħut, annimali oħrajn ta’ l-ilma, il-prodotti tagħhom u prodotti sekondarji bl-eċċezzjoni taż-żejt tal-ħuta u l-hydrolysates tal-proteina tal-ħuta li fihom aktar minn 20 % xaħam (****)

4,5 ng WHO-PCDD/F-PCB-TEQ/kg (**)

(h)

Hydrolysates tal-proteina tal-ħuta li fihom aktar minn 20 % xaħam

11,0 ng WHO-PCDD/F-PCB-TEQ/kg (**)

(i)

L-addittivi kaolinitic clay, calcium sulphate dehydrate, vermiculite, natrolite-phonolite, synthetic calcium aluminates u clinoptilolite b’oriġini sedimentarja li jappartjenu għall-gruppi funzjonali ta’ binders u aġenti anti-caking

1,5 ng WHO-PCDD/F-PCB-TEQ/kg (**)

(j)

Addittivi li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ sustanzi li jinstabu f’ammonti żgħar ħafna

1,5 ng WHO-PCDD/F-PCB-TEQ//kg (**)

(k)

Taħlitiet ta’ qabel

1,5 ng WHO-PCDD/F-PCB-TEQ//kg (**)

(l)

Għalf kompost, bl-eċċezzjoni ta’ għalf għal annimali bil-fer, ikel għal annimali tad-dar u għalf għall-ħut

1,5 ng WHO-PCDD/F-PCB-TEQ/kg (**)

(m)

Għalf għall-ħut.

Ikel għal annimali tad-dar

7,0 ng WHO-PCDD/F-PCB-TEQ/kg (**)

(b)

L-Anness II tad-Direttiva 2002/32/KE huwa mibdul b’dan li ġej.

“Sustanzi mhux mixtieqa

Prodotti intenzjonati għall-għalf ta’ l-annimali

Il-livell tal-limitu ta’azzjoni relattiv għal għalf b’kontenut ta’ rtuba ta’ 12 %

Kummenti u informazzjoni addizzjonali (e.g. in-natura ta’ l-istħarriġ li jrid isir)

(1)

(2)

(3)

(4)

1.

Dijossini (l-għadd ta’ polychlorinated dibenzo-para-dioxins (PCDDs) u polychlorinated dibenzofurans (PCDFs) imfissra f’ekwivalenti tossiċi ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bl-użu tal-WHO –TEFs (fatturi ta’ ekwivalenza tossika, 1997 (*****)

(a)

Materjal ta’ l-għalf li joriġina mill-pjanti bl-eċċezzjoni ta’ żjut tal-ħaxix u l-prodotti sekondarji tagħhom

0,5 ng WHO-PCDD/F- TEQ/kg (******)  (*******),

Identifikazzjoni tas-sors ta’ kontaminazzjoni. Malli s-sors jiġi identifikat, jittieħdu miżuri xierqa, fejn possibbli, biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

(b)

Żjut tal-ħaxix u l-prodotti sekondarji tagħhom

0,5 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (******)  (*******),

Identifikazzjoni tas-sors ta’ kontaminazzjoni. Malli s-sors jiġi identifikat, jittieħdu miżuri xierqa, fejn possibbli, biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

(c)

Materjal ta’ l-għalf b’oriġini minerali

0,5 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (******)  (*******),

Identifikazzjoni tas-sors ta’ kontaminazzjoni. Malli s-sors jiġi identifikat, jittieħdu miżuri xierqa, fejn possibbli, biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

(d)

Xaħam ta’ l-annimali, inklużi xaħam tal-ħalib u xaħam tal-bajd

1,0 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (******)  (*******),

Identifikazzjoni tas-sors ta’ kontaminazzjoni. Malli s-sors jiġi identifikat, jittieħdu miżuri xierqa, fejn possibbli, biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

(e)

Prodotti ta’annimali oħrajn ta’ l-art inklużi ħalib u prodotti tal-ħalib u bajd u prodotti tal-bajd.

