Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1270

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1270/2009 tal- 21 ta’ Diċembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżjorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 339, 22.12.2009, p. 28–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 19/07/2017

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1270/oj

    22.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 339/28


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1270/2009

    tal-21 ta’ Diċembru 2009

    li jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżjorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f’għalf għall-bhejjem (1), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9d(1) tagħha,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali.

    (2)

    L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri tranżitorji għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf imressqa skont id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-addittivi stabbiliti fl-Annessi ma’ dan ir-Regolament tressqu qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (4)

    Il-kummenti inizjali dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif stipulat fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, ingħaddew lill-Kummissjoni qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dawk l-applikazzjonijiet għalhekk għandhom jibqgħu jitqiesu skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

    (5)

    L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 526.94) kien awtorizzat provviżorjament għad-driefeġ, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2374/1998 (3). Huwa ġie awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien għat-tiġieġ għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2005 (4). Tressqet dejta ġdida li tappoġġja applikazzjoni għal awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enzimi għad-driefeġ miftuma. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enzimi, kif speċifikata fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

    (6)

    L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotti mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), bacillolysin prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9554) u endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) kien awtorizzat proviżorjament, għad-driefeġ, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2200/2001 (5). Dan kien awtorizzat proviżorjament għad-dundjani tas-simna mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 252/2006 (6). Dan ġie awtorizzat mingħajr limitu taż-żmien għat-tiġieġ tas-simna mir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 358/2005 (7), u kien awtrorizzat proviżorjament għat-tiġieġ tal-bajd mir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1140/2007 (8). Tressqet dejta ġdida li tappoġġja applikazzjoni għal awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enzimi għad-dundjani tas-simna u għad-driefeġ miftuma. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enzimi, kif speċifikat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enzimi”, kif speċifikat fl-Anness I, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enzimi”, kif speċifikat fl-Anness II, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2009

    Għall-Kummissjoni

    José Manuel BARROSO

    Il-President


    (1)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

    (2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (3)  ĠU L 295, 4.11.1998, p. 3.

    (4)  ĠU L 328, 15.12.2005, p. 13.

    (5)  ĠU L 299, 15.11.2001, p. 1.

    (6)  ĠU L 44, 15.2.2006, p. 3.

    (7)  ĠU L 57, 3.3.2005, p. 3.

    (8)  ĠU L 256, 2.10.2007, p. 14.


    ANNESS I

    Nru KE

    Addittiv

    Formula kimika, deskrizzjoni

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

    Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

    Enzimi

    E 1636

    Endo-1,3(4)-beta-glucanase

    EC 3.2.1.6

    Preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 526.94) b’attività minima ta’:

    Għamla solida: 700 000  BU (1)/g

    Għamla likwida: 300 000  BU/g

    Driefeġ (miftuma)

    17 500  BU

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita minn qabel, indika t-temperatura li fiha ssir il-ħażna, it-tul ta’ żmien tal-ħażna u l-istabilità għall-pelleting.

    2.

    Għall-użu fil-każ ta’ driefeġ li nfatmu sakemm jilħqu l-35 kg.

    3.

    Doża rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ: 17 500 -50 000  BU.

    4.

    Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex tal-lamtu (fil-biċċa l-kbira glucans), eż. li fihom aktar minn 60 % xgħir jew qamħ.

    Mingħajr limitu ta’ żmien


    (1)  1 BU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 0.06 micromole ta’ zokkor imnaqqas (ekwivalent ta’ glukożju) minn xgħir beta-glucan fil-minuta f’ pH ta’ 4.8 u 50 °C.


