EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1283

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1283/2013 tal- 10 ta’ Diċembru 2013 li jikkoreġi l-verżjoni Franċiża tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom

ĠU L 332, 11.12.2013, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1283/oj

11.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1283/2013

tal-10 ta’ Diċembru 2013

li jikkoreġi l-verżjoni Franċiża tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun irregolat il-kummerċ fihom (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 19(2), (3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Hemm żball fil-verżjoni bl-ilsien Franċiż tal-Anness VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (2). L-iżball, li ma jeffettwax il-validità tal-permessi u ċ-ċertifikati jew l-applikazzjonijiet għall-permessi u ċ-ċertifikati, tikkonċerna l-kodiċi assenjat lid-deskrizzjoni tal-kampjun “Kavjar”.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 għalhekk għandu jiġi kkoreġut skont dan.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ fil-Fawna u l-Flora Selvaġġi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Franċiża.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

(2)  ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1.


Top