Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0465

    Kawża C-465/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fid- 9 ta’ Ottubru 2014 – Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank vs F. Wieland und H. Rothwangl

    ĠU C 448, 15.12.2014, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 448/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-9 ta’ Ottubru 2014 – Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank vs F. Wieland und H. Rothwangl

    (Kawża C-465/14)

    (2014/C 448/17)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Centrale Raad van Beroep

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Appellant: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank

    Appellati: F. Wieland u H. Rothwangl

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikoli 3 u 94(1) u (2) tar-Regolament Nru 1408/71 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li ex baħri li kien jappartjeni għall-ekwipaġġ ta’ bastiment b’port ta’ reġistrazzjoni fi Stat Membru, li ma kellux residenza fuq l-art u li ma kienx ċittadin ta’ Stat Membru, jiġi rrifjutat (parzjalment) pensjoni tax-xjuħija, wara li l-Istat li jkollu n-nazzjonalità tiegħu dan il-baħri jkun aderixxa ma’ (predeċessur fid-dritt ta’) l-Unjoni Ewropea jew wara li r-Regolament Nru 1408/71 ikun daħal fis-seħħ għal dan l-Istat, biss minħabba li dan l-ex baħri ma kellux in-nazzjonalità tal-Istat Membru (imsemmi fl-ewwel lok) matul il-perijodu tal-assigurazzjoni (pretiża)?

    2)

    L-Artikoli 18 TFUE u 45 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha baħri li kien jappartjeni għall-ekwipaġġ ta’ bastiment b’port ta’ reġistrazzjoni f’dan l-Istat Membru, li ma kellux residenza fuq l-art u li ma kienx ċittadin ta’ Stat Membru, ġie eskluż mill-assigurazzjoni għall-pensjoni tax-xjuħija, meta din il-leġiżlazzjoni tqis li jkun assigurat baħri li huwa ċittadin tal-Istat Membru fejn il-bastiment ikollu l-port ta’ reġistrazzjoni tiegħu u li altrimenti jkun fl-istess stiwazzjoni, jekk, fil-frattemp, l-Istat imsemmi fl-ewwel lok u li kellu n-nazzjonalità tiegħu l-baħri fil-mument tad-determinazzjoni tal-pensjoni jkun sar membru ta’ (predeċessur fid-dritt ta’) l-Unjoni Ewropea jew jekk, fil-frattemp, ir-Regolament Nru 1408/71 ikun daħal fis-seħħ għal dan l-Istat?

    3)

    Għandhom jingħataw l-istess risposti għall-ewwel u għat-tieni domandi fil-każ ta’ (ex) baħri li, meta kien attiv, kellu n-nazzjonalità ta’ Stat li sussegwentement aderixxa ma’ (predeċessur fid-dritt ta’) l-Unjoni Ewropea, iżda li, meta seħħet tali adeżjoni jew meta daħal fis-seħħ ir-Regolament Nru 1408/71 għal dan l-Istat, u fil-mument li ressaq it-talba tiegħu għal pensjoni tax-xjuħija, ma kienx ċittadin ta’ Stat Membru, iżda kien madankollu suġġett għall-applikazzjoni tar-Regolament iċċitat iktar ’il fuq skont l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 59/2003 (2)?


    (1)  Regolament tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).

    (2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003, tal-14 ta’ Mejju 2003, li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 317).


    Top