Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0333

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2002 tat-18 ta' Frar 2002 fuq format uniformi għall-formuli biex titwaħħal il-viża maħruġa mill-Istati Membri lill-persuni li jkollhom dokumenti għall-ivvjaġġar mhux rikonoxxuti mill-Istati Membri li jirrediġu l-formula

ĠU L 53, 23.2.2002, p. 4–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/333/oj

32002R0333



Official Journal L 053 , 23/02/2002 P. 0004 - 0006


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2002

tat-18 ta' Frar 2002

fuq format uniformi għall-formuli biex titwaħħal il-viża maħruġa mill-Istati Membri lill-persuni li jkollhom dokumenti għall-ivvjaġġar mhux rikonoxxuti mill-Istati Membri li jirrediġu l-formula

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(2)(b) (iii) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) L-armonizzazzjoni tal-politika tal-viża hija miżura essenzali fir-rigward tat-twaqqif progressiv ta' żona ta' ħelsien, sigurtà u ġustizzja, speċifikatament fir-rigward ta' qsim bejn il-fruntieri.

(2) Il-Miżura Nru 38 tal-Pjan ta' Azzjoni ta' Vjenna, adottat mill-Kunsill tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni tat-3 ta' Diċembru 1998, tgħid li għandha tingħata l-attenzjoni lil żviluppi ġodda tekniċi biex jiżguraw fejn xieraq sigurtà akbar fil-format uniformi għall-viżi.

(3) Il-Konklużjoni Nru 22 tal-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u 16 ta' Ottubru 1999 tgħid li għandha tkun żviluppata aktar politika komuni attiva fuq il-viżi u dokumenti foloz.

(4) L-Istati Membri fil-preżent jużaw formuli, biex jitwaħħlu viżi maħruġa lill-persuni li jkollhom dokumenti ta' l-ivjaġġar li m'humiex rikonoxxuti mill-Istati Membri li jagħmlu l-formola, li ma jilħqux l-istandards Għal dan l-iskop, il-format għal dawn il-formuli għandu jkun armonizzat biex jagħmilhom aktar siguri.

(5) Dan il-format uniformi għandu jkollu l-informazzjoni kollha meħtieġa u jilħaq standards għolja tekniċi, partikolarment fir-rigward ta' salvagwardji kontra il-falsifikazzjoni Għandu jgħodd ukoll għall-użu mill-Istati Membri kollha u jkollu karatterisitiċi ta' sigurtà armonizzati rikonoxxuti universalment.

(6) Dan ir-Regolament jillimita lilu nnifsu għal deskrizzjoni tal-mudell għall-format uniformi. Id-deskrizzjoni għandha tiżdied b'aktar speċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jibqgħu mistura biex jipprevjenu l-falsifikazzjoni u li ma jistgħux jinkludu data personali jew referenzi għal din id-data. Għandhom jingħataw lill-Kummissjoni poteri biex ikunu adottati speċifikazzjonijiet oħra tekniċi, assistita mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta' Mejju 1995 li jippreskrivi format uniformi għal viżi [3]

(7) Biex ikun żgurat li l-informazzjoni msemmija ma tkunx disponibbli lil aktar persuni milli jeħtieġ, kull Stat Membru għandu jaħtar korp waħdieni li jkollu r-responsabbilità għall-istampar ta' format uniformi, waqt li jibqa' ħieles li jibdel il-korp, jekk meħtieġ. Kull Stat Membru għandu jikkomunika l-isem tal-korp kompetenti lill-Kummissjoni u l-Istati Membri

(8) L-Istati Membri għandhom, flimkien mal-Kummissjoni, jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex ikun żgurat li l-ipproċessar tad-data personali jirrispetta l-istandard tal-protezzjoni msemmija fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 fuq il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u fuq il-moviment ħieles ta' din id-data [4].

(9) Il-kondizzjonijiet li jiggvernaw d-dħul fit-territorju ta' l-Istati Membri jew il-ħruġ ta' viżi ma jaffettwawx ir-regoli li bħalissa jiggvernaw ir-rikonoxximent tal-validità tad-dokumenti ta' l-ivjaġġar.

(10) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-Ftehim fuq l-assoċjazzjoni tan-Norveġja u l-Islanda żvilupp ta' l-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea.

