Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0451

    Kawża C-451/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Veliko Tarnovo – il-Bulgarija) – “Walltopia” AD vs Direktor na Teritorialna direktsia na Natsionalnata agentsia za prihodite – Veliko Tarnovo (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà soċjali – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Artikolu 12(1) – Regolament (KE) Nru 987/2009 – Artikolu 14(1) – Ħaddiema kkollokati – Leġiżlazzjoni applikabbli – Ċertifikat A 1 – Issuġġettar tal-impjegat għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-persuna li timpjega – Kundizzjonijiet”)

    ĠU C 4, 7.1.2019, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 4/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Veliko Tarnovo – il-Bulgarija) – “Walltopia” AD vs Direktor na Teritorialna direktsia na Natsionalnata agentsia za prihodite – Veliko Tarnovo

    (Kawża C-451/17) (1)

    (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 12(1) - Regolament (KE) Nru 987/2009 - Artikolu 14(1) - Ħaddiema kkollokati - Leġiżlazzjoni applikabbli - Ċertifikat A 1 - Issuġġettar tal-impjegat għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-persuna li timpjega - Kundizzjonijiet”)

    (2019/C 4/08)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Administrativen sad Veliko Tarnovo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti:“Walltopia” AD

    Konvenut: Direktor na Teritorialna direktsia na Natsionalnata agentsia za prihodite – Veliko Tarnovo

    Dispożittiv

    L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, moqri flimkien mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna impjegata rreklutata bl-għan li tiġi kkollokata fi Stat Membru ieħor għandha titqies bħala li, “immedjatament qabel il-bidu tal-impjieg tagħha, [kienet] diġà suġġetta għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-prinċipal tagħha”, fis-sens tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 987/2009, minkejja li din il-persuna impjegata ma kellhiex il-kwalità ta’ persuna assigurata b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru immedjatament qabel il-bidu tal-attività tagħha bħala persuna impjegata, ladarba f’dak il-mument il-persuna impjegata kellha r-residenza tagħha fl-imsemmi Stat Membru, fatt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 330, 2.10.2017.


    Top