Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0331

    Kawża T-331/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Ottubru 2014 – Nikolaou vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE ( “Rikors għal annullament — Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru — Dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro dwar ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru — Isem żbaljat tal-konvenuta fir-rikors — Inammissibbiltà” )

    ĠU C 448, 15.12.2014, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 448/24


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Nikolaou vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE

    (Kawża T-331/13) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro dwar ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru - Isem żbaljat tal-konvenuta fir-rikors - Inammissibbiltà”))

    (2014/C 448/32)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrent: Marinos Nikolaou (Strovolos, Ċipru) (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)

    Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, J. P. Keppenne u M. Konstantinidis, aġenti) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assistiti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro tal-25 ta’ Marzu 2013 dwar, b’mod partikolari, ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Marinos Nikolaou għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


    (1)  ĠU C 252, 31.8.2013.


    Top