0,5 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (******)  (*******),

Identifikazzjoni tas-sors ta’ kontaminazzjoni. Malli s-sors jiġi identifikat, jittieħdu miżuri xierqa, fejn possibbli, biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

(f)

Żejt tal-ħuta

5 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (******)  (*******),

F’ħafna każi jista’ ma jkunx neċessarju li ssir investigazzjoni dwar is-sors ta’ kontaminazzjoni għaliex il-livell fl-isfond ta’ xi nħawi huwa qrib jew ’il fuq mil-livell ta’azzjoni. Madankollu, f’każi fejn il-livell ta’ azzjoni jinqabeż, l-informazzjoni kollha, bħall-perjodu li jkun ittieħed bħala kampjun, l-oriġini ġeografika, l-ispeċi tal-ħut etc., għandha tiġi rrekordjata bil-ħsieb li, fil-ġejjieni jiddaħħlu miżuri biex jimmaniġġjaw il-preżenza ta’ dijossini u kompożizzjonijiet li jixbhu lid-dijossini f’dawn il-materjali għan-nutrizzjoni ta’ l-annimali.

(g)

Ħut, annimali oħrajn ta’ l-ilma, il-prodotti tagħhom u prodotti sekondarji bl-eċċezzjoni taż-żejt tal-ħuta u l-hydrolysates tal-proteina tal-ħuta li fihom aktar minn 20 % xaħam.

1,0 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (******)  (*******),

F’ħafna każi jista’ ma jkunx neċessarju li ssir investigazzjoni dwar is-sors ta’ kontaminazzjoni għaliex il-livell fl-isfond ta’ xi nħawi huwa qrib jew ’il fuq mil-livell ta’ azzjoni. Madankollu, f’każi fejn il-livell ta’ azzjoni jinqabeż, l-informazzjoni kollha, bħall-perjodu li jkun ittieħed bħala kampjun, l-oriġini ġeografika, l-ispeċi tal-ħut etc., għandha tiġi rrekordjata bil-ħsieb li, fil-ġejjieni jiddaħħlu miżuri biex jimmaniġġjaw il-preżenza ta’ dijossini u kompożizzjonijiet li jixbhu lid-dijossini f’dawn il-materjali għan-nutrizzjoni ta’ l-annimali.

(h)

Hydrolysates tal-proteina tal-ħuta li fihom aktar minn 20 % xaħam

1,75 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (******)  (*******),

Addittivi li jappartjenu għall-gruppi funzjonali ta’ binders u aġenti anti-caking

0,5 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (******)  (*******),

Identifikazzjoni tas-sors ta’ kontaminazzjoni. Malli s-sors jiġi identifikat, jittieħdu miżuri xierqa, fejn possibbli, biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

(j)

Addittivi li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ sustanzi li jinstabu f’ammonti żgħar ħafna

0,5 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (******)  (*******),

Identifikazzjoni tas-sors ta’ kontaminazzjoni. Malli s-sors jiġi identifikat, jittieħdu miżuri xierqa, fejn possibbli, biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

(k)

Taħlitiet ta’ qabel

0,5 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (******)  (*******),

Identifikazzjoni tas-sors ta’ kontaminazzjoni. Malli s-sors jiġi identifikat, jittieħdu miżuri xierqa, fejn possibbli, biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

(l)

Għalf kompost, bl-eċċezzjoni ta’ għalf għal annimali bil-fer, ikel għal annimali tad-dar u għalf għall-ħut

0,5 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (******)  (*******),

Identifikazzjoni tas-sors ta’ kontaminazzjoni. Malli s-sors jiġi identifikat, jittieħdu miżuri xierqa, fejn possibbli, biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

(m)

Għalf għall-ħut.

