This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31971L0317
Council Directive 71/317/EEC of 26 July 1971 on the approximation of the laws of the Member States relating to 5 to 50 kilogramme medium accuracy rectangular bar weights and 1 to 10 kilogramme medium accuracy cylindrical weights
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' użin f'għamla parallelpiped ta' preċiżjoni medja ta' 5 sa 50 kilogramm u użin ċilindriċi ta' preċiżjoni medja ta' 1 sa 10 kilogrammi
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' użin f'għamla parallelpiped ta' preċiżjoni medja ta' 5 sa 50 kilogramm u użin ċilindriċi ta' preċiżjoni medja ta' 1 sa 10 kilogrammi
ĠU L 202, 6.9.1971, p. 14–20
(DE, FR, IT, NL) Edizzjoni(jiet) speċjali oħra
(DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1971(II) P. 721 - 727
No longer in force, Date of end of validity: 01/12/2015; Imħassar b' 32011L0017
Official Journal L 202 , 06/09/1971 P. 0014 - 0020
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0015
Danish special edition: Series I Chapter 1971(II) P. 0644
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0015
English special edition: Series I Chapter 1971(II) P. 0721
Greek special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0152
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0030
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 2 P. 0030
Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' użin f'għamla parallelpiped ta' preċiżjoni medja ta' 5 sa 50 kilogramm u użin ċilindriċi ta' preċiżjoni medja ta' 1 sa 10 kilogrammi (71/317/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1]; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2]; Billi fl-Istati Membri l-kostruzzjoni u l-metodi ta' kontroll ta' użin f'għamla parallelpiped u ċilindriċi ta' preċiżjoni medja huma soġġetti għal disposizzjonijiet mandatarji li huma differenti minn Stat Membru għal ieħor u konsegwentement jostakolaw il-kummerċ f'użin bħal dawn; billi għalhekk huwa neċessarju li dawn id-disposizzjonijiet jiġu approssimati; Billi d-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1971 [3] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mad-disposizzjonijiet kemm għal strumenti ta' kejl kif ukoll għal metodi ta' kontroll metroloġiku stabbiliet il-proċeduri ta' l-approvazzjoni tal-mudell tal-KEE u ta' verifikazzjoni inizjali tal-KEE; billi, bi qbil ma' dik id-Direttiva, għandhom ikunu stabbiliti l-ħtiġiet tekniċi għad-disinn ta' użin f'għamla parallelpiped u ċilindriċi ta' preċiżjoni medja; ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Din id-Direttiva tapplika għal użin ta' preċiżjoni medja tal-valuri nominali li ġejjin: - użin f'għamla parallelpiped ta' 5, 10, 20 u 50 kg; - użin ċilindriċi ta' 1, 2, 5, 10, 20, 50, 100, 200 u 500 g u 1, 2, 5 u 10 kg. Artikolu 2 L-użin li jistgħu jġibu l-marki u s-simboli tal-KEE huma deskritti u murija fl-Annessi I-IV. Ma għandhomx ikunu soġġetti għal approvazzjoni tal-mudell tal-KEE; għandhom ikunu soġġetti għal verifikazzjoni inizjali tal-KEE. Artikolu 3 L-ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta, jipprojbixxi jew jirrestrinġi t-tqegħid fis-suq jew dħul fis-servizz ta' użin f'għamla parallelpiped jew ċilindriċi ta' preċiżjoni medja li jġibu l-marka ta' verifikazzjoni inizjali tal-KEE. Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar minn notifikazzjoni tagħha u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b'dan. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, is-26 ta' Lulju 1971. Għall-Kunsill Il-President A. Moro [1] ĠU Nru 63, 3.4.1967, p. 982/67. [2] ĠU Nru 30, 22.2.1967, p. 480/67. [3] ĠU Nru L 202, 6.9.1971, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS I UŻIN F'GĦAMLA PARALLELPIPED 1. Għamla, materjal kostitwenti u metodu ta' fabbrikazzjoni 1.1. Għamla parallelpiped b'manku riġidu li ma jisporġix mnejn taqbad. 1.2. Materjal użat: 1.2.1. Body ta' l-użin: ħadid fondut griż 1.2.2. Tip 1 : manku ta' tuba ta' l-azzar maħdum biċċa waħda ta' diametru standard Tip 2 : manku ta' ħadid fondut, integrali mal-body ta' l- użin. 2. Ħofra ta' aġġustament Tip 1 2.1. Ħofra minn ġewwa magħmula mill-ġewwieni tal-manku tubulari ta' qbid. 2.2. Il-ħofra hija magħluqa permezz ta' tapp bil-kamin tar-ram stirat jew permezz ta' tapp tar-ram fil-forma ta' diska lixxa. It-tapp bil-kamin għandu slott tat-tornavit u d-diska lixxa għandha toqba ċentrali minn fejn tintrefa'. 2.3. It-tapp huwa ssiġillat permezz ta' pritkuna taċ-ċomb irbattuta ġewwa fetħa tonda minn ġewwa jew fin-nisġa tat-tubu. Tip 2 2.4. Ħofra interna ffurmata f'wieħed mill-wieqaf ta' l-użin u li tiftaħ fuq il-wiċċ ta' fuq ta' dan il-wieqaf. 2.5. Il-ħofra hija magħluqa permezz ta' pjanċa żgħira tal-mild steel. 2.6. Il-pjanċa hija ssiġillata permezz ta' pritkuna taċ-ċomb imdaħħla ġewwa fetħa kif muri fl-Anness II. 3. Aġġustament 3.1. Wara l-aġġustament tal-piż il-ġdid permezz ta' pretkuna taċ-ċomb, żewġ terzi tal-volum totali tal-ħofra jibqgħu vojta. 4. Posizzjoni tal-marka ta' verifikazzjoni inizjali tal-KEE 4.1. Il-marka ta' verifikazzjoni tal-KEE finali hija stampata fuq is-siġill taċ-ċomb tal-ħofra ta' l-aġġustament. 5. Marki u simboli ta' distinzjoni 5.1. L-indikazzjonijiet li jagħtu l-valur nominali ta' l-użin, u l-marka ta' identifikazzjoni tal-manifattur, jidhru fuq il-wiċċ ta' fuq tal-parti ċentrali ta' l-użin, jew inċiżi jew friljiev. 5.2. Il-valur nominali ta' l-użin ikun muri fil-forma ta': 5 kg, 10 kg, 20 kg, 50 kg. 6. Dimensjonijiet u tolleranzi 6.1. Id-dimensjonijiet li għandhom ikunu mħarsa għal użin differenti huma stabbiliti fl-Anness II (dimensjonijiet f'millimetri). 6.2. It-tolleranzi applikabbli għal dimensjonijiet varji huma t-tolleranzi normali tal-manifattura. 7. Żbalji massimi permissibbli Valur nominali | L-iżbalji massimi permissibbli f'milligrammi mal-verifikazzjoni inizjali | | | 5 kg | + | 800 | — | 0 | 10 kg | + | 1600 | — | 0 | 20 kg | + | 3200 | — | 0 | 50 kg | + | 8000 | — | 0 | 8. Irfinitura tal-wiċċ 8.1. Jekk ikun hemm bżonn, l-użin ikunu protetti kontra l-korrużjoni permezz ta' kisja adatta reżistenti għall-użu u l-impatt. -------------------------------------------------- ANNESS II +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS III PIŻIJIET ĊILINDRIĊI 1. Għamla, materjal kostitwenti u metodu ta' fabbrikazzjoni 1.1. Għamla ċilindrika b'pum ċatt imnejn taqbad. 