EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0119

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 119/2010 tad- 9 ta’ Frar 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1233/2009 li jistabbilixxi miżura speċifika ta’ appoġġ għas-suq fis-settur tal-ħalib

ĠU L 37, 10.2.2010, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/119/oj

10.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 119/2010

tad-9 ta’ Frar 2010

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1233/2009 li jistabbilixxi miżura speċifika ta’ appoġġ għas-suq fis-settur tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (2), u b’mod partikulari l-Artikoli 186 u 188(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1233/2009 (3) jistipula l-ammonti għall-appoġġ lill-bdiewa produtturi tal-ħalib li ntlaqtu ħażin ħafna mill-kriżi tal-ħalib. Billi dawn l-ammonti huma stipulati f’euro, jeħtieġ li tiġi ffissata data komuni għall-konverżjoni ta’ dawn l-ammonti fil-munita nazzjonali għall-Istati Membri li għadhom ma addottawx il-munita unika, biex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi u simultanja madwar l-Unjoni. Huwa għalhekk xieraq li jiġi determinat l-avveniment operattiv għar-rata tal-iskambju skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98.

(2)

Minħabba l-prinċipju msemmi fl-Artikolu 3(1), it-tieni inċiż, u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2799/98, l-avveniment operattiv għandu jkun id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 1233/2009.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1233/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Sabiex tiġi żgurata, kemm jista’ jkun malajr, applikazzjoni uniformi u simultanja madwar l-Unjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien u għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 1233/2009.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 3a li ġej għandu jiddaħħal fir-Regolament (UE) Nru 1233/2009 wara l-Artikolu 3:

“Artikolu 3a

Id-data tal-avveniment operattiv għar-rata tal-iskambju fir-rigward l-ammonti stipulati fl-Anness għandha tkun is-17 ta’ Diċembru 2009.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jibda japplika mis-17 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 70.


Top