    ANNESS II

    Nru KE

    Addittiv

    Formula kimika, deskrizzjoni

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

    Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

    Enzimi

    E 1620

    Endo-1,3(4)-beta-glucanase EC 3.2.1.6

    Endo-1,4-beta-glucanase EC 3.2.1.4

    Alpha-amylase EC 3.2.1.1

    Bacillolysin EC 3.4.24.28

    Endo-1,4-beta xylanase EC 3.2.1.8

    Il-preparazzjoni ta’ endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta mill-Aspergillus aculeatus (CBS 589.94), endo-1,4-beta-glucanase prodott mit-Trichoderma longibrachiatum (CBS 592.94), alpha-amylase prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9553), bacillolysin prodott mill-Bacillus amyloliquefaciens (DSM 9554) u endo-1,4-beta-xylanase prodotta mit-Trichoderma viride (NIBH FERM BP 4842) li għandha attività minima ta’

    Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 2 350  U/g (1)

    Endo-1,4-beta-glucanase: 4 000  U/g (2)

    Alpha-amylase: 400 U/g (3)

    Bacillolysin 450 U/g (4)

    Endo-1,4-beta-xylanase: 20 000  U/g (5)

    Dundjani għas-simna

    Endo-1,3(4)-beta-glucana-se: 587 U

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabilità għall-pelleting.

    2.

    Doża rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ:

    endo-1,3(4)-beta-glucanase: 1 175 -2 350  U

    Endo-1,4-beta-glucanase: 2 000 -4 000  U

    alpha-amylase: 200-400 U

    bacillolysin: 225-450 U

    endo-1,4-beta-xylanase: 10 000 -20 000  U

    3.

    Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u b’mod speċjali arabinoxylans), eż. li fihom aktar minn 30 % qamħ.

    Mingħajr limitu ta’ żmien

    Endo-1,4-beta-glucana-se: 1 000  U

    Alpha-amylase: 100 U

    Bacillolysin: 112 U

    Endo-1,4-beta-xylanase: 5 000  U

    Driefeġ (miftuma)

    Endo-1,3(4)-beta-glucana-se: 1 175  U

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabilità għall-pelleting.

    2.

    Għall-użu fil-każ ta’ driefeġ li nfatmu sakemm jilħqu l-35 kg.

    3.

    Doża rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ:

    endo-1,3(4)-beta-glucanase: 1 175  U

    Endo-1,4-beta-glucanase: 2 000  U

    alpha-amylase: 200 U

    bacillolysin: 225 U

    endo-1,4-beta-xylanase: 10 000  U

    4.

    Għall-użu f’ għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glucans u b’mod speċjali arabinoxylans).eż. li fihom aktar minn 35 % qamħ.

     

    Endo-1,4-beta-glucana-se: 2 000  U

    Alpha-amylase: 200 U

    Bacillolysin: 225 U

    Endo-1,4-beta-xylanase: 10 000  U


    (1)  1 U huwa l-ammont ta’ enzimi li jillibera 0,0056 micromole ta’ zokkor imnaqqas (ekwivalent ta’ glukożju) minn beta-glucan tax-xgħir fil-minuta f’ pH ta’ 7,5 u 30 °C.

    (2)  1 U huwa l-ammont ta’ enzimi li jillibera 0,0056 micromole ta’ zokkor imnaqqas (ekwivalent ta’ glukożju) minn carboxymethylcellulose fil-minuta f’ pH ta’ 4,8 u 50 °C.

    (3)  1 U huwa l-ammont ta’ enzimi li jillibera 1 micromole ta’ glucożju minn polimeri tal-lamtu cross-linked fil-minuta f’ pH ta’ 7,5 u 37 °C.

    (4)  1 U huwa l-ammont ta’ enzimi li jagħmel mikrogramma ta’ ażo-kaseina li tinħall fl-aċidau trikloraċetiku fil-minuta f’ pH ta’ 7,5 u 37 °C

    (5)  1 U huwa l-ammont ta’ enzimi li jillibera 0,0067 micromole ta’ zokkor imnaqqas (ekwivalent ta’ ksilożju) minn xylan tal-injam tal-betula fil-minuta f’ pH ta’ 5,3 u 50 °C.


    Top