EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0480

Kawża T-480/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 Marzu 2019 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (“FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Infiq imġarrab mill-Greċja — Korrezzjonijiet finanzjarji ta’ darba u b’rata fissa — Kundizzjonalità — Kontroll tar-rekwiżiti regolamentari fil-qasam tal-ġestjoni — Analiżi tar-riskji — Evalwazzjoni tad-dannu finanzjarju — Obbligu ta’ motivazzjoni — Proporzjonalità”)

ĠU C 172, 20.5.2019, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 Marzu 2019 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-480/17) (1)

(“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imġarrab mill-Greċja - Korrezzjonijiet finanzjarji ta’ darba u b’rata fissa - Kundizzjonalità - Kontroll tar-rekwiżiti regolamentari fil-qasam tal-ġestjoni - Analiżi tar-riskji - Evalwazzjoni tad-dannu finanzjarju - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”)

(2019/C 172/40)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos u A. Vasilopoulou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Sauka, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1144 tas-26 ta’ Ġunju 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU 2017, L 165, p. 37), sa fejn timponi fuq ir-Repubblika Ellenika, wara l-investigazzjoni bir-referenza ΧC/2014/002/GR, korrezzjonijiet finanzjarji ta’ darba u b’rata fissa ta’ ammont totali ta’ EUR 1182 054.17 minħabba nuqqasijiet fl-applikazzjoni tal-kundizzjonalità (FAEG u FAEŻR).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 357, 23.10.2017.


Top