Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0719

2007/719/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Novembru 2007 li tistipula għas-sena finanzjarja 2007/2008 l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għall-Istati Membri, fir-rigward ta’ ċertu numru ta’ ettari, għar-ristrutturar u l-konverżjoni tad-dwieli skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5293)

ĠU L 289, 7.11.2007, p. 59–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/719/oj

7.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 289/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Novembru 2007

li tistipula għas-sena finanzjarja 2007/2008 l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għall-Istati Membri, fir-rigward ta’ ċertu numru ta’ ettari, għar-ristrutturar u l-konverżjoni tad-dwieli skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5293)

(It-testi bil-lingwa Bulgara, Spanjola, Ċeka, Ġermaniża, Griega, Franċiża, Taljana, Ungeriża, Maltija, Portugiża, Rumena, Slovakka u Slovena huma l-uniċi awtentiċi.)

(2007/719/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-regoli għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji huma stipulati bir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 tal-31 ta’ Mejju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid f’dak li jirrigwarda l-potenzjal tal-produzzjoni (2).

(2)

Ir-regoli dettaljati dwar l-ippjanar finanzjarju u l-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar ta’ l-iskema tar-ristrutturar u l-konverżjoni, stipulati bir-Regolament (KE) Nru 1227/2000, jipprovdu li r-referenzi għal sena finanzjarja partikolari għandhom jikkorrispondu għall-ħlasijiet li effettivament isiru mill-Istati Membru bejn is-16 ta’ Ottubru u l-15 ta’ Ottubru tas-sena sussegwenti.

(3)

Skond l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-allokazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri jsiru billi jitqies, skond kriterji stipulati, il-proporzjon tad-dwieli Komunitarji eżistenti fl-Istat Membru kkonċernat.

(4)

Skond l-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, jeħtieġ li l-allokazzjonijiet finanzjarji jsiru għal ċertu numru ta’ ettari.

(5)

Skond l-ewwel Artikolu tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2007 tas-17 ta’ Awwissu 2007 dwar il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-ispejjeż tar-ristrutturar u l-konverżjoni pprovduti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 għas-sena ta’ l-inbid 2007/2008 (3), l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandu japplika għas-sena ta’ l-inbid 2007/2008 u, b’ċerti eċċezzjonijiet, għar-reġjuni eliġibbli għall-finanzjament skond l-oġġettiv ta’ konverġenza, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (4). Għaldaqstant, il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-finanzjament ta’ l-ispejjeż ta’ ristrutturar u konverżjoni tista’ tkun ogħla fir-reġjuni ta’ konverġenza.

(6)

Jeħtieġ li jitqies il-kumpens għat-telf mid-dħul, soffert minn dawk li jkabbru d-dwieli, fil-perjodu li matulu d-dwieli ma jkunux għadhom qed jagħtu l-frott.

(7)

Skond l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000, meta l-ispejjeż effettivi maħruġa minn Stat Membru, f’sena finanzjarja partikolari, ikunu anqas minn 75 % ta’ l-ammonti ta’ l-allokazzjoni inizjali, l-ispejjeż li għandhom jiġu aċċettati għas-sena sussegwenti, kif ukoll il-medda totali korrispondenti, jitnaqqsu b’terz tad-differenza bejn il-massimu ta’ l-ispejjeż reali sofferti waqt is-sena kkonċernata. Din id-dispożizzjoni tapplika għas-sena finanzjarja 2007/2008 għall-Ġermanja u għall-Greċja, li l-ispejjeż tagħhom għas-sena finanzjarja 2007 jirrapreżentaw 74 % ta’ l-allokazzjoni inizjali tagħhom, għal-Lussemburgu, li l-ispejjeż tiegħu għas-sena finanzjarja 2007 jirrapreżentaw 71 % ta’ l-allokazzjoni inizjali tiegħu, għal Malta li l-ispejjeż tagħha għas-sena finanzjarja 2007 jirrapreżentaw 40 % ta’ l-allokazzjoni inizjali tagħha u għas-Slovakkja li l-ispejjeż tagħha għas-sena finanzjarja 2007 jirrapreżentaw 27 % ta’ l-allokazzjoni inizjali tagħha. Skond l-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 922/2007 ta’ l-1 t’Awwissu 2007 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1227/2000 fir-rigward ta’ arranġament transitorju dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji għall-Bulgarija u r-Rumanija għar-ristrutturar u l-konverżjoni (5), dan it-tnaqqis ma japplikax għall-Bulgarija u għar-Rumanija għas-sena finanzjarja 2007/2008.

(8)

Skond l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, l-ewwel ammont se jiġi allokat skond l-ispejjeż attwali u l-istimi riveduti ta’ l-ispejjeż innotifikati mill-Istati membri, fid-dawl ta’ l-għan tas-sistema u fil-limiti tal-krediti disponibbli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi lill-Istati Membri kkonċernati, għal ċertu numru ta’ ettari, għar-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni tad-dwieli skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, għall-perjodu tas-sena finanzjarja 2007/2008, jidhru fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Bulgara, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Griega, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika Ungeriża, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika Awstrijaka, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika Slovena u r-Repubblika Slovakka.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  GU L 143, 16.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1216/2005 (ĠU L 199, 29.7.2005, p. 32).

(3)  ĠU L 215, 18.8.2007, p. 4.

(4)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1989/2006 (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 6).

(5)  ĠU L 201, 2.8.2007, p. 7.


ANNESS

Allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għall-2007/2008

Stat Membru

Il-medda (ettari)

Allokazzjoni Finanzjarja (EUR)

Il-Bulgarija

2 403

18 044 087

Ir-Repubblika Ċeka

647

10 897 834

Il-Ġermanja

1 545

13 295 911

Il-Greċja

886

8 715 834

Spanja

20 233

162 136 325

Franza

14 384

110 676 302

L-Italja

12 279

101 107 716

Ċipru

156

2 219 214

Il-Lussemburgu

7

56 800

L-Ungerija

1 472

11 779 162

Malta

9

103 987

L-Awstrija

1 170

6 678 313

Il-Portugall

4 004

34 729 863

Ir-Rumanija

3 008

25 068 762

Is-Slovenja

139

2 699 939

Is-Slovakkja

473

1 789 952

Total

62 816

510 000 000


Top