Ikel għal annimali tad-dar

1,75 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (******)  (*******),

F’ħafna każi jista’ ma jkunx neċessarju li ssir investigazzjoni dwar is-sors ta’ kontaminazzjoni għaliex il-livell fl-isfond ta’ xi nħawi huwa qrib jew ’il fuq mil-livell t’azzjoni. Madankollu, f’każi fejn il-livell ta’ azzjoni jinqabeż, l-informazzjoni kollha, bħall-perjodu li jkun ittieħed bħala kampjun, l-oriġini ġeografika, l-ispeċi tal-ħut etc., għandha tiġi rrekordjata bil-ħsieb li, fil-ġejjieni jiddaħħlu miżuri biex jimmaniġġjaw il-preżenza ta’ dijossini u kompożizzjonijiet li jixbhu lid-dijossini f’dawn il-materjali għan-nutrizzjoni ta’ l-annimali.

2.

PCBs li jixbhu lid-dijossini (l-għadd ta’ polychlorinated biphenyls (PCBs) imfissra f’ekwivalenti tossiċi ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bl-użu tal-WHO –TEFs (fatturi ta’ ekwivalenza tossika, 1997 (*****)

(a)

Materjal ta’ l-għalf li joriġina mill-pjanti bl-eċċezzjoni ta’ żjut tal-ħaxix u l-prodotti sekondarji tagħhom

0,35 ng WHO-PCB-TEQ/kg (******)  (*******),

Identifikazzjoni tas-sors ta’ kontaminazzjoni. Malli s-sors jiġi identifikat, jittieħdu miżuri xierqa, fejn possibbli, biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

(b)

Żjut tal-ħaxix u l-prodotti sekondarji tagħhom

0,5 ng WHO--PCB-TEQ/kg (******)  (*******),

Identifikazzjoni tas-sors ta’ kontaminazzjoni. Malli s-sors jiġi identifikat, jittieħdu miżuri xierqa, fejn possibbli, biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

(c)

Materjal ta’ l-għalf b’oriġini minerali

0,35 ng WHO-PCB-TEQ/kg (******)  (*******),

Identifikazzjoni tas-sors ta’ kontaminazzjoni. Malli s-sors jiġi identifikat, jittieħdu miżuri xierqa, fejn possibbli, biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

(d)

Xaħam ta’ l-annimali, inklużi xaħam tal-ħalib u xaħam tal-bajd

0,75 ng WHO-PCB-TEQ/kg (******)  (*******),

Identifikazzjoni tas-sors ta’ kontaminazzjoni. Malli s-sors jiġi identifikat, jittieħdu miżuri xierqa, fejn possibbli, biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

(e)

Prodotti ta’ annimali oħrajn ta’ l-art inklużi ħalib u prodotti tal-ħalib u bajd u prodotti tal-bajd.

0,35 ng WHO-PCB-TEQ/kg (******)  (*******),

Identifikazzjoni tas-sors ta’ kontaminazzjoni. Malli s-sors jiġi identifikat, jittieħdu miżuri xierqa, fejn possibbli, biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

(f)

Żejt tal-ħuta

14,0 ng WHO-PCB-TEQ/kg (******)  (*******),

F’ħafna każi jista’ ma jkunx neċessarju li ssir investigazzjoni dwar is-sors ta’ kontaminazzjoni għaliex il-livell fl-isfond ta’ xi nħawi huwa qrib jew ’il fuq mil-livell ta’ azzjoni. Madankollu, f’każi fejn il-livell ta’ azzjoni jinqabeż, l-informazzjoni kollha, bħall-perjodu li jkun ittieħed bħala kampjun, l-oriġini ġeografika, l-ispeċi tal-ħut etc., għandha tiġi rrekordjata bil-ħsieb li, fil-ġejjieni jiddaħħlu miżuri biex jimmaniġġjaw il-preżenza ta’ dijossini u kompożizzjonijiet li jixbhu lid-dijossini f’dawn il-materjali għan-nutrizzjoni ta’ l-annimali.

