Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0462

    Kawża C-462/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fit- 22 ta’ Settembru 2014 – proċeduri kriminali kontra Lorenzo Carlucci

    ĠU C 448, 15.12.2014, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 448/12


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fit-22 ta’ Settembru 2014 – proċeduri kriminali kontra Lorenzo Carlucci

    (Kawża C-462/14)

    (2014/C 448/16)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale di Bari

    Parti fil-kawża prinċipali

    Lorenzo Carlucci

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza Nru 72 tas-16 ta’ Frar 2012 [fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li tiġi organizzata sejħa għal offerti dwar konċessjonijiet għal perijodu iqsar minn dak mogħtija preċedentement, meta l-imsemmija sejħa għal offerti tkun ġiet organizzata bil-għan iddikjarat li jiġu rrimedjati l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illegalità tal-esklużjoni ta’ ċertu numru ta’ operaturi f’sejħiet għal offerti preċedenti?

    2)

    L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar 'il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li r-rekwiżit tal-allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonjijiet jikkostitwixxi ġustifikazzjoni adegwata għall-perijodu ridott tal-konċessjonijiet suġġetti għal sejħa għal offerti meta mqabbel mal-perijodu tal-konċessjonijiet konċessi fil-passat?

    3)

    L-Artikoli 49 et seq. u 56 et seq. TFUE, hekk kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar 'il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li jiġi previst l-obbligu ta’ trasferiment bla ħlas tal-użu tal-beni materjali u mhux materjali miżmuma b’titolu ta’ proprjetà li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni ta’ ġbir tal-logħob f’każ ta’ waqfien tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-konċessjoni jew b’riżultat tad-deċiżjonijiet ta’ skadenza jew ta’ revoka?


    Top