Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0957

2008/957/KE: Deċiżjoni Nru 2/2008 tal-Kumitat Konġunt tal-KE/Danimarka-Gżejjer Faroe ta’ l- 20 ta’ Novembru 2008 li temenda t-Tabelli I u II ta’ l-Anness tal-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn il-Komunitá Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra

ĠU L 338, 17.12.2008, p. 72–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/957/oj

17.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 338/72


DEĊIŻJONI Nru 2/2008 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAL-KE/DANIMARKA-GŻEJJER FAROE

ta’ l-20 ta’ Novembru 2008

li temenda t-Tabelli I u II ta’ l-Anness tal-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn il-Komunitá Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra

(2008/957/KE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra (1), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim” u b’mod partikolari l-Artikolu 34(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness tal-Protokoll 1 tal-Ftehim jispeċifika d-dazji doganali u kundizzjonijiet oħra li jridu jiġu applikati fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti ħut u prodotti tal-ħut li joriġinaw fi u li ġejjin mill-Gżejjer Faroe.

(2)

Taħt dan l-Anness, il-Komunità għamlet konċessjonijiet għal għadd ta’ prodotti tal-ħut, mill-Gżejjer Faroe.

(3)

L-awtoritajiet tal-Gżejjer Faroe talbu li l-merlangu mmellaħ u mnixxef (Pollachius virens), il-bronja komuni (Buccinum undatum) u l-granċ (Geryon affinis) jiżdiedu mal-lista, fit-Tabella 1 ta’ l-Anness tal-Protokoll 1, ta’ prodotti tal-ħut li jistgħu jiġu importati fil-Komunità mingħajr dazju.

(4)

Ikun raġjonevoli li jiġu inklużi dawn il-prodotti tal-ħut f’din it-tabella. Dawn għandhom madankollu jkunu soġġetti għal kwota tariffarja li għandha tiżdied mat-Tabella II ta’ l-Anness tal-Protokoll 1,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-Tabella I ta’ l-Anness tal-Portokoll 1 tal-Ftehim għandha tiġi emendata bl-inklużjoni tar-ringieli li ġejjin:

“0305

Ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, ħut affumikat, sew jekk imsajjar qabel jew matul il-proċess ta’ iffumikazzjoni sew jekk le; dqiq, qamħ mitħun oħxon u gerbub tal-ħut, tajjeb għall-konsum mill-bniedem:

 

 

– Ħut imnixxef, immellaħ jew mhux imma mhux affumikat:

 

 

0305 59

– – Oħrajn:

 

 

0305 59 80

– – – Oħrajn:

 

 

ex 0305 59 80

– – – – Merlangu (Pollachius virens)

0

KT Nru 5

0306

Krustaċji, fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħa, iffriżati, imnixxfa, immelħa jew fis-salmura; krustaċji, fil-qoxra, imsajra fuq il-fwar jew mgħollija fl-ilma, imkessħa jew mhumiex, iffriżati, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura; dqiq, qamħ mitħun oħxon u gerbub ta’ krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem:

 

 

– Iffriżati:

 

 

0306 14

– – Granċijiet:

 

 

0306 14 90

– – – Oħrajn:

 

 

ex 0306 14 90

– – – – Granċijiet ta’ l-ispeċi Geryon affinis

0

KT Nru 6

0307

Molluski, fil-qoxra jew mhumiex, ħajjin, friski, imkessħa, iffriżati, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura; invertebrati akkwatiċi oħra minbarra l-krustaċji u l-molluski, ħajjin, friski, imkessħa, iffriżati, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura; dqiq, qamħ mitħun oħxon u gerbub ta’ invertebrati akkwatiċi għajr krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem:

 

 

– Oħrajn, inklużi dqiq, qamħ mitħun oħxon u gerbub ta’ invertebrati akkwatiċi għajr krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem:

 

 

0307 91 00

– – Ħajjin, friski jew imkessħa:

 

 

ex 0307 91 00

– – – Bronja komuni (Buccinum undatum)

0

KT Nru 7

0307 99

– – Oħrajn:

 

 

– – – Iffriżati:

 

 

0307 99 18

– – – – Oħrajn:

 

 

ex 0307 99 18

– – – – – Bronja komuni (Buccinum undatum)

0

KT Nru 7

1605

Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħra, ippreparati jew ippreservati:

 

 

1605 90

– Oħrajn

 

 

– – Molluski:

 

 

1605 90 30

– – – Oħrajn:

 

 

ex 1605 90 30

– – – – Bronja komuni (Buccinum undatum)

0

KT Nru 7”

Artikolu 2

It-Tabella II ta’ l-Anness tal-Portokoll 1 tal-Ftehim għandha tiġi emendata bl-inklużjoni tar-ringieli li ġejjin:

“0305

Ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, ħut affumikat, sew jekk imsajjar qabel jew matul il-proċess ta’ iffumikazzjoni sew jekk le; dqiq, qamħ mitħun oħxon u gerbub tal-ħut, tajjeb għall-konsum mill-bniedem:

 

 

– Ħut imnixxef, immellaħ jew mhux imma mhux affumikat:

 

 

0305 59

– – Oħrajn:

 

 

0305 59 80

– – – Oħrajn:

 

 

ex 0305 59 80

– – – – Merlangu (Pollachius virens)

0

KT Nru 5 (2)

750

0306

Krustaċji, fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħa, iffriżati, imnixxfa, immelħa jew fis-salmura; krustaċji, fil-qoxra, imsajra fuq il-fwar jew mgħollija fl-ilma, imkessħa jew mhumiex, iffriżati, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura; dqiq, qamħ mitħun oħxon u gerbub ta’ krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem:

 

 

– Iffriżati:

 

 

0306 14

– – Granċijiet:

 

 

0306 14 90

– – – Oħrajn:

 

 

ex 0306 14 90

– – – – Granċijiet ta’ l-ispeċi Geryon affinis

0

KT Nru 6 (2)

750

0307

Molluski, fil-qoxra jew mhumiex, ħajjin, friski, imkessħa, iffriżati, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura; invertebrati akkwatiċi għajr krustaċji u molluski, ħajjin, friski, imkessħa, iffriżati, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura; dqiq, qamħ mitħun oħxon u gerbub ta’ invertebrati akkwatiċi għajr krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem:

 

 

– Oħrajn, inklużi dqiq, qamħ mitħun oħxon u gerbub ta’ invertebrati akkwatiċi għajr krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem:

 

 

0307 91 00

– – Ħajjin, friski jew imkessħa:

 

 

ex 0307 91 00

– – – Bronja komuni (Buccinum undatum)

0

KT Nru 7 (2)

1 200

0307 99

– – Oħrajn:

 

 

– – – Iffriżati:

 

 

0307 99 18

– – – – Oħrajn:

 

 

ex 0307 99 18

– – – – – Bronja komuni (Buccinum undatum)

0

KT Nru 7 (2)

1 200

1605

Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħra, ippreparati jew ippreservati:

 

 

1605 90

– Oħrajn

 

 

– – Molluski:

 

 

1605 90 30

– – – Oħrajn:

 

 

ex 1605 90 30

– – – – Bronja komuni (Buccinum undatum)

0

KT Nru 7 (2)

1 200

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ l-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Settembru 2008.

Magħmula fi Tórshavn, 5 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Herluf SIGVALDSSON


(1)  ĠU L 53, 22.2.1997, p. 2.

(2)  Għas-sena 2008 il-volumi tal-kwoti tariffarji għandhom jiġu kkalkolati pro rata mal-volumi bażiċi proporzjonalment mal-parti ta’ dik is-sena li tkun għaddiet qabel ma japplikaw il-kwoti tariffarji.”.


Top