(g)

Ħut, annimali oħrajn ta’ l-ilma, il-prodotti tagħhom u prodotti sekondarji bl-eċċezzjoni taż-żejt tal-ħuta u l-hydrolysates tal-proteina tal-ħuta li fihom aktar minn 20 % xaħam (***)

2,5 ng WHO-PCB-TEQ/kg (******)  (*******),

F’ħafna każi jaf ma jkunx neċessarju li ssir investigazzjoni dwar is-sors ta’ kontaminazzjoni għaliex il-livell fl-isfond ta’ xi nħawi huwa qrib jew ’il fuq mil-livell ta’ azzjoni. Madankollu, f’każi fejn il-livell ta’ azzjoni jinqabeż, l-informazzjoni kollha, bħall-perjodu li jkun ittieħed bħala kampjun, l-oriġini ġeografika, l-ispeċi tal-ħut etc., għandha tiġi rrekordjata bil-ħsieb li, fil-ġejjieni jiddaħħlu miżuri biex jimmaniġġjaw il-preżenza ta’ dijossini u kompożizzjonijiet li jixbhu lid-dijossini f’dawn il-materjali għan-nutrizzjoni ta’ l-annimali.

(h)

Hydrolysates tal-proteina tal-ħuta li fihom aktar minn 20 % xaħam

7,0 ng WHO-PCB-TEQ/kg (******)  (*******),

F’ħafna każi jaf ma jkunx neċessarju li ssir investigazzjoni dwar is-sors ta’ kontaminazzjoni għaliex il-livell fl-isfond ta’ xi nħawi huwa qrib jew ’il fuq mil-livell ta’ azzjoni. Madankollu, f’każi fejn il-livell ta’ azzjoni jinqabeż, l-informazzjoni kollha, bħall-perjodu li jkun ittieħed bħala kampjun, l-oriġini ġeografika, l-ispeċi tal-ħut etc., għandha tiġi rrekordjata bil-ħsieb li, fil-ġejjieni jiddaħħlu miżuri biex jimmaniġġjaw il-preżenza ta’ dijossini u kompożizzjonijiet li jixbhu lid-dijossini f’dawn il-materjali għan-nutrizzjoni ta’ l-annimali

(i)

Addittivi li jappartjenu għall-gruppi funzjonali ta’ binders u aġenti anti-caking

0,5 ng WHO-PCB-TEQ/kg (******)  (*******),

Identifikazzjoni tas-sors ta’ kontaminazzjoni. Malli s-sors jiġi identifikat, jittieħdu miżuri xierqa, fejn possibbli, biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

(j)

Addittivi li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ sustanzi li jinstabu f’ammonti żgħar ħafna

0,35 ng WHO-PCB-TEQ/kg (******)  (*******),

Identifikazzjoni tas-sors ta’ kontaminazzjoni. Malli s-sors jiġi identifikat, jittieħdu miżuri xierqa, fejn possibbli, biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

(k)

Taħlitiet ta’ qabel

0,35 ng WHO-PCB-TEQ/kg (******)  (*******),

Identifikazzjoni tas-sors ta’ kontaminazzjoni. Malli s-sors jiġi identifikat, jittieħdu miżuri xierqa, fejn possibbli, biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

(l)

Għalf kompost, bl-eċċezzjoni ta’ għalf għal annimali bil-fer, ikel għal annimali tad-dar u għalf għall-ħut

0,5 ng WHO-PCB-TEQ/kg (******)  (*******),

Identifikazzjoni tas-sors ta’ kontaminazzjoni. Malli s-sors jiġi identifikat, jittieħdu miżuri xierqa, fejn possibbli, biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

(m)

Għalf għall-ħut.

Ikel għal annimali tad-dar

3,5 ng WHO-PCB-TEQ/kg (******)  (*******),

F’ħafna każi jaf ma jkunx neċessarju li ssir investigazzjoni dwar is-sors ta’ kontaminazzjoni għaliex il-livell fl-isfond ta’ xi nħawi huwa qrib jew ’il fuq mil-livell ta’ azzjoni. Madankollu, f’każi fejn il-livell ta’ azzjoni jinqabeż, l-informazzjoni kollha, bħall-perjodu li jkun ittieħed bħala kampjun, l-oriġini ġeografika, l-ispeċi tal-ħut etc., għandha tiġi rrekordjata bil-ħsieb li, fil-ġejjieni jiddaħħlu miżuri biex jimmaniġġjaw il-preżenza ta’ dijossini u kompożizzjonijiet li jixbhu lid-dijossini f’dawn il-materjali għan-nutrizzjoni ta’ l-annimali.

