This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0003
Case T-3/18: Action brought on 9 January 2018 — Holzer y Cia v EUIPO — Annco (ANN TAYLOR)
Kawża T-3/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2018 – Holzer y Cia vs EUIPO – Annco (ANN TAYLOR)
Kawża T-3/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2018 – Holzer y Cia vs EUIPO – Annco (ANN TAYLOR)
ĠU C 72, 26.2.2018, pp. 43–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
26.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/43 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2018 – Holzer y Cia vs EUIPO – Annco (ANN TAYLOR)
(Kawża T-3/18)
(2018/C 072/55)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Holzer y Cia, SA de CV (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Annco, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “ANN TAYLOR” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 865 651
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: pproċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 2370/2016-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkonferma l-validità tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 9 865 651 “ANN TAYLOR” fir-rigward tal-prodotti kollha li għalihom din l-applikazzjoni talbet protezzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-intervenjent għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Il-Bord tal-Appell wettaq żball fl-analiżi tiegħu fir-rigward: tal-eżistenza ta’ xebh li jikkawża konfużjoni bejn is-sinjali kunfliġġenti u l-għarfien min-naħa tal-proprjetarju ta’ trade mark b’xebh li jikkawża konfużjoni meta ppreżenta l-applikazzjoni tiegħu; tal-intenzjonijiet tal-proprjetarju meta rreġistra t-trade mark tiegħu; tal-valur probatorju mogħti lill-evidenza mressqa mill-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u tal-oneru tal-prova. |