This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0517
Case T-517/14: Action brought on 7 July 2014 — Pelikan v OHIM — Hachette Filipacchi Presse (be.bag)
Kawża T-517/14: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Lulju 2014 – Pelikan vs UASI – Hachette Filipacchi Presse (be.bag)
Kawża T-517/14: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Lulju 2014 – Pelikan vs UASI – Hachette Filipacchi Presse (be.bag)
ĠU C 448, 15.12.2014, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 448/26 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2014 – Pelikan vs UASI – Hachette Filipacchi Presse (be.bag)
(Kawża T-517/14)
(2014/C 448/34)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pelikan Vertriebsgesellschaft mbH & Co. KG (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hachette Filipacchi Presse SA (Levallois Perret, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: Ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: Reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fit-trade mark verbali “be.bag” Nruo1192/2013-1
Proċedimenti quddiem l-UASI: Proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ April 2014, fil-Kawża R 1192/2013-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009. |