Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0338

Kawża T-338/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Air France vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-merkanzija bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru – Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) – Skambju ta’ informazzjoni – Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni – Ksur uniku u kontinwu – Kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċju tal-immunità – Ugwaljanza fit-trattament – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ammont tal-multa – Valur tal-bejgħ – Gravità tal-ksur – Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Inkoraġġiment ta’ aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi – Proporzjonalità – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

ĠU C 207, 23.5.2022, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 207, 23.5.2022, p. 22–22 (GA)

23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Air France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-338/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni - Ksur uniku u kontinwu - Kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċju tal-immunità - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ammont tal-multa - Valur tal-bejgħ - Gravità tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Inkoraġġiment ta’ aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi - Proporzjonalità - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

(2022/C 207/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Société Air France (Tremblay-en-France, Franza) (rappreżentanti: A. Wachsmann u A. de La Cotardière, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes u C. Giolito, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali tas-17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Każ AT.39258 – Trasport bl-ajru), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għall-annullament parzjali ta’ din id-deċiżjoni u għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.

3)

Société Air France għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 277, 21.8.2017.


Top