This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0846
2011/846/CFSP: Political and Security Committee Decision ATALANTA/5/2011 of 16 December 2011 amending Political and Security Committee Decision ATALANTA/2/2009 on the acceptance of third States’ contributions to the European Union military operation to contribute to the deterrence, prevention and repression of acts of piracy and armed robbery off the Somali coast (Atalanta) and Political and Security Committee Decision ATALANTA/3/2009 on the setting up of the Committee of Contributors for the European Union military operation to contribute to the deterrence, prevention and repression of acts of piracy and armed robbery off the Somali coast (Atalanta)
2011/846/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/5/2011 tas- 16 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/2/2009 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi minn Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
2011/846/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/5/2011 tas- 16 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/2/2009 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi minn Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
ĠU L 335, 17.12.2011, p. 79–80
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/79 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/5/2011
tas-16 ta’ Diċembru 2011
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/2/2009 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi minn Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
(2011/846/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/2/2009 (2) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 (3), u l-addendum tagħha (4),
Billi:
(1) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE, fis-16 ta’ Diċembru 2008, laqqa’ Konferenza dwar il-Ħolqien ta’ Forza. |
(2) |
Konsegwentement għall-offerta mis-Serbja li tikkontribwixxi għall-operazzjoni Atalanta, ir-rakkomandazzjoni mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u l-parir mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC), il-kontribut mis-Serbja għandu jiġi aċċettat. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/2/2009 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 1
Kontributi ta’ Stati Terzi
Konsegwentement għall-Konferenzi dwar il-Ħolqien u l-Forniment ta’ Forzi u r-rakkomandazzjonijiet mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, il-kontributi min-Norveġja, il-Kroazja, il-Montenegro, l-Ukraina u s-Serbja għandhom jiġu aċċettati għall-operazzjoni militari tal-UE bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)”.
Artikolu 2
L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/3/2009 huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
O. SKOOG
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.
(2) ĠU L 109, 30.4.2009, p. 52.
(4) ĠU L 119, 14.5.2009, p. 40.
ANNESS
“ANNESS
LISTA TA’ STATI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)
— |
Norveġja |
— |
Kroazja |
— |
Montenegro |
— |
Ukraina |
— |
Serbja” |