1.2. Materjal użat: kwalunkwe materjal b'densità ta' 7 sa 9 75 g/ċm3, ta' ebusija ta' għallinqas daqs dik ta' ram fondut, mhux inqas reżistenti għal korrużjoni u ma jitfarrakx aktar minn ħadid fondut griż, u b'wiċċ paragunabbli ma' dak ta' ħadid fondut griż iffurmat b'attenzjoni f'forma ta' ramel irqiq. Ma jistax jintuża ħadid fondut griż għal użin ta' valur nominali ta' inqas minn 100 g. 1.3. Il-metodu ta' manifattura għandu jkun adatt għall-materjal magħżul. 2. Ħofra ta' aġġustament 2.1. Ħofra ċilindrika interna b'dijametru akbar fil-parti ta' fuq tal-ħofra. 2.2. Il-ħofra hija magħluqa permezz ta' tapp bil-kamin tar-ram stirat jew permezz ta' tapp tar-ram fil-forma ta' diska lixxa. It-tapp bil-kamin għandu slott tat-tornavit u d-diska lixxa għandha toqba ċentrali mnejn tintrefa'. 2.3. It-tapp huwa ssiġillat b'tapp taċ-ċomb imdaħħal ġewwa fetħa tonda maqtugħa fil-parti l-aktar wiesgħa tal-ħofra. 2.4. Piżijiet ta' 1, 2, 5 u 10 g ma għandhomx ħofra ta' aġġustament. 2.5. Il-ħofra ta' aġġustament mhiex obbligatorja għal dawk ta' 20 u 50 g. 3. Aġġustament 3.1. Wara l-aġġustament tal-piż il-ġdid permezz ta' pretkuna taċ-ċomb, żewġ terzi tal-volum totali tal-ħofra jibqgħu vojta. 4. Posizzjoni tal-marka ta' verifikazzjoni inizjali tal-KEE 4.1. Il-marka ta' verifikazzjoni tal-KEE finali tiġi stampata fuq siġill tal-ħofra ta' aġġustament. 4.2. Użin mingħajr ħofor ta' aġġustament huma ttimbrati fuq il-qiegħ. 5. Marki u simboli ta' distinzjoni 5.1. L-indikazzjonijiet li jagħtu l-valur nominali ta' l-użin, kif ukoll il-marka ta' identifikazzjoni tal-manifattur, jidhru fuq il-wiċċ ta' fuq tar-ras ta' l-użin, jew inċiż jew f'riljiev. 5.2. Il-valur nominali ta' l-użin jista' jintwera fuq il-body ta' l-użin ta' minn 500 g sa 10 kg. 5.3. Il-valur nominali tal-piż huwa muri fil-forma ta': 1 g, 2 g, 5 g, 10 g, 20 g, 50 g, 100 g, 200 g, 500 g, 1 kg, 2 kg, 5 kg, 10 kg. 6. Id-dimensjonijiet u t-tolleranzi tagħhom 6.1. Id-dimensjonijiet li għandhom jiġu mħarsa għall-użin differenti huma stabbiliti fl-Anness IV (dimensjonijiet f'millimetri). 6.2. It-tolleranzi applikabbli għal dimensjonijiet varji huma t-tolleranzi normali tal-manifattura. 7. Żbalji massimi permissibbli Valur Nominali | L-iżbalji massimi permissibbli f'milligrammi mal-verifikazzjoni inizjali | | | 1 g | + | 5 | — | 0 | 2 g | + | 5 | — | 0 | 5 g | + | 10 | — | 0 | 10 g | + | 20 | — | 0 | 20 g | + | 20 | — | 0 | 50 g | + | 30 | — | 0 | 100 g | + | 30 | — | 0 | 200 g | + | 50 | — | 0 | 500 g | + | 100 | — | 0 | 1 kg | + | 200 | — | 0 | 2 kg | + | 400 | — | 0 | 5 kg | + | 800 | — | 0 | 10 kg | + | 1600 | — | 0 | 8. Irfinitura tal-wiċċ 8.1. Jekk ikun hemm bżonn, l-użin jiġu protetti kontra l-korrużjoni permezz ta' kisja adatta reżistenti għall-użu u l-impatt; jistgħu jiġu illustrati. -------------------------------------------------- ANNESS IV PIŻIJIET ĊILINDRIĊI +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------