This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CA0704
Joined Cases C-704/20 and C-39/21: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 8 November 2022 (requests for a preliminary ruling from the Raad van State, Rechtbank Den Haag, zittingsplaats’s-Hertogenbosch — Netherlands) — Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid v C, B (C-704/20), X v Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (C-39/21) (References for a preliminary ruling — Area of freedom, security and justice — Detention of third-country nationals — Fundamental right to liberty — Article 6 of the Charter of Fundamental Rights of the European Union — Conditions governing the lawfulness of detention — Directive 2008/115/EC — Article 15 — Directive 2013/33/EU — Article 9 — Regulation (EU) No 604/2013 — Article 28 — Review of the lawfulness of detention and of the continuation of a detention measure — Ex officio review — Fundamental right to an effective judicial remedy — Article 47 of the Charter of Fundamental Rights)
Kawża magħquda C-704/20 u C-39/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State, Rechtbank Den Haag, zittingsplaats’s-Hertogenbosch – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs C, B (C-704/20), X vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (C-39/21) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Detenzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi – Dritt fundamentali għal-libertà – Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Kundizzjonijiet tal-legalità tad-detenzjoni – Direttiva 2008/115/KE – Artikolu 15 – Direttiva 2013/33/UE – Artikolu 9 – Regolament (UE) Nru 604/2013 – Artikolu 28 – Stħarriġ tal-legalità ta’ detenzjoni u taż-żamma ta’ miżura ta’ detenzjoni – Eżami ex officio – Dritt fundamentali għal rimedju ġudizzjarju effettiv – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali)

ĠU C 7, 9.1.2023, pp. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
9.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 7/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State, Rechtbank Den Haag, zittingsplaats’s-Hertogenbosch – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs C, B (C-704/20), X vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (C-39/21)
(Kawża magħquda C-704/20 u C-39/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Detenzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi - Dritt fundamentali għal-libertà - Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Kundizzjonijiet tal-legalità tad-detenzjoni - Direttiva 2008/115/KE - Artikolu 15 - Direttiva 2013/33/UE - Artikolu 9 - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Artikolu 28 - Stħarriġ tal-legalità ta’ detenzjoni u taż-żamma ta’ miżura ta’ detenzjoni - Eżami ex officio - Dritt fundamentali għal rimedju ġudizzjarju effettiv - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali)
(2023/C 7/05)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State, Rechtbank Den Haag, zittingsplaats’s-Hertogenbosch
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (C-704/20), X (C-39/21)
Konvenuti: C, B (C-704/20), Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (C-39/21)
Dispożittiv
L-Artikolu 15(2) u (3) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, l-Artikoli 9(3) u (5) tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, u l-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, moqrija flimkien mal-Artikoli 6, u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
l-istħarriġ, minn awtorità ġudizzjarja, tal-osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ legalità tad-detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni, għandu jwassal sabiex din l-awtorità tirrileva ex officio, abbażi tal-elementi tal-fajl miġjuba għall-attenzjoni tagħha, kif ikkompletati jew iċċarati waqt il-proċedura kontradittorja quddiemha, l-eventwali nuqqas ta’ osservanza ta’ kundizzjoni ta’ legalità li ma ġiex invokat mill-persuna kkonċernata.