Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0171

Kawża T-171/22: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2022 – OR u OS vs Il-Kummissjoni

ĠU C 207, 23.5.2022, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 207, 23.5.2022, pp. 35–36 (GA)

23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/51


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2022 – OR u OS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-171/22)

(2022/C 207/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: OR u OS (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Lulju 2021 li permezz tagħha l-PMO ċaħdet it-talba tar-rikorrenti tat-18 ta’ Marzu 2021 ippreżentata fuq il-bażi tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal li tipproponi l-ħlas tad-drittijiet tal-pensjoni akkumulati mill-mejjet missierhom taħt l-Iskema tal-Pensjoni tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-“IPIUE”) u d-drittijiet tal-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tiegħu;

tannulla, sa fejn jitqies li tipprovdi motivazzjoni addizzjonali, id-deċiżjoni tat-22 ta’ Diċembru 2021 li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-ilment tar-rikorrenti tal-20 ta’ Settembru 2021;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lura lir-rikorrenti l-ammont ta’ drittijiet li jikkorrispondu għall-kontribuzzjonijiet tal-mejjet lill-IPIUE u l-ammont tad-drittijiet tal-pensjoni nazzjonali tiegħu ttrasferiti lill-IPIUE;

tikkundanna lill-konvenuta għall-interessi dovuti fuq is-somom li għandhom jitħallsu lura bir-rata tal-interessi tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti mid-data tat-trasferiment u l-kontribuzzjonijiet ta’ kull xahar;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed ibbażat fuq arrikkiment indebitu tal-Unjoni. Ir-rikorrenti jsostnu f’dan ir-rigward li missierhom kien kiseb, qabel mewtu, id-dritt li jittrasferixxi l-pagamenti annwali tiegħu miksuba taħt ir-RPIUE kif ukoll dawk akkwistati taħt id-drittijiet nazzjonali tal-pensjoni tiegħu u enfasizzaw li dan id-dritt ma huwiex suġġett għal ebda perijodu ta’ limitazzjoni. Ir-rikorrenti jżidu li peress li missierhom ma kienx laħaq, qabel il-mewt tiegħu, l-għaxar snin ta’ servizz effettiv li jippermettulu jibbenefika mill-ħlas ta’ pensjoni tal-irtirar taħt ir-RPIUE, is-somom ikkontribwiti jikkostitwixxu arrikkiment indebitu tal-Unjoni.


Top