This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R1364
Commission Regulation (EU) 2022/1364 of 4 August 2022 amending Regulation (EC) No 1881/2006 as regards maximum levels of hydrocyanic acid in certain foodstuffs (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1364 tal-4 ta’ Awwissu 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi tal-aċidu ċjanidriku f’ċerti oġġetti tal-ikel (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1364 tal-4 ta’ Awwissu 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi tal-aċidu ċjanidriku f’ċerti oġġetti tal-ikel (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/5534
ĠU L 205, 5.8.2022, p. 227–229
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R0915
5.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 205/227 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1364
tal-4 ta’ Awwissu 2022
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi tal-aċidu ċjanidriku f’ċerti oġġetti tal-ikel
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti, inkluż l-aċidu ċjanidriku, fl-oġġetti tal-ikel. |
(2) |
L-aċidu ċjanidriku huwa sustanza tossika ħafna. Filwaqt li ma jkunx preżenti fl-ikel f’livelli tossikoloġikament rilevanti, jiġi rilaxxat meta ikel derivat mill-pjanti li jkun fihom glikosidi ċjanoġeniċi jintmagħad jew jiġi pproċessat mod ieħor u dawk il-glikosidi jiġu f’kuntatt ma’ enżimi idrolitiċi. Peress li l-aċidu ċjanidriku dejjem jifforma bħala taħlita ta’ aċidu mhux dissoċjat u joni taċ-ċjanur dissoċjati, il-valur ta’ gwida bbażat fuq is-saħħa jiġi kkalkulat għal din it-taħlita, imsejħa “ċjanur”. |
(3) |
Fl-2019, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat aġġornament tal-opinjoni xjentifika dwar l-evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa relatati mal-preżenza tal-glikosidi ċjanoġeniċi fl-ikel għajr fil-lewż tal-berquq nej (3). L-Awtorità kkonkludiet li esponiment uman taħt id-doża akuta ta’ referenza (ARfD) ta’ 20 μg ċjanur/kg ta’ piż tal-ġisem (bw) ma għandux jipproduċi effetti avversi akuti. Jekk ċertu ikel bħaż-żerriegħa tal-kittien, il-lewż u l-kassava b’livelli għoljin ta’ glikosidi ċjanoġeniċi jiġu kkunsmati, l-ARfD għaċ-ċjanur jista’ jinqabeż. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti livelli massimi ta’ aċidu ċjanidriku, inkluż l-aċidu ċjanidriku marbut fil-glikosidi ċjanoġeniċi għal dan l-ikel. Meta tiġi kkunsmata ż-żerriegħa tal-kittien mitħuna, il-bijodisponibbiltà tal-aċidu ċjanidriku u l-livelli ta’ esponiment tal-bniedem għaliha jkunu ogħla minn meta jiġu kkunsmati ż-żrieragħ tal-kittien sħaħ jew meta jiġu ttrattati bis-sħana. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti livelli aktar stretti għaż-żerriegħa tal-kittien sħiħa, li tista’ tintaħan mill-konsumatur, qabel il-konsum u ż-żerriegħa tal-kittien mitħuna mqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali meta jkun maħsub li tiġi kkunsmata nejja. |
(4) |
Il-livelli massimi għall-aċidu ċjanidriku jeħtieġ għalhekk jiġu stabbiliti f’ċerti oġġetti tal-ikel sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jippreparaw għar-regoli l-ġodda introdotti b’dan ir-Regolament, jixraq li jingħata żmien raġonevoli sakemm jibdew japplikaw il-livelli massimi l-ġodda. Jixraq ukoll li jiġi previst perjodu tranżizzjonali għall-oġġetti tal-ikel imqiegħda fis-suq legalment qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness imqiegħda legalment fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2023, jistgħu jibqgħu fis-suq sad-data tad-durabbiltà minima jew sad-data tal-iskadenza tagħhom.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(3) L-opinjoni xjentifika “Evaluation of the health risks related to the presence of cyanogenic glycosides in foods other than raw apricot kernels”, EFSA Journal, Vol 17, No 4, European Food Safety Authority, 2019, pp. 78; https://doi.org/10.2903/j.efsa.2019.5662.
ANNESS
Fit-Taqsima 8 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, l-entrata 8.3 hija sostitwita b’dan li ġej:
“Oġġetti tal-ikel (1) |
Livell massimu (mg/kg) |
|
8.3 |
Aċidu ċjanidriku, inkluż aċidu ċjanidriku magħqud fi glikosidi ċjanoġeniċi |
|
8.3.1 |
Żerriegħa tal-kittien mhux ipproċessata sħiħa (60), mitħuna, maqsuma, imqatta’, bl-eċċezzjoni tal-oġġetti tal-ikel elenkati f’8.3.2 (54) |
250 |
8.3.2 |
Żerriegħa tal-kittien mhux ipproċessata sħiħa, mitħuna, maqsuma u mqatta’, imqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali (54)(55) (*1) |
150 |
8.3.3 |
Lewż mhux ipproċessat sħiħ, mitħun, maqsum u mqatta’, imqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali (54)(55) (*1) |
35 |
8.3.4 |
Żerriegħa tal-berquq mhux ipproċessata sħiħa, mitħuna, maqsuma u mqatta’, imqiegħda fis-suq għall-konsumatur finali (54)(55) |
20 |
8.3.5 |
Għerq tal-kassava (frisk, imqaxxar) |
50 |
8.3.6 |
Dqiq tal-kassava u dqiq tat-tapjoka |
10 |
(*1) Il-livell massimu ma japplikax għaż-żerriegħa tal-kittien mhux ipproċessata sħiħa, mitħuna, mgħaffġa, maqsuma, imqatta’ u għal-lewż morr mhux ipproċessat sħiħ, mitħun, mgħaffeġ, maqsum u mqatta’, imqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali fi kwantitajiet żgħar fejn tidher it-twissija “Dan il-prodott għandu jintuża biss għat-tisjir u l-ħami. Tikkonsmahx nej!” fil-parti viżiva prinċipali tat-tikketta (bl-użu tad-daqs tat-tipa speċifikat fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (ĠU L 304 , 22.11.2011, p. 18)). Iż-żerriegħa tal-kittien mhux ipproċessata, sħiħa, mitħuna, maqsuma u mqatta’ bil-messaġġ ta’ twissija għandha tikkonforma mal-livell massimu previst f’8.3.1.”