This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R2027
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/2027 of 28 November 2019 derogating from Regulations (EC) Nos 2305/2003, 969/2006 and 1067/2008 and from Implementing Regulations (EU) 2015/2081 and (EU) 2017/2200, Regulation (EC) No 1964/2006 and Implementing Regulation (EU) No 480/2012 and Regulation (EC) No 1918/2006 as regards the dates for lodging import licence applications and issuing import licences in 2020 under the tariff quotas for cereals, rice and olive oil
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2027 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006 u (KE) Nru 1067/2008 u mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 u (UE) 2017/2200, mir-Regolament (KE) Nru 1964/2006 u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) nru 480/2012 u mir-Regolament (KE) Nru 1918/2006, fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni fl-2020 skont il-kwoti tariffarji għaċ-ċereali, ir-ross u ż-żejt taż-żebbuġa
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2027 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006 u (KE) Nru 1067/2008 u mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 u (UE) 2017/2200, mir-Regolament (KE) Nru 1964/2006 u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) nru 480/2012 u mir-Regolament (KE) Nru 1918/2006, fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni fl-2020 skont il-kwoti tariffarji għaċ-ċereali, ir-ross u ż-żejt taż-żebbuġa
C/2019/8752
ĠU L 313, 4.12.2019, p. 28–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2021
4.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/28 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2027
tat-28 ta’ Novembru 2019
li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006 u (KE) Nru 1067/2008 u mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 u (UE) 2017/2200, mir-Regolament (KE) Nru 1964/2006 u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) nru 480/2012 u mir-Regolament (KE) Nru 1918/2006, fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni fl-2020 skont il-kwoti tariffarji għaċ-ċereali, ir-ross u ż-żejt taż-żebbuġa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-punt (e) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 (2), (KE) Nru 969/2006 (3), (KE) Nru 1067/2008 (4) u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2081 (5) u (UE) 2017/2200 (6) jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni taċ-ċereali fil-qafas tal-kwota 09.4126, tal-qamħirrum fil-qafas tal-kwota 09.4131 u tal-qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri fil-qafas tal-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133, u ta’ ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukrajna fil-qafas tal-kwoti 09.4306, 09.4307, 09.4308, 09.4277, 09.4278 u 09.4279. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 (7) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2012 (8) jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Bangladesh fil-qafas tal-kwota 09.4517 u ta’ ross imfarrak fil-qafas tal-kwota 09.4079. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 (9) jistipula dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija fil-qafas tal-kwota 09.4032. |
(4) |
Fid-dawl tal-btajjel tas-sena 2020, jeħtieġ li għal ċerti perjodi tingħata deroga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008, mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 u (UE) 2017/2200, mir-Regolament (KE) Nru 1964/2006, mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012 u mir-Regolament (KE) Nru 1918/2006, fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni u l-ħruġ ta’ dawn il-liċenzji, biex ikun żgurat li jitħarsu l-volumi tal-kwoti kkonċernati. Fejn xieraq, il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (10) għandu japplika xorta waħda. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ċereali
1. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2020, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tax-xgħir skont il-kwota 09.4126, l-11 ta’ Diċembru 2020, fis-13.00, ħin ta’ Brussell.
2. B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2020, il-liċenzji għall-importazzjoni tax-xgħir imressqa fil-qafas tal-kwota 09.4126 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodu msemmi fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-data korrispondenti li tidher hawnhekk.
3. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2020, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tax-xgħir skont il-kwota 09.4131, l-11 ta’ Diċembru 2020, fis-13.00, ħin ta’ Brussell.
4. B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2020, il-liċenzji għall-importazzjoni tax-xgħir imressqa fil-qafas tal-kwota 09.4131 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodu msemmi fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-data korrispondenti li tidher hawnhekk.
5. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2020, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni ta’ qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri skont il-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133, wara l-11 ta’ Diċembru 2020, fis-13.00, ħin ta’ Brussell.
6. B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2020, il-liċenzji għall-importazzjoni ta’ qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri, mressqa fil-qafas tal-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodu msemmi fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-data korrispondenti li tidher hawnhekk.
7. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, għas-sena 2020, ma jistgħux ikomplu jitressqu applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni ta’ ċereali li joriġinaw mill-Ukrajna fil-qafas tal-kwoti 09.4306, 09.4307 u 09.4308, wara l-11 ta’ Diċembru 2020, fis-13.00, ħin ta’ Brussell.
8. B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, għas-sena 2020, il-liċenzji għall-importazzjoni taċ-ċereali li joriġinaw mill-Ukrajna mressqa fil-qafas tal-kwoti 09.4306, 09.4307 u 09.4308 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodu msemmi fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-data korrispondenti li tidher hawnhekk.
9. B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2200, għas-sena 2020, ma jistgħux ikomplu jitressqu applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni ta’ ċereali li joriġinaw mill-Ukrajna fil-qafas tal-kwoti 09.4277, 09.4278 u 09.4279, wara l-11 ta’ Diċembru 2020, fis-13.00, ħin ta’ Brussell.
10. B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2200, għas-sena 2020, il-liċenzji għall-importazzjoni taċ-ċereali li joriġinaw mill-Ukrajna mressqa fil-qafas tal-kwoti 09.4277, 09.4278 u 09.4279 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodu msemmi fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-data korrispondenti li tidher hawnhekk.
Artikolu 2
Ross
1. B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1964/2006, għas-sena 2020, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Bangladesh skont il-kwota 09.4517 wara l-11 ta’ Diċembru 2020, fis-13.00, ħin ta’ Brussell.
2. B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 1964/2006, għas-sena 2020, il-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross li joriġinaw mill-Bangladesh imressaq fil-qafas tal-kwota 09.4517 li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodu msemmi fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-data korrispondenti li tidher hawnhekk.
3. B’deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, għas-sena 2020, ma jistgħux ikomplu jitressqu applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tar-ross imfarrak skont il-kwota 09.4079, wara l-11 ta’ Diċembru 2020, fis-13.00, ħin ta’ Brussell.
4. B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, għas-sena 2020, il-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross imfarrak imressaq fil-qafas tal-kwota 09.4079 li għalih tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodu msemmi fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-data korrispondenti li tidher hawnhekk.
Artikolu 3
Żejt taż-żebbuġa
1. B’deroga mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, għas-sena 2020, ma jistgħux ikomplu jitressqu applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija, wara t-Tlieta, 15 ta’ Diċembru 2020.
2. B’deroga mill-Artikolu 3(3), tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, il-liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija li għalihom tressqu applikazzjonijiet matul il-perjodu msemmi fl-Anness III għal dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Jiskadi fl-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
f’isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffali għall-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi terzi (ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta’ Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2081 tat-18 ta’ Novembru 2015 li jwassal għall-ftuħ u għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta’ ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukrajna (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 81).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2200 tat-28 ta’ Novembru 2017 li jwassal għall-ftuħ u għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta’ ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukrajna (ĠU L 313, 29.11.2017, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Bangladesh, b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 19).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2012 tas-7 ta’ Ġunju 2012 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta’ kwota ta’ tariffa għal ross miksur (broken rice) ta’ kodiċi NM 1006 40 00 għal produzzjoni ta’ tħejjijiet tal-ikel ta’ kodiċi NM 1901 10 00 (ĠU L 148, 8.6.2012, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84).
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS I
Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni taċ-ċereali |
Dati tal-ħruġ |
Il-Ġimgħa, 3 ta’ April mis-13.00 sal-Ġimgħa, 10 ta’ April 2020 fis-13.00, ħin ta’ Brussell |
L-ewwel jum ta’ xogħol mit-Tnejn, 20 ta’ April 2020 |
ANNESS II
Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross |
Dati tal-ħruġ |
Il-Ġimgħa, 3 ta’ April mis-13.00 sal-Ġimgħa, 10 ta’ April 2020 fis-13.00, ħin ta’ Brussell |
L-ewwel jum ta’ xogħol mit-Tnejn, 20 ta’ April 2020 |
ANNESS III
Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa |
Dati tal-ħruġ |
It-Tnejn 6 jew it-Tlieta 7 ta’ April 2020 |
L-ewwel jum ta’ xogħol mill-Ġimgħa 17 ta’ April |
It-Tnejn 18 jew it-Tlieta 19 ta’ Mejju 2020 |
L-ewwel jum ta’ xogħol mill-Ħamis 28 ta’ Mejju |