(11) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll fuq il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda, anness mat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit ta avviż b'ittra tat-3 ta' Lulju 2001 rigward ix-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(12) Skond l-Artikolu 1 tal-Protokoll fuq il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda, anness mat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda mhux qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Bħala riżultat, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' l-imsemmi Protokoll, id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma japplikawx għall-Irlanda.

(13) Il-miżuiri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati b'mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummisjoni [5],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, "formula biex titwaħħal viża" għandu jfisser id-dokument maħruġ mill-awtoritajiet ta' Stat Membru lid-detentur ta' dokument għall-ivjaġġar li mhux rikonoxxut minn dak l-Istat Membru, u li fuqu l-awtoritajiet jwaħħlu viża.

2. Il-formula biex titwaħħal viża għandha tikkorrespondi mal-mudell provdut fl-Anness.

3. Meta d-detentur ta' formula għat-twaħħil ta' viża huwa akkumpanjat mid-dipendent(i) tiegħu jew tagħha, għandu jispetta lil kull Stat Membru li jideċiedi jekk folji separat tal-viża għandhomx jinħarġu lill-prinċipal u kull dipendent(i) tiegħu jew tagħha.

Artikolu 2

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għall-format uniformi għall-formuli għat-twaħħil ta' viża u l-ispeċifikazzjonijiet dwar li ġej għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2):

(a) kwalitajiet ta' sigurtà u ħtiġiet, inkluż standards għoljin kontra l-falsifikazzjoni;

(b) proċeduri u metodi tekniċi li għandhom jintużaw għall-mili ta' formula standard għat-twaħħil tal-viża.

Artikolu 3

L-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom ikunu sigrieti: Għandhom ikunu disponibbli biss lill-korpi indikati mill-Istati Membri għall-istampar ta' format uniformi u lill-persuni debitament awtorizzati mill-Istat Membru jew mill-Kummissjoni.

Kull Stat Membru għandu jindika korp wieħed li jkollu responsabbilità għall-istampar ta' format uniformi għall-formuli. Għandu jikkomunika l-isem ta' dak il-korp lill-Kummissjoni u l-Istati Membri oħra. L-istess korp jista' jkun indikat minn żewġ Stati Membri jew iżjed. Kull Stat Membru għandu jkun intitolat li jibdel il-korp indikat tiegħu. Għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra b'hekk.

Artikolu 4

Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, persuni li jinħarġilhom format uniformi għall-formuli għandu jkollhom id-dritt li jivverifikaw id-dettalji personali kontenuti fil-format uniformi għall-formuli u, meta xieraq, jistaqsu għal kull korrezzjoni jew tħassir li għandom isiru.

L-ebda informazzjoni f'forma li tinqara mill-magni m'għandha tingħata fuq il-format uniformi tal-formuli, sakemm ma jkunx ipprovdut fl-Anness, jew sakemm tissemma fid-dokument ta'l-ivjaġġjar rilevanti.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-kompetenza ta' l-Istati Membri fir-rigward tar-rikonoxximent ta' l-Istati u l-unitaiet territorjali u l-passaporti, dokumenti ta' l-ivjaġġar u ta' l-identità maħruġa mill-awtoritajiet tagħhom.

Artikolu 6

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1683/95.

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom jgħoddu l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu tal-proċedura.

Artikolu 7

Meta l-Istati Membri jużaw il-format uniformi għall-formuli għal skopijiet li mhumiex dawk koperti bl-Artikolu 1, għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-ebda konfużjoni m'hija possibbli ma' formula definita fl-Artikolu 1.

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jużaw il-format uniformi għall-formuli biex titwaħħal viża mhux aktar tard minn sentejn wara l-adozzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(a). Iżda, il-validità ta' l-awtorizzazzjonijiet mogħtija digà u maħruġa f'format ieħor m'għandhomx ikunu affettwati bl-introduzzjoni ta' format uniformi għall-formuli għat-twaħħil ta' viża, sakemm l-Istat Membru konċernat jiddeċiedi mod ieħor.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Frar 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Piqué i Camps

[1] ĠU C 180 E, tas-26.6.2001, p. 301.

[2] Opinjoni mogħtija fit-12 ta' Diċembru 2001 (għadha mhixip pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 164, ta' l-14.7.1995, p. 1.

[4] ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31.

[5] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top