(*)  WHO-TEFs għall-istima tar-riskju għall-bniedem, ibbażati fuq il-konklużjonijiet tal-laqgħa ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa li saret fi Stokkolma, l-Isvezja, bejn il-15 u t-18 ta’ Ġunju 1997 (Van den Berg et al., (1998) Fatturi ta’ Ekwivalenza Tossika (TEFs) għal PCBs, PCDDs, PCDFs għall-Bnedmin u għall-Annimali Selvaġġi. Perspettivi dwar is-Saħħa ta’ l-Ambjent, 106(12), 775)

Image Test ta 'immaġni

(**)  Konċentrazzjonijiet mal-limitu ta’ fuq; konċentrazzjonijiet mal-limitu ta’ fuq huma kkalkulati bil-ħsieb li l-valuri kollha ta’ l-għamliet differenti taħt il-limitu ta’ kwantifikazzjoni huma ndaqs għal-limitu ta’ kwantifikazzjoni.

(***)  Il-livell massimu separat għad-dijossini (PCDD/F) jibqa’ applikabbli għal perjodu temporanju. F’dak il-perjodu temporanju, il-prodotti intenzjonati għall-għalf ta’ l-annimali msemmijin f’punt 27a, għandhom iħarsu kemm il-livelli massimi għad-dijossini kif ukoll il-livelli massimi għall-għadd ta’ dijossini u PCBs li jixbhu lid-dijossini.

(****)  Ħut frisk imwassal direttament u wżat mingħajr proċessar intermedju għall-produzzjoni ta’ għalf għal annimali bil-fer m’huwiex suġġett għal-livelli massimi, filwaqt li livelli massimi ta’ 4.0 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg kull prodott u 8.0 ng WHO-PCDD/F-PCB-TEQ/kg kull prodott huma applikabbli għall-ħut frisk użat għat-tmigħ dirett ta’ annimali tad-dar, annimali taż-żu u taċ-ċirku. Il-prodotti, proteini ta’ l-annimali proċessati pproduċuti minn dawn l-annimali (annimali bil-fer, annimali tad-dar, annimali taż-żu u taċ-ċirku) ma jistgħux jidħlu fil-katina alimentari u ma jistgħux jintemgħu lill-annimali tal-farm li jinżammu, jissemmnu jew jitrabbew għall-produzzjoni ta’ l-ikel.”

(*****)  WHO-TEFs għall-istima tar-riskju għall-bniedem, ibbażati fuq il-konklużjonijiet tal-laqgħa ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa li saret fi Stokkolma, l-Isvezja, bejn il-15 u t-18 ta’ Ġunju 1997 (Van den Berg et al., (1998) Fatturi ta’ Ekwivalenza Tossika (TEFs) għal PCBs, PCDDs, PCDFs għall-Bnedmin u għall-Annimali Selvaġġi. Perspettivi dwar is-Saħħa ta’ l-Ambjent, 106(12), 775).

Image Test ta 'immaġni

(******)  Konċentrazzjonijiet mal-limitu ta’ fuq; konċentrazzjonijiet mal-limitu ta’ fuq huma kkalkulati bil-ħsieb li l-valuri kollha ta’ l-għamliet differenti taħt il-limitu ta’ kwantifikazzjoni huma ndaqs għal-limitu ta’ kwantifikazzjoni.

(*******)  Il-Kummissjoni se tirrevedi dawn il-livelli ta’ azzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008, fl-istess żmien li fih tkun qiegħda tirrevedi l-livelli massimi għall-għadd ta’ dijossini u PCBs li jixbhu lid-dijossini.”

Top