Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0143

Kawża C-143/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Specializat Cluj – Ir-Rumanija) – Bogdan Matei, Ioana Ofelia Matei vs SC Volksbank România SA (Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi bejn negozjant u konsumatur — Artikolu 4(2) — Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali — Esklużjoni tal-klawżoli dwar l-għan prinċipali tal-kuntratt jew l-adegwatezza tal-prezz jew tar-remunerazzjoni sakemm dawn ikunu redatti b’mod ċar u komprensibbli — Klawżoli li jinkludu “kummissjoni għal riskju” miġbura mill-persuna li ssellef u li tawtorizza lil din tal-aħħar, f’ċertu ċirkustanzi, li tbiddel unilateralment ir-rata tal-interessi)

ĠU C 138, 27.4.2015, pp. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Specializat Cluj – Ir-Rumanija) – Bogdan Matei, Ioana Ofelia Matei vs SC Volksbank România SA

(Kawża C-143/13) (1)

((Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi bejn negozjant u konsumatur - Artikolu 4(2) - Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali - Esklużjoni tal-klawżoli dwar l-għan prinċipali tal-kuntratt jew l-adegwatezza tal-prezz jew tar-remunerazzjoni sakemm dawn ikunu redatti b’mod ċar u komprensibbli - Klawżoli li jinkludu “kummissjoni għal riskju” miġbura mill-persuna li ssellef u li tawtorizza lil din tal-aħħar, f’ċertu ċirkustanzi, li tbiddel unilateralment ir-rata tal-interessi))

(2015/C 138/04)

Lingwa tal-kawża: Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Specializat Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bogdan Matei, Ioana Ofelia Matei

Konvenuti: SC Volksbank România SA

Dispożittiv

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, it-termini “kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt [suġġett prinċipali ta’ kuntratt]” u “suffiċjenza [adegwatezza] tal-prezz u r-remunerazzjoni, fuq naħa waħda, kontra [meta mqabbla ma]s-servizzi jew il-merkanzija [mal-oġġetti p]provduti [bħala korrispettiv], fuq in-naħa l-oħra” ma jkoprux, fil-prinċipju, tipi ta’ klawżoli inklużi f’kuntratti ta’ kreditu konklużi bejn negozjant u konsumaturi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, minn naħa, jippermettu, taħt ċerti kundizzjonijiet, lill-persuna li ssellef li tbiddel unilateralment ir-rata tal-interessi, u, min-naħa l-oħra, jipprovdu għal “kummissjoni għal risku” miġbura minn din tal-aħħar. Madankollu hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika din il-klassifikazzjoni tal-imsemmija klawżoli kuntrattwali fid-dawl tan-natura, tal-istruttura ġenerali u tal-istipulazzjonijiet tal-kuntratti kkonċernati kif ukoll tal-kuntest legali u fattwali li jkunu fih.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013.


Top