Vyberte si experimentálne prvky, ktoré chcete vyskúšať

Tento dokument je výňatok z webového sídla EUR-Lex

Dokument 32010D0017(01)

    2010/624/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 14 ta’ Ottubru 2010 dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self lil u mill-Unjoni taħt il-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja (BĊE/2010/17)

    ĠU L 275, 20.10.2010, s. 10 – 10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Právny stav dokumentu Účinné: Tento akt bol zmenený. Aktuálne konsolidované znenie: 30/03/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/624/oj

    20.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 275/10


    DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tal-14 ta’ Ottubru 2010

    dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self lil u mill-Unjoni taħt il-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja

    (BĊE/2010/17)

    (2010/624/UE)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 122(2) u 132(1) tiegħu;

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 17 u 21 u l-Artikolu 34.1 tiegħu;

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu;

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 407/2010 jipprovdi għall-possibbiltà ta’ assistenza finanzjarja fil-forma ta’ self jew linji ta’ kreditu mill-Unjoni lil Stati Membri li qed jesperjenzaw, jew huma serjament mhedda minn, disturbi ekonomiċi jew finanzjarji severi kkawżati minn okkorrenzi li m’għandhomx kontroll fuqhom u li tingħata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (2)

    Skont l-Artikolu 8 ta’ Regolament (UE) Nru 407/2010 il-Kummissjoni Ewropea ser tistabbilixxi l-arranġamenti neċessarji għall-amministrazzjoni tas-self mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Il-ħlasijiet tal-kapital u l-imgħax dovut taħt is-self jiġu trasferiti mill-Istat Membru benefiċjarju lil kont mal-BĊE 14-il jum tan-negozju tat-TARGET2 qabel id-data korrispondenti.

    (3)

    Sabiex iwettaq id-dmirijiet maħsuba għall-BĊE taħt ir-Regolament (UE) Nru 407/2010, il-BĊE jikkunsidra xieraq illi jiftaħ kontijiet speċifiċi, meta mitlub, għall-Kummissjoni u għall-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri benefiċjarji,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-BĊE għandu jwettaq id-dmirijiet b’rabta mal-amministrazzjoni tas-self, u għandu jagħmel ħlasijiet marbutin mal-operazzjonijiet ta’ self lil u mill-Unjoni taħt il-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 407/2010.

    Artikolu 2

    Il-BĊE għandu, fuq talba tal-Kummissjoni, jiftaħ kontijiet f’isem il-Kummissjoni u, fuq talba ta’ bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru benefiċjarju, jiftaħ kontijiet f’isem dan il-bank ċentrali nazzjonali.

    Artikolu 3

    Il-kontijiet imsemmijin fl-Artikolu 2 għandhom jintużaw sabiex jiġu pproċessati ħlasijiet b’rabta mal-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja għall-benefiċċju ta’ Stati Membri.

    Artikolu 4

    Il-BĊE għandu jħallas imgħax fuq il-bilanċ overnight fil-kreditu ta’ dawn il-kontijiet f’ammont ekwivalenti għar-rata applikabbli tal-faċilità tad-depożitu tal-BĊE fuq bażi attwali/360.

    Artikolu 5

    Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jagħmel l-arranġamenti neċessarji sabiex jagħti effett lil din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Ottubru 2010.

    Il-President tal-BĊE

    Jean-Claude TRICHET


    (1)  ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.


    Začiatok