EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0175

Kawża C-175/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Ralph Prankl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Direttiva 92/12/KEE — Arranġamenti ġenerali tal-prodotti suġġetti għad-dazji tas-sisa — Taxxi fuq merkanzija b’kuntrabandu — Merkanzija mqiegħda għal konsum fi Stat Membru wieħed u ttrasportata lejn Stat Membru ieħor — Determinazzjoni tal-Istat Membru kompetenti — Dritt tal-Istat ta’ tranżitu li jintaxxa l-imsemmija merkanzija)

ĠU C 138, 27.4.2015, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Ralph Prankl

(Kawża C-175/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Direttiva 92/12/KEE - Arranġamenti ġenerali tal-prodotti suġġetti għad-dazji tas-sisa - Taxxi fuq merkanzija b’kuntrabandu - Merkanzija mqiegħda għal konsum fi Stat Membru wieħed u ttrasportata lejn Stat Membru ieħor - Determinazzjoni tal-Istat Membru kompetenti - Dritt tal-Istat ta’ tranżitu li jintaxxa l-imsemmija merkanzija))

(2015/C 138/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Parti fil-kawża prinċipali

Ralph Prankl

Dispożittiv

L-Artikolu 7(1) u (2) kif ukoll l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/108/KEE, tal-14 ta’ Diċembru 1992, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta merkanzija suġġetta għad-dazju tas-sisa mdaħħla klandestinament fit-territorju ta’ Stat Membru tiġi ttrasportata, fl-assenza tad-dokument mehmuż previst fl-Artikolu 7(4) tal-imsemmija direttiva, lejn Stat Membru ieħor, li fit-territorju tiegħu din il-merkanzija tiġi skoperta mill-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri ta’ tranżitu ma humiex awtorizzati li jiġbru wkoll dazju tas-sisa mingħand is-sewwieq tat-trakk li jkun wettaq l-imsemmi trasport minħabba l-fatt li jkun żamm l-imsemmija merkanzija għal finijiet kummerċjali fit-territorju tagħhom.


(1)  ĠU C 235, 21.07.2014.


Top