EUR-Lex Ingång till EU-rätten

Tillbaka till EUR-Lex förstasida

Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats

Dokument 32010D0341

2010/341/CFSP: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUPOL Afghanistan/2/2010 tal- 11 ta’ Ġunju 2010 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-EUPOL Afghanistan

ĠU L 154, 19.6.2010, s. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dokumentets rättsliga status Gällande

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/341/oj

19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUPOL AFGHANISTAN/2/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-EUPOL Afghanistan

(2010/341/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/279/PESK tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL Afghanistan) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2010/279/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-missjoni EUPOL Afghanistan, inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tal-Brigadier Ġenerali Jukka Petri SAVOLAINEN bħala l-Kap tal-Missjoni mill-15 ta’ Lulju 2010,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġenerali Jukka Petri SAVOLAINEN huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan mill-15 ta’ Lulju 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il–11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

C. FERNÁNDEZ-ARIAS


(1)  ĠU L 123, 19.5.2010, p. 4.


Upp