EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0075

Kawża C-75/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Markkinaoikeus (il-Finlandja) fid-19 ta’ Frar 2015 – Viiniverla Oy vs Sosiaali- ja terveysalan lupa- ja valvontavirasto

ĠU C 138, 27.4.2015, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/40


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Markkinaoikeus (il-Finlandja) fid-19 ta’ Frar 2015 – Viiniverla Oy vs Sosiaali- ja terveysalan lupa- ja valvontavirasto

(Kawża C-75/15)

(2015/C 138/54)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Markkinaoikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Viiniverla Oy

Konvenuta: Sosiaali- ja terveysalan lupa- ja valvontavirasto

Domandi preliminari

1)

Fl-evalwazzjoni tal-punt dwar jekk hemmx evokazzjoni fis-sens tal-Artikolu 16(b) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (1), għandu jsir riferiment għall-konsumatur medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat?

2)

Fl-evalwazzjoni tal-projbizzjoni li tintuża d-denominazzjoni “Verlados” għall-ispirtu tas-sîdru kkummerċjalizzat taħt dan l-isem fit-territorju nazzjonali, sabiex tiġi protetta l-indikazzjoni ġeografika Calvados, liema importanza għandha tingħata lill-fatti msemmija hawn taħt fil-kuntest tal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “evokazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 16(b) tar-Regolament Nru 110/2008 u tal-applikazzjoni tal-imsemmi regolament:

a.

il-bidu tad-denominazzjoni “Verlados” jikkorrispondi għall-isem tal-villaġġ Finlandiż ta’ Verla, u dan l-isem jista’ jiġi rrikonoxxut mill-konsumatur Finlandiż;

b.

l-element “Verla”, li bih tibda d-denominazzjoni “Verlados”, jirreferi għall-impriża Viiniverla Oy, li timmanifattura l-prodott “Verlados”;

c.

il-Verlados huwa prodott lokali mmanifatturat fil-villaġġ ta’ Verla, u minnu jinbiegħ medja ta’ mijiet ta’ litri fis-sena fir-ristorant tal-proprjetà, u li jista’, barra minn hekk, jinkiseb minnu fuq ordni, f’miżura limitata, mal-impriża tal-Istat ta’ distribuzzjoni ta’ xorb alkoħoliku prevista mil-liġi dwar l-alkoħol;

d.

it-termini “Verlados” u “Calvados” għandhom biss sillaba waħda, minn tlieta, komuni (dos) iżda, min-naħa l-oħra, l-aħħar erba’ ittri (ados) ta’ kull waħda miż-żewġ kelmiet, jiġifieri nofs in-numru totali tagħhom, huma identiċi?

3)

Jekk jitqies li hemm “evokazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 16(b) tar-Regolament Nru 110/2008, jista’ madankollu jiġi awtorizzat l-użu tad-denominazzjoni “Verlados” għal waħda mir-raġunijiet iċċitati iktar ’il fuq jew għal raġuni oħra, bħal dik marbuta mal-fatt li almenu ma hemmx ir-riskju li l-konsumatur Finlandiż jaħseb li l-prodott “Verlados” huwa ffabbrikat fi Franza?


(1)  ĠU L 39, p